Arrest ta’ persuni li kienu fil-pajjiż b’mod irregolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew arrestati persuni fix-xahar ta’ Settembru 2022 wara li nstab li kienu fil-pajjiż b’mod irregolari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fix-xahar ta’ Settembru 2022, ġew arrestati mija u sitta u erbgħin (146) persuna minn pajjiżi terzi, wara li nstab li kienu fil-pajjiż b’mod irregolari.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nazzjonalità ta’ kull persuna li ġiet deportata minn pajjiżna fix-xahar ta' Settembru 2022 wara li nstab li kienet fil-pajjiż b'mod irregolari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li n-nazzjonalitá tal-persuni hekk mif mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma Bangladesh, Renju Unit, Kolombja, Eġittu, Georgia, Nepal, Serbja, Former Yugoslav Republic of Macedonia, Tuneżija, Turkija, Sirja, Somalja, Indja, Burkina Faso, Kosta tal-Ivorju, Eritreja, Gambia, Ghana, Guneja, Mali, Niġerja, Pakistan u Senegal.
Jista’ l-Ministru jgħid lejn liema pajjiż/i ġew mibgħuta l-persuni kollha deportati minn pajjiżna f'Settembru 2022? Jista’ jagħti l-ammont eżatt li ntbagħat f’kull pajjiż?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-persuni li ma baqgħux f’pajjizna u ġew ritornati kif hekk mistoqsi mill-Onor. Interpellant telqu lejn Bangladesh, Renju Unit, Kolombja, Eġittu, Georgia, Nepal, Serbja, Former Yugoslav Republic of Macedonia, Tuneżija, Turkija, Awstrija, Bulgarija, Greċja, Italja u Polonja.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 336 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 963.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l- kwalifiki akkademiċi li għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza huma kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Role
Academic and professional qualifications
Monitoring Board for Detained Persons formerly Board of Visitors for Detained Persons (Bord ta’ Monitoraġġ għal Persuni Detenuti) (Detention)
chairperson
LL.D. LL.M.
Immigration Appeals Board Div I (Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni)
Chairperson
B.A.,LLD., L.P., Mag. Juris (Int. law)
Immigration Appeals Board - Div 2
Chairperson
B.A. LL.B LL.D
Trafficking in Human Persons Monitoring Committee (Kumitat ta’ Moniteraġġ ta’ Traffikar ta’ Persuni)
Permanent Secretary MHSR
Chairperson
Academy for Disciplined Forces Board (il-Bord tal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati)
Chairperson
BA (Communications Studies & Literature) (Melit.), BA (Hons.) (Aug. Inst.), MA (History) (Melit.), LL. D (Melit.), D.Phil (Oxon.)
Academic Committee of the Academy for Disciplined Forces (Il-Kumitat Akkademiku tal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati)
Chairperson
BA (Criminology)., Dip. Pol. Stud., MBA (Henley).,C.P
Aviation Security Committee (Kumitat dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni)
Minister for Home Affairs, Security, Reforms and Equality
Chairperson
Explosives Committee (Kumitat tal-Esplussivi)
Chairperson
Private Maritime Security Licensing Board (Bord ta’ Liċenzjar tas-Sigurtà Marittima Privata)
Chairman
MSc International Maritime Studies (Southampton)
Civil Protection Council (Kunsill dwar il-Protezzjoni Ċivili)
Minister for Home Affairs, Security, Reforms and Equality
Chairperson
Health and Safety Monitoring Board Maintenance of Good Order at Places of Entertainment (Bord ta' Sorveljanza għas-Saħħa u għall-Ħarsien)
chairperson
N/A
Injuries Board for Disciplined Forces (Bord dwar il-Korrimenti tal-Korpi Dixxiplinati)
Chairperson
BSc MD DipGer MGer PhD
Police Governance Board (Bord ta’ Governanza tal-Pulizija)
Chairperson
PhD spatio-temporal environmental criminology, MSc GIS BA (Hons) Sociology Dip. App.Soc.St (Applied Social Studies)
Police Licences Appeals Tribunal (Tribunal ta’ Appelli dwar il-Liċenzi tal-Pulizija)
President
B.Eng.(Hons) Eng. Surv.
Weapons Board (Bord tal-Armi)
Chairperson
B.A. (Hons)
Independent Police Complaints Board formerly Police Board (Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija)
Chairperson
KCSG, BA, LL.D.
Police Disciplinary Appeals Board
Chairman
B.A.LL.D. M.Jruis. (Eur. Law)
Prisons (Board of Governance)
Chairperson
Medical Doctorate, Advanced Aviation Medicine
Prison Leave Advisory Board (Bord li Jagħti l-Pariri dwar l-Assenza Temporanja mill-Ħabs)
Chairperson
BPsych
PGDip ProbServ
MSc Forensic & Legal Psychology
Prison Appeals Tribunal (Tribunal tal-Appelli tal-Ħabs)
chairman
B.A.,LL.D.
The Corradino Correctional Facility Monitoring Board formerly The Board of Visitors of the Prisons (Il-Bord ta’ Monitoraġġ tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin)
Chairperson
B.A. LL.B LL.D
Prison Addiction Rehabilitation Management Board (Bord tal-Ħabs għall-Immaniġjartar-Rijabilitazzjoni mill-Vizzji)
Member
M.D M.R.C.Psych CCST Psychiatry Malta
The Remission Board (il-Bord għat-Tnaqqis mis-Sentenzi)
chairperson
Legal Procurator in 1973, and Advocate in 1980
The Victim-Offender Mediation Committee (il-Kumitat għall-Medjazzjoni bejn il-Vittma u Min Wettaq ir-Reat)
chairperson
Bachelor of Arts in Socio Legal Studies; Diploma Legal Procurator; Post Graduate Diploma in Probation Services.
International Protection Appeals Tribunal
Chairperson
B.A. LL.D., M. Jur (Eu. Law)
LESA Advisory Board
Chairperson / CEO
Masters in Business Administration (MBA)
Victim Support Agency Board
Chairperson
Masters of Ars (European Studies), Teacher's Warrant
Malta Resident Visa Approvals Board 2
Chairperson
M.A. Economics, BSc Financial Services, Associateship (ACIB)
Malta Resident Visa Agency Board
Chairperson
Doctor of Laws LL.D. (Melit)
Diploma of Notary Public N.P. (Melit)
Malta Resident Visa Approvals Board 1
Chairperson
Doctor of Laws (LL.D), Dip. NP, LL.B., M.A (Eur. Stud)
Deprivation of Maltese Citizenship (Committee of Enquiry)
Chairperson
BA, LL.D.
Identity Malta Agency Board
Chairperson
MBA
Citizenship by Merit Board
Chairperson
LL.D, LL.M
Malta Resident Visa Approvals Board 3
Chairperson
Masters Degree in Matrimonial Canon Law &
Jurisprudence with a Summa Cum Laude
Board to regulate Grants to Voluntary Organisations in line with a National Campaign against Drugs
Chairperson
Diploma in
Management
Commissioner
PhD student at the Faculty for Social Wellbeing Master Of Education (Adult Education) Post Graduate Diploma in Systemic Family Psychotherapy Bachelor of Education (Honours)
Commission on Gender-Based Violence & Domestic Violence
National Commission for the Promotion of Equality for Men and Women
Commissioner
Masters in Maltese Studies
Diploma in Political Studies
Diploma in Administration & Management in Education
Teachers’ Training Certificate with French as a special field of study
Diploma in the French Language
Task force related to the Human Trafficking Reform
Chairperson
Equality and Reforms Awareness amongst Youths Board
Chairperson
Ph.D. in Post-Colonial Studies within the Department of English and Comparative, M.A. by Research (Postcolonial Literature and and Critical Theory), B.A. (Hons) (English Language and Literature).
Identity Malta CEO
Masters in Business Administration
LESA CEO
Masters in Business Administration (MBA),
Community Malta Agency CEO -
Diploma in Public Administartion
Residency Malta Agency CEO -
Masters in Business Administration
Agency for the Welfare u Asylum Seekers (AWAS) CEO -
Bachelor of Psychology (Hons) 2nd upper
International Protection Agency (IPA) CEO -
B.A. (Honours) degree in International Relations.
Autority for the Responsible Use of Cannabis (ARUC) CEO -
MSc. Psy., B.Psy(Hons), Registered Psychotherapist (Gestalt)
Commission on Gender Based Violence & Domestic Violence (CGBVDV) -
PhD student at the Faculty for Social Wellbeing Master Of Education (Adult Education) Post Graduate Diploma in Systemic Family Psychotherapy Bachelor of Education (Honours)
Victim Support Angency (VSA) CEO -
Masters in European Studies BA Hons International Relations
Correctional Service Agency (CSA) -
C. Ing (HONS)
National Commission for the Promotion of Equality (NCPE) Commissioner -
Masters in Maltese Studies
Diploma in Political Studies
Diploma in Administration & Management in Education
Teachers’ Training Certificate with French as a special field of study
Diploma in the French Language
Pulizija – persuni refuġjati u persuni li ħaqqhom protezzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rilokati refuġjati u persuni li ħaqqhom protezzjoni tul is-sena li għaddiet 2021 u tul l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li tul is-sena li għaddiet 2021 u tul l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti, in-numru ta’ immigranti li ġew rilokati fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ skemi ad hoc ta’ rilokazzjoni hu ta’ 247. Dawn in-numri huma mistennija li jkomplu jiżdiedu wara li beda jitħaddem il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà li ntleħaq ftehim fuqu fil-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern f’Ġunju li għadda u permezz ta’ diskussjonijiet bilaterali li jinsabu għaddejin bejn Malta u Stati Membri oħra.
Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk ittieħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
F'kull entità jsir l-almu kollu possibbli sabiex il-ħaddiema jirċievu tagħlim kontinwu relatat max-xogħol tagħhom li tagħmilha possibbli li l-ħaddiema kontinwament ikollom progressjoni fil-karriera tagħhom. L-irwoli li qed tirreferi għalihom huma okkupati minn persuni b’kuntratti definiti assenjati lilhom. Hi proċedura normali li, meta jkunu waslu biex jintemmu, isiru tħejjijiet minn qabel għat-tiġdid tagħhom mal-istess persuni jew oħrajn li jidħlu flokhom.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — infiq f’reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija – CCTV
Question
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill-Kamra jekk hemmx xi proġett pilota jew mod ieħor għal CCTV fil-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u x-Xemxija peress li dawn il-lokalitajiet bħalissa għandhom l-ogħla ammont ta' kriminalità u vandaliżmu fil-pajjiż?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-aġenzija LESA għamlet ftehim mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali f'isem il-Kunsilli Lokali u l-lokalitajiet li jirrappreżentaw li permezz tiegħu jitqassmu €3 miljun fuq tliet snin għal proġetti li jinkludu l-oqsma tas-sigurtà u oqsma oħra bħall-ambjent u t-trasport. Kien hemm diversi Kunsilli li applikaw sabiex fil-lokalità tagħhom isir proġett ta' CCTV’S u dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati. Infurmat li ma kienx hemm talbiet simili mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill-Kamra jekk humiex qed isiru rondi regolari fix-Xemxija? Jekk dawn ikunu ugwali għal dawk fiż-żona u l-lokalitajiet tal-madwar, jista’ jgħid kemm kien hemm reati fix-Xemxija bejn l-2020-2021? Jista’ jgħid x'inhi r-rata ta' suċċess biex jiġu solvuti dawn ir-reati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 858.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati f’San Pawl il-Baħar bejn l-2020 u l-2021? Jista’ jgħid x’inhi r-rata ta’ suċċess biex jiġu solvuti dawn ir-reati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sistema elettronika tal-Pulizija, il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar tinkludi wkoll Burmarrad, Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija, il-Wardija u partijiet mill-Bidnija. In-numru ta’ reati rreġistrati f’San Pawl il-Baħar u l-lokalitajiet indikati fis-snin 2020 u 2021 huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Wara arranġamenti li ġew introdotti fl-aħħar xhur tas-sena 2020, reati li jiġu rrappurtati minn sezzjonijiet speċjalizzati tal-Korp, ukoll ikunu miżjuda fis-sistema elettronika tal-Pulizija. Mhix disponibbli informazzjoni dwar reati-solvuti mis-sistema elettronika u biex din tiġi kkumpilata manwalment, tinvolvi d-dedikazzjoni ta’ ammont sproporzjonat ta’ ħin u ta’ riżorsi.
Kategorija ta’ reat
2020
2021
Total
Abbandun ta’ tfal
4
2
6
Ħruq
6
0
6
Attentat ta’ reati
29
25
54
Offiżi fuq il-persuni
84
68
152
Użu ħażin tal-kompjuter
13
18
31
Reati kontra l-paċi pubblika
1
0
1
Ħsarat
377
407
784
Vjolenza domestika
93
124
217
Drogi
13
40
53
Falsifikazzjoni
4
6
10
Frodi
38
166
204
Omiċidju
1
0
1
Immigrazzjoni
5
2
7
Ħasil ta’ flus
0
5
5
Pornografija
1
6
7
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
22
39
61
Offiżi sesswali
5
15
20
Serq
423
382
805
Theddid u vjolenza privati
26
27
53
Aċċess mhux awtorizzat
0
3
3
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
10
10
20
Total
1155
1345
2500
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Għaqdiet tan-Nar liċenzjati madwar Malta u Għawdex, liema huma dawn l-Għaqdiet tan-Nar, humiex ta’ xi soċjetà mużikali partikolari jew privati u jekk huma ta’ soċjetà mużikali partikolari, ta’ liema soċjetà mużikali tappartjenti tali għaqda tan-nar u f’liema lokalità tinsab kull kamra tan-nar (fireworks factory)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi għaqdiet tan-nar mhumiex reġistrati jew liċenzjati mal-Pulizija. F’dawn il-gżejjer hawn sitta u tletin (36) kamra tan-nar irreġistrati mal-Pulizija kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt, li tinkludi wkoll il-lokalità ta’ fejn jinsabu. Għall-Pulizija, kif ukoll skont ir-Regolamenti dwar Kontroll ta’ Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi Oħra, L.S. 33.03, inkluż b’mod partikolari Regolament 6A, il-persuna li fuqha hija lliċenzjata il-kamra tan-nar, hija direttament responsabbli mill-operat tagħha. Infurmat li sebgħa (7) minn dawn il-kmamar tan-nar huma privati.
Tabella PQ 1264 - Lista ta' Kmamar tan-nar
ID
Kamra tan-nar
Area
1
St Mary
Ras Il-Wied L/o |Żebbiegh
2
St Joseph
Tal-Garda L/o Għaxaq
4
St Mary
Tal-Ħaxun L/o Għaxaq
5
St Mary
Kontrada Ta' San Niklaw L/o Qrendi
6
Ta' Lourdes
Wied il-Ħofra L/o Qrendi
7
St Mary
Ir-Ramlija L/o Mġarr
8
19th March
Ix-Xagħra Tax-Xini L/o Rabat
9
Union
Ħal-Saflieni L/o Luqa
10
SM
Ħbula Ta' Mejter L/o Burmarrad
11
12th May
Tar-Ramel L/o Żebbug
12
St Philip
Tar-Ramel L/o Żebbug
13
St George
Sqaq Ta' Awzara L/o Qormi
14
St Michael
Kontrada Ta l'Iklin L/o Lija
15
St Catherine
Tal-Wardija L/o Żurrieq
16
La Stella
Ta' Razzat L/o Gudja
17
Independence
Il-Gwejdija L/o Qrendi
18
Lily
Wied Musa L/o Siġġiewi
19
St Nicholas
In-Nadur L/o Siġġiewi
20
Mount Carmel
Ta' L' Għerien L/o Żurrieq
21
Madonna Tal-Virtu
Tal-Blajjiet L/o Għarb Gozo
22
15th August
It-Tellerit Dwejra L/o Rabat
23
St Joseph
Ħlantun L/o Żurrieq
24
Ta' Lourdes
Tal-Qgħadi L/o Mgħatab
25
St Leonard
Ta' Ċirkiez L/o Gudja
26
St Mary
Ta Kandja L/o Siġġiewi
27
St Joseph
Wied Qierda L/o Żebbug
28
San Pawl
Tax-Xini L/o Rabat
29
Consolation
Ta' Disinni L/o Gudja
30
San Bert
Wied Id-Dis L/o Għarghur
31
25 Ta' Novembru
Kontrada Ta' Lambordi L/o M'Xlokk
33
St Andrew
Ħal-Farruġ L/o Qormi
34
St Sebastian
Tal-Ħandaq L/o Qormi
36
St Paul
Ta' Amparell Safi
37
15th August
Tal-Boroż L/o Kercem Gozo
38
Qalb Ta Ġesu
Ta' Garrija L/o Għharb Gozo
40
Tal-Bilbli
Wied Qierda L/o Siġġiewi
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Infiq f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament mill-2019 sal-lum, sena b’sena, u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mewt tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qattx ġiet investigata u jekk għadhiex qiegħda tiġi investigata? Jista' jikkonferma jekk qabel il-mewt kienx hemm xi rapporti ma' xi awtoritajiet jew entitajiet tal-Gvern dwaru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet.
Pulizija – Cyber Crime Unit – rapporti dwar każi ta’ child grooming
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' child grooming ġie rrapportat lill-pulizija fi ħdan is-Cyber Crime Unit minn Jannar 2010 sa Settembru 2022, sena b'sena? Kemm minn dawn il-każijiet ġew imtella' l-Qorti bħala reati? Kemm minn dawk il-każijiet li ġew imtella' l-Qorti, instabu ħatja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi is-Cyber Crime Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, ma tirċevix rapporti dwar każi ta’ child grooming, għalkemm din it-taqsima tagħti kull għajnuna minn naħa tagħha kull meta tkun mitluba. Madankollu, infurmat illi bejn Jannar 2010 u l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, sezzjonijiet oħra tal-Pulizija investigaw għoxrin każ simili wara li rċivew rapporti relatati, kif jidher mit-tabella ta’ hawn taħt, li fiha inkluż dawk dettalji ta’ li ġew imressqa il-Qorti wkoll:
Sena
Numru ta’ rapporti ta’ child grooming li rċiviet il-Pulizija
Persuni mtella’
l-Qorti
Każijiet pendent il-Qorti
Persuni misjuba
ħatja
Każijiet li qed jiġu investigati
Każijiet investigati u ma kienx hemm lok ta’ Qorti
2010
0
0
0
0
0
0
2011
0
0
0
0
0
0
2012
0
0
0
0
0
0
2013
0
0
0
0
0
0
2014
0
0
0
0
0
0
2015
1
1
1
0
0
0
2016
5
4
2
2
0
1
2017
0
0
0
0
0
0
2018
0
0
0
0
0
0
2019
7
3
3
0
0
4
2020
2
1
1
0
0
1
2021
4
0
0
0
1
3
2022
sa Settembru
1
1
1
0
0
0
Total
20
10
8
2
1
9