Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni fuq bażi part-time u full-time bħala primary job

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Jannar 2021? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala l-primary job? Kemm minnhom kellhom full-time job mal-part-time job? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella A li turi n-numru ta’ nisa u rġiel li qed jaħdmu fuq bazi part-time bħala primary job u part-time mal-full-time; u tabella B li turi n-numru ta’ nisa u rġiel li l-età tagħhom hija minn 62 sena-il fuq (62 inkluz) u li qed jaħdmu fuq bazi part-time bħala primary job u part-time mal-full-time sal-aħħar ta’ Settembru 2020. Tabella-A Settembru 2020 Nisa Irġiel Total Part-Time Only 18,497 13,639 32,136 Part-Time with FT 10,888 20,786 31,674 Tabella-B 62 sena-il fuq (62 inklu ż ) Settembru 2020 Nisa Irġiel Total Part-Time Only 2,271 4,736 7,007 Part-Time with FT 223 997 1,220 L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.
Leg 13 PQ #19536 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Sejħa għal ħaddiema bħala Labourers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-ħaddiema bħala Labourers mas-Servizz Pubbliku ħarġet il-Jobsplus fl-2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021? Fuq talba ta’ liema Ministeru ħarġu tali sejħiet u f'kull każ kemm kienet it-talba?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi numru ta’ sejħiet li kien hemm ma’ Jobsplus fis-settur pubbliku u l-entitajiet pubbliċi bejn l-2014 u 2021 bħala Labourers.

Air Malta – Destinazzjoni lejn Lourdes u lura

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19358, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt ir-ristrutturazzjoni tat-titjiriet tal-linja nazzjonali l-Air Malta għal din is-sena, tinkludiex titjiriet chartered jew bl-iskeda għal Lourdes u lura, u jekk fl-affermattiv meta hu maħsub li dawn it-titjiriet isiru?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta qatt ma kellha titjiriet purament bi skeda għal Lourdes. Kien hemm perjodu fejn kien hemm xi titjiriet li kienu ‘ part charter’ u ‘part schedule’ (charter/schedule). Bħalissa ma hemmx il-ħsieb li jkun hemm titjiriet lejn Lourdes la bi skeda u l-anqas b’charter. Ma hux esklus li jkun hemm xi titjiriet jekk ikun hemm id-domanda jew jekk ic-cirkostanzi jippermettu.

Air Malta – Titjiriet lejn Lourdes

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19359, mill-informazzjoni li għandha l-Air Malta ta’ dawn l-aħħar 13-il sena, jista’ l-Ministru jgħid kemm, kull sena finanzjarja, il-linja nazzjonali ġarret passiġġieri għal Lourdes u lura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: MALTA-LOURDES-MALTA Financial yearsOne way passengers FY2019/207,065 FY2018/196,945 FY 2017/184,793 FY 2016/174,584 FY 2015/165,890 FY 2014/156,300 FY 2013/146,278 FY 2012/137,577 FY 2011/127,362 FY2010/117,177 FY 2009/105,762 FY 2008/0913,197 FY 2007/089,364

Ħaddiema tax-Xatt — pagi

Question

Peress li l-prinċipju ta’ equal work for equal pay hu magħruf u l-Ħaddiema tax-Xatt jaħdmu tali li l-pagi u l-kundizzjonijiet ivarjaw u peress li hemm min hu privileġġjat u jaħdem mat-Transport Malta, hemm min hu casual self employed, hemm min hu part-time self employed, hemm min jidħol b’wirt, jista’ l-Ministru jgħid x’rimedji qed tieħu l-Jobsplus biex tara li l-mod kif qed jiġu ingaġġati l-ħaddiema fl-iskema tal-ħidma fil-Port hi konformi ma’: A) kundizzjonijiet li huma l-istess fuq l-istess lant tax-xogħol; B) regoli tal-Unjoni Ewropea dwar portjiet; u C) ċertifikazzjoni uffiċjali, jiġifieri tal-MCAST, biex persuni jiddaħħlu fl-impjieg ta’ Ħaddiema tax-Xatt?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ipoġġi din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19720 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Għawdex — Skema tal-ħaddiema tal-komunità - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Komunità f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll fejn jaħdmu dawn il-ħaddiema kif ukoll jgħid x'inhu xogħolhom, kemm-il-siegħa ta' xogħol jaħdmu u xi ħlas jirċievu? Jista' jgħid x'korsijiet sarulhom sa issa lil dawn il-ħaddiema u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirilhom matul is-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Frar 2021 kien hemm 298 ħaddiem fl-iskema Xogħol fil-Komunità f’Għawdex. Minn dawn il-ħaddiema, 4 huma assenjati f’kunsilli lokali u 294 huma assenjati ma’ entitajiet pubbliċi. Dawn il-persuni jaħdmu fuq bazi full-time (40 siegħa fil-ġimgħa) f’impjiegi differenti fosthom: - Cleaner - Maintenance - Handyman - Receptionist - Clerk - Home Assistant - Rubble Wall Builder - Driver Il-ħaddiema jitħallsu €984,66 fix-xahar (paga ba¿ika). Tul l-aħħar sena ma sarux korsijiet minhabba l-Covid-19.
Leg 13 PQ #19721 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ħlas addizzjonali għall-Vaċċin tal-Pfizer/Biontech

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19285 mogħtija fis-seduta tat-23 ta' Frar 2021, filwaqt illi l-Onorevoli interpellant jifhem illi fis-sitwazzjoni attwali tal-pandemija, jeħtieġ proċess ta' xiri pubbliku ħieles minn proċeduri żejda u li jieħdu fit-tul, jistax il-Ministru jassigura l-Kamra li l-Ministeru tiegħu qed jiżgura li x-xiri li qed isir ta' vaċċini u materjal meħtieġ fil-ġlieda kontra l-pandemija qed isir fil-parametri tar-regolamenti dwar ix-xiri pubbliku? Jista' jispeċifika liema provvediment tar-regolamenti dwar ix-xiri pubbliku jippermetti lill-Ministeru tiegħu illi jagħti blank cheque lil xi dipartiment jew entità pubblika?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern se jkompli jinvesti u jipprovdi dak kollhu possibli biex il-herd immunity tinkiseb mill-aktar fiss possibli.

Jobsplus – talbiet pendenti għall-persuni ta’ nazzjonalità mhux Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-persuni ta’ nazzjonalità li mhijiex dik ta’ dawn il-gżejjer, sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma' Jobsplus tul dan ix-xahar?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li preżentament Jobsplus għandha 275 talba pendenti minn ċittadini ta’ pajjizi terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal Single Permit u jeħtieġu permess biex jaħdmu.

Jobsplus – talbiet għall-persuni ta’ nazzjonalità mhux Maltija

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm saru talbiet għall-persuni ta’ nazzjonalità li mhijiex dik ta’ dawn il-gżejjer sabiex jingħataw il-permess biex jaħdmu ma’ Jobsplus tul din is-sena u l-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus irċeviet total ta’ 6,994 applikazzjoni għal ċittadini ta’ pajjizi terzi biex jaħdmu f’Malta fl-2020, u tul din is-sena mill-1 ta’ Jannar sad-19 ta’ Frar 2021, rċeviet 744 applikazzjoni. Dawn iċ-ċifri juru biss applikazzjonijiet sottomessi ma’ Jobsplus u jeskludu applikazzjonijiet għal Single Permit li jinħarġu minn Identity Malta Agency.

Nisa li bdew jaħdmu fl-2020 u fl-2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminil li bdew jaħdmu fis-sena 2020 u 2021? Kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati full-time u kemm ġew impjegati part-time?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li spiċċaw bla xogħol għax għalaq in-negozju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li l-impjieg tagħhom twaqqaf għaliex in-negozju li kienu jaħdmu miegħu għalaq fl-2020 u sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni, li skont il-formola ta’ tmiem ta’ l-impjieg li ġiet sottomessa lil Jobsplus, ġie indikat bħala raġuni li l-impieg tagħhom twaqqaf għaliex in-negozju li kienu jaħdmu miegħu għalaq fl-2020, jammonta għal elf erbgħa mija u tmienja u disgħin (1,498).

Nisa Maltin li ħadmu bi qliegħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa ta’ nazzjonalità Maltija li ħadmu bi qliegħ matul is-sena 2019, 2020 u l-2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol fl-2019, 2020 u 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18508.

Jobsplus – ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Jobsplus u x’inhu l-grad tagħhom? Kemm kien hemm fl-2017?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ impjegati ma’ Jobsplus fis-sena 2017 kien ta’ 312-il persuna. Fis-sena 2020, l-ammont ta’ impjegati ma’ Jobsplus kien ta’ 315-il persuna. Il-grad tagħhom fis-sena 2020 huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Jobsplus — outsourcing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Jobsplus għandhiex xogħol li qed isir minn terzi (outsourcing)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema Bridging the Gap għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm persuni b’diżabilità li qed jagħmlu użu mill-iskema Bridging the Gap?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 6 persuni b’dizabilità li qed jagħmlu użu mill-iskema Bridging the Gap.

Servizz ta’ taħriġ fil-Qasam tas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il servizz ta’ taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali ġew organizzati fl-2019, 2020 u 2021 lil Job coaches kif ukoll lill-għalliema fl-iskejjel ta’ pajjiżna? Kemm kien hemm parteċipanti f’dawn is-sessjonijiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2019, 2020 u 2021 ġew organizzati 12-il attività ta’ taħriġ fil-qasam tas-saħħa mentali fejn 52 Persuna tista’ tkun ipparteċipat għal izjed min taħrig wieħed. Job coach ġie mibgħut jipparteċipa f’waħda jew aktar minn dawn is-sessjonijiet. It-taħriġ kien jikkonsisti f’: · 4th Annual Conference on Suicide Prevention and Self Harm Behaviours · Is-saħħa mentali tiegħi fuq il-post tax-xogħol · MHAG Conference - Mental Wellness in Covid Times (online) · Remembering without suffering: Tackling trauma · Self-Care and Wellbeing · Young people and their mental health (online) · Supporting victims of domestic violence (online) · Understanding anxiety, depression and CBT (online) · Self-Care and Resilience · Mental Health First Aid · Mental Health First Aid Refresher Course · Supporting Clients with Mental Health Issues at the Workplace

Persuni li jaħdmu part-time u full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Diċembru 2020? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala primary job? Jista’ jgħid kemm minnhom kellhom part-time job mal-full-time job? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella A li turi n-numru ta’ nisa u rġiel li qed jaħdmu fuq ba¿i part-time bħala primary job u part-time mal-full-time u tabella B li turi n-numru ta’ nisa u rġiel li l-età tagħhom hija minn 62 sena-il fuq (62 inkluz) u li qed jaħdmu fuq bazi part-time bħala primary job u part-time mal-full-time sal-aħħar ta’ Settembru 2020. Tabella-A Settembru 2020 Nisa Irġiel Total Part-Time Only 18,497 13,639 32,136 Part-Time with FT 10,888 20,786 31,674 Tabella-B 62 sena-il fuq (62 inklu ¿ ) Settembru 2020 Nisa Irġiel Total Part-Time Only 2,271 4,736 7,007 Part-Time with FT 223 997 1,220 L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.

Jobsplus – spezzjonijiet – unlicensed Foreigners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu persuni li kienu bħala unlicensed foreigners fl-ispezzjonijiet tal-Jobsplus tul l-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020, instabu elfejn tlett mija u tmien (2,308) persuna barranija, li kienu qed jaħdmu hawn Malta mingħajr liċenzja tax-xogħol.
Leg 13 PQ #18843 Sitting 434 2021-03-02 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — proġetti mill-fondi tal-EU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’proġetti saru mill-fondi tal-EU 2014-2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.