Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjeta, xahar b’xahar minn Jannar 2014 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjeta` li ġew reġistrati xahar b’xahar minn Jannar 2014 sal-lum hu kif se jingħad fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li suppost jirċievu l-VAT refund kull tliet xhur però ilhom aktar minn ħames xhur ma jirċievu tali refunds? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn dawn il-kumpaniji għadhom ma rċevewx il-VAT refund?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kumpaniji li ilhom aktar minn ħames xhur li ma rċevewx refund tal-VAT, skont kif stipulat fil-liġi, huma ta’ 118.
Ir-raġunijiet għaliex ma tħallsux huma:
i. Ghax dawn il-kumpaniji naqsu li jibgħatu id-denunzja kif stipulat fil-liġi; jew
ii. Naqsu li jibgħatu d-dikjarazzjoni tal-Income Tax; jew
iii. Parti mir-refund hi marbuta ma’ mandat ta’ qbid mill-Qorti; jew
iv. Hemm il-ħtieġa ta’ aktar verifiki ulterjuri tal-ammont mitlub f’refund.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalxiex l-Iżvezja ddeċidiet li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-Whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-gvern Żvediż, bħal pajji¿na, qiegħed jallineja r-regoli Żvediżi mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-Evitar tat-Taxxa, jew kif ġeneralment tissejjaħ l-ATAD (Diettiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164). Dawn il-bidliet huma proposti sabiex jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2019.
Skont ir-regoli CFC (
controlled foreign corporation
) li ġew proposti mill-gvern Żvediż, il-gvern Żvediż se jkabbar in-numru ta’ pajjiżi fejn il-kumpaniji tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għat-tassazzjoni Żvediża f’livell ta’ azzjonist.
Huwa importanti li jiġi rrilevat li Malta ma tpoġġietx fuq xi
black
list
u għalhekk li tkun barra mill-
white
list
ifisser l-kumpaniji Maltin se jkunu aktar suxxettibbli għal skrutinju mill-awtoritajiet tat-taxxa Żvediża.
Ngħarraf ukoll li l-Gvern Żvediż ma kkonsultax ma’ pajjiżna qabel ma ppubblika dawn il-proposti speċjalment fl-isfond meta wieħed jikkonsidra l-
fundamental
freedoms
stabbiliti u li r-reġim tat-taxxa tagħna huwa wieħed approvat mill-UE.
Ngħarraf ukoll li billi bħalissa il-gvern Żvediż huwa “
caretaker government
”, il-laqgħa proposta mal-Ministru tal-Finanzi Żvediż qed tiġi posposta temporanjament.
Minħabba n-natura tal-proposta fejn l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom diskrezzjoni wiesa’ fl-iskrutinju tagħhom fuq il-kumpaniji Maltin
b’shareholding
Żvediż, l-impatt ta’ tali mi¿ura mhux possibbli li jiġi kkalkulat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għamel il-Gvern biex jindirizza d-deċiżjoni tal-Iżvezja li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-Whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8071.
Azzjonisti u ultimate beneficial owners ta’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Public Procurement — kumpaniji li ġew blacklisted fuq impjieg prekarju
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3493 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 456, jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet tat-tliet kumpaniji li ġew blacklisted?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tinstab fuq is-sit tad-Dipartiment tal-Kuntratti:
https://contracts.gov.mt/en/Circulars/Pages/Circulars.aspx
, speċifikatament iċ-Ċirkularitajiet Numri 8/2014, 9/2014, 12/2014, 16/2014 u 19/2017 li kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Pjattaforma Prospects – lista ta’ IPOs u Bond Issues
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ IPOs u Bond Issues fuq il-Pjattaforma Prospects li saru kemm ilha mwaqqfa u f’kull każ jgħid:
- id-data tal-ħruġ;
- kemm kien l-ammont ta’ ishma/valur ta’ bonds maħruġa; u
- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni, allowances u l-benefiċċji li huma marbutin mal-karigi li ġejjin:
- President
- Prim Ministru
- Speaker
- Awditur Ġenerali
- Ombudsman
- Ministru
- Segretarju Parlamentari
- Membru Parlamentari
- Segretarju Permanenti Ewlieni
- Segretarju Permanenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ IPOs li saru fil-Borża ta’ Malta fl-aħħar għaxar snin u f’kull każ jgħid:
- id-data tal-ħruġ;
- kemm kien l-ammont ta’ ishma maħruġa; u
- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ Bond Issues li saru fil-Borża ta’ Malta fl-aħħar għaxar snin u f’kull każ jgħid:
- id-data tal-ħruġ;
- kemm kien il-valur tal-Bonds maħruġa; u
- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u tnaqqis ta’ €200
Question
Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern semma li €200 oħra se jiġu mnaqqsa fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u li dan it-tnaqqis ta' €200 kien ġie oriġinarjament introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 li hawn inkluda dan it-tnaqqis fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti u peress li fil-passat, il-€200 kienu jiġu mnaqqsa fil-kalkoli f'każijiet fejn il-pensjonant kien jirċievi żewġ pensjonijiet, bħal pereżempju pensjoni tat-Teżor u pensjoni normali, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux se jkun il-każ fl-2019 ukoll?
Kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u tnaqqis ta’ €200
Question
Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar li t-tnaqqis ta' €200 oħra fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi se jwassal għal żieda ta' €11 fil-ġimgħa lil madwar 2,000 pensjonant, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz, tat-Teżor jew pensjoni addizzjonali u li mhux ser jaraw żieda vera fil-pensjoni? Jidhirlu l-Ministru li żieda ta' €11 fil-ġimgħa hija adegwata fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku mistenni għal pajjiżna?
Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar tnaqqis ta' €200 fil-kalkoli tal-pensjonijiet bl-għan li dawk li qed jaqilgħu fost l-iċken pensjonijiet tiżdidilhom il-pensjoni bi ftit u peress li dan it-tnaqqis ta' €200 ġie introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 inkluda tnaqqis ta' €200 fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti, u peress li hemm eluf ta' pensjonanti li kienu jaħdmu maċ-ċivil li minħabba li jikkwalifikaw għal aktar minn pensjoni waħda, qed jirċievu aktar mill-pensjoni massima tal-bolla, jiġifieri €12,185 fis-sena u dawk li jirċievu pensjonijiet annwali ta' inqas minn din iċ-ċifra, raw aġġustament tal-pensjoni tagħhom bil-mod il-mod iżda dawk li bid-dritt għandhom jieħdu pensjonijiet li huma aktar mill-massimu jridu jistennew is-snin qabel ma jibdew jaraw il-frott ta' proposti bħal dawn, jista’ l-Ministru x'miżuri short term għandu l-Gvern biex issir ġustizzja ma’ dawn il-pensjonanti?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7248 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu? Jista' jagħti break down tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn meta bdiet l-Eco Tax tat-Turiżmu s’issa, inġabru Euro 5,660,415.02.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ma tinġabarx kif mitluba, jiġifieri, skont il-lokalitajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ konvenji li ġew reġistrati kull sena għas-snin 2012 sa 2018, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? X’kien it-total tal-valur dikjarat tal-konvenji għal kull sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ konvenji li ġew reġistrati kull sena u t-total tal-valur dikjarat għas-snin 2012 sal-14 ta’ Novembru 2018, sena b’sena hu kif se jingħad fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mmarkata Dok “A”.
Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 245 u jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi -nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Inċident ta’ “Paqpaqli għall-Istrina” – ħlas lill-vittmi
Question
B’referenza għall-kumpens li tħallas lill-vittmi tal-inċident “Paqpaqli għall-Istrina”, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma globali li tħallset mingħajr ma jgħid lil min tħallset? Billi dawn huma flus il-poplu, jaħsibx li l-poplu għandu dritt ikun jaf kemm kienet is-somma mħallsa? Jista’ jgħid jekk jaqbilx li l-poplu għandu kull dritt ikun infurmat kemm hi s-somma globali li tħallset mit-taxxi tal-poplu stess?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-Gvern għadda lill-Community Chest Fund l-ammont ta’ €3.6 miljun, sabiex jingħata l-kumpens miftiehem mal-vittmi tal-inċident, għaddejjin negozjati sabiex jiġi rkuprat lura parti mis-somma mħallsa mill-kumpannija tal-assikurazzjoni u għalhekk is-somma finali għadha mhix magħrufa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li kellhom flushom il-Bical hux se jitħallsu l-kumplament ta’ flushom kif kienu ġew imwiegħda? Jekk iva meta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma jiġu risolti d-diversi kawżi li hemm miftuħa quddiem il-Qrati, ma jista’ jsir l-ebda ħlas lil dawk li kellhom flushom investiti fil-Bical.