Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Kemm kien hemm jaħdmu fl-2015, fl-2016 u fl-2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent ma hemmx dentisti jaħdmu mal-Faċilita għal Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul, minkejja li għal diversi drabi nħarġet sejħa għal dentisti fid-diversi gradi, flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa. Fil-preżent, is-servizz ta’ dentistrija qiegħed jingħata mill-Universita’ ta’ Malta li fetħet Geriatric Dental Teaching Unit bi sħab ma’ San Vinċenz de Paul.
Fl-2015, ġewwa l-Faċilita’ għal Kura fit-Tul San Vinċenz de Paule, kien hemm jaħdmu 2 dentisti, filwaqt li fl-2016 San Vinċenz kellu dentist wieħed li baqa’ jaħdem sa ma spiċċa meta laħaq l-eta’ tal-pensjoni fl-istess sena. Is-servizz beda jingħata kif spjegat, f’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tad-Dentistrija tal-Universita’ ta’ Malta, mill-2016 ‘l quddiem.
Jista’ l-Ministru jispjega lil din il-Kamra x’qed isir mill-Ministeru tiegħu biex ikompli jitjieb is-servizz tal-home care lil dawk l-anzjani li jibqgħu jgħixu weħidhom u jkollhom bżonn xi għajnuna fid-dar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li, sabiex is-servizz tal-Home Help ikompli jitjieb, id-Dipartiment Għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qiegħed jara li:
· Kull klijent ikollu viżita minn
supervisor
tal-anqas sitt darbiet fis-sena, fejn issir osservazzjoni ħolistika u jekk jiġu nnutati ċertu nuqqasijiet u bżonnijiet, niżguraw li dawn jiġu indirizzati;
· Inkabbru n-numru ta’
supervisors
sabiex nilħqu aktar klijenti, kif filfatt ser inżidu n-numru minn 17 għal 20 –il
supervisor
;
· Nagħtu taħriġ regolari lis-
supervisors
;
· Nirristrutturaw is-servizz li qiegħed jingħata u namalgamawh ma’ professjonisti u professjonijiet oħra;
· U isiru diversi laqgħat mal-kuntrattur biex ikun żgurat li s-servizz ikun qiegħed jingħata kif mitlub.
Minħabba li jista’ jagħti l-każ li xi miżuri mħabbra fl-aħħar baġit dwar persuni b’diżabilità għadhom mhumiex magħrufa biżżejjed, jista’ l-Ministru jelenka l-miżuri soċjali mħabbra fl-aħħar baġit li huma ta’ sostenn għal persuni b’diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din il-familja tħallas kera ta' €531 fis-sena meta kull ma għandha pensjoni ta' €679 fix-xahar, meta l-irħas waħda hija ta' ftit aktar minn €200? Jista' jinvestiga dan il-każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kera hija maħduma skont il-policies tal-kera soċjali preżenti. Il-kuntratt tal-kera tas-Sinjuri ġie ffirmat fid-29 ta’ Ottubru 2014.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward dħul ta' persuna li għandu d-dementia u spiss qed ikun jiġri fit-triq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu, qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – riklam — funzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-funzjonijiet li se jagħmel l-uffiċċju li l-Ministeru tiegħu qed ifittex, hekk kif indikat fir-riklam li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, r-riklam għal tfittxija ta’ spazju biex jintuża bħala uffiċċju, fil-lokalità imsemmija, kien sabiex jinstab post biex iservi bħala uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Fostering u addozzjoni ta’ tfal minn barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ġodda ġew introdotti mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura l-ġdida fil-qasam tal-fostering u l-addozzjoni ta’ tfal minn barra l-pajjiż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2018, kif imħabbar fil-baġit li għadda, żidna l-benefiċċju li jingħata lil dawk il-familji li jagħmlu fostering, biex b’hekk il-benefiċċju issa żdied minn €70 fil-ġimgħa għal €100 fil-ġimgħa, għal kull tifel u tifla li jkunu fostered.
Matul din il-leġislatura, sabiex inkomplu inħajru iktar persuni jidħlu għall-
fostering
, ingħatat bidu għal kampanja informattiva bil-għan illi nżidu l-ammont ta’ tfal li jkunu
fostered
.
Sabiex dejjem inwessgħu l-opportunitajiet għal persuni li jixtiequ jaddottaw, matul l-2017, ftaħna l-opportunitajiet għall-addozzjoni, minn pajjiżi bħall-Latvja, il-Kolombja, il-Polonja u ċ-Ċili.
Ta’ min isemmi li fil-baġit tal-2018 ġiet mħabbra wkoll il-miżura ġdida għal persuni li jixtiequ jaddottaw, fejn hekk kif din tidħol fis-seħħ, ikunu qed jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja sa massimu ta’ €10,000 biex tagħmel tajjeb għal parti mill-ispejjeż illi jagħmlu l-koppji adottivi.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fit-22 ta’ Settembru tal-2017 varajna għall-konsultazzjoni pubblika, l-“Istandards Nazzjonali għall-Proċess tal-Adozzjoni tat-Tfal”, sabiex inkomplu nsaħħu l-adozzjoni f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall l-estensjoni li kien hemm fl-In-Work Benefit u t-tapering tal-benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-estensjoni li kien hemm fl-In-Work Benefit kienet għal koppja fejn xi ħadd minnhom biss ikun qed jaħdem jew taħdem. F’dawn il-każijiet ir-rati żdiedu kif ġej :
Dħul Nett Fis-Sena
Rati Applikabbli Fis-Sena
Minn
Sa
2017
2018
€6,600
€9,499
€350
€450
€9,500
€11,999
€300
€400
€12,000
€12,999
€250
€350
€13,000
€13,999
€150
€200
€14,000
€14,999
€100
€140
€15,000
€16,500
€52
€75
Infakkar ukoll illi, l-In-Work Benefit jingħata wkoll lil dawk il-koppji fejn it-tnejn ikunu jaħdmu kif ukoll lil persuni waħedhom. Fit-tliet kategoriji msemmija jittieħed id-dħul nett minn xogħol u li għad għandhom it-tfal jgħixu magħhom li għadhom taħt it-23 sena.
Ir-rati fis-sena tal-aħħar żewġ kategoriji huma ħafna ogħla minn dawk imsemmija hawn fuq.
Filwaqt li sas-sena l-oħra biex persuna tikkwalifika għat-tapering tal-benfiċċji, kellha tkun ilha fuq l-Għajnuna Soċjali għal sentejn fl-aħħar tliet snin qabel ma tapplika, issa dan il-perjodu tnaqqas għal sena waħda biss.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati flus minn każijiet ta’ frodi ta’ benefiċċji soċjali matul is-sena 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, huwa kkalkulat li d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji ffranka madwar €4,057,300 b’riżultat tal-ħidma tiegħu matul is-sena 2017.
Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali – Ħlas ta’ bolol nieqsa
Question
Jaqbel il-Ministru li l-età ta’ 59 sena għal meta mara tkun tista’ tibda tħallas bolol tas-Sigurtà Soċjali li jkunu nieqsa għal skop ta’ pensjoni, hija għolja wisq u li dawn in-nisa għandhom jingħataw l-opportunità jħallsu dawn il-bolol neqsin anke qabel jilħqu din l-età?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-iskop tal-miżura dejjem kien li jagħti ċans lil nies, speċjalment lin-nisa li jkunu qed jaħdmu u jkunu resqu viċin l-eta’ tal-irtirar, u jkollhom bolol neqsin għax mhux dejjem ikunu ħadmu, biex iħallsu sa 5 snin bolol neqsin milli jkollhom.
Huwa għalhekk illi dan id-dritt jinkiseb mal-eta’ ta’ 59 sena u jibqa’ miftuħ sa qabel il-persuna talgħaq 65 sena.
Aġenzija Appoġġ – policy dwar Out-of-Home Care għat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Aġenzija Appoġġ dwar Out-of-Home Care għat-tfal? Meta kienet l-aħħar li ġiet aġġornata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, s-servizzi tal-Looked After Children u tal-Fostering fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandhom policies dwar il-ħidma tagħhom mat-tfal u żgħażagħ li jgħixu f’Out-of-Home Care. Dawn il-policies, jiddefinixxu x-xogħol illi jsir mis-Social Workers u professjonisti oħra, u jservu kemm bħala linja gwida għas-servizzi li jingħataw lil dawn it-tfal u żgħażagħ, kif ukoll bħala pjan ta’ kura għal dawn it-tfal u żgħażagħ.
Ta’ min jirrimarka li dawn il-
policies,
ġew aġġornati f’dawn l-aħħar snin. L-Aġenzija Appoġġ timxi wkoll man-
National Standards for Out-of-Home Child Care
ippublikati fl-2009 mid-Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali (DSWS), liema standards huma ibbażati fuq ic-
Children’s Rights Convention.
Sussidju u benefiċċji tat-tfal li jaqgħu taħt voluntary admission, care order u court order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-sussidju u l-benefiċċji tat-tfal li jaqgħu taħt voluntary admission, care order u court order? Jekk hemm diskrepanza u nuqqas ta’ uniformità f’sussidju u benefiċċji ta’ dawn il-kategoriji, x’inhi r-raġuni dwar hekk? Meta kien l-aħħar li sar reviżjoni ta’ dawn il-benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk fil-każijiet imsemmija, l-minuri jkunu fostered ma’ xi familja li jkollha l-approvazzjoni tal-Fostering Board, dik il-familja titħallas il-Foster Child Allowance. Minn naħa l-oħra, jekk il-minuri jkunu qegħdin f’xi dar tat-tfal, din l-istess dar titħallas ukoll il-Foster Child Allowance.
Ta’ min jgħid illi l-Foster Child Allowance ma tingħatax skont it-test tal-mezzi u li minn Jannar 2018, ir-rata ser titla’ minn €70 fil-ġimgħa jew €3,640 fis-sena għal €100 fil-ġimgħa jew €5,200 fis-sena.
Barra minn hekk, f’ċertu każi fejn ikun meqjus illi xi tfal jenħtieġu fostering speċjalizzat, hemm bord illi jiddetermina jekk għandux jitħallas benefiċċju addizzjonali, skont il-ħtiġijiet speċjalizzati tat-tifel jew tifla. F’dan il-każ, dan il-benefiċċju flimkien mal-Foster Child Allowance, jista’ ilaħħaq sa €7,000 jew mhux aktar minn €10,000 fis-sena.
Carers u field social workers – ratio li jiddefenixxi best practice għall-ħarsien tal-interessi tat-tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu r-ratio li jiddefenixxi best practice bejn l-ammont ta’ carers u field social workers li jħarsu l-interessi tat-tfal 24/7, apparagun man-numru ta’ tfal li jgħixu f’dar residenzjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, tajjeb li wieħed l-ewwel jagħmel distinzjoni bejn l-irwol tas-Social Worker u dak tas-Support Worker (Carer). Filwaqt illi s-Support Workers (Carers) jipprovdu kura u ħarsien fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum fir-residenzi, s-Social Workers isegwu lit-tfal u ż-żgħażagħ sew jekk protetti b’Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) u sew jekk jiġu għall-attenzjoni tagħna billi jifformulaw il-pjan ta’ kura fit-tul għall-ħarsien tagħhom.
Fid-djar residenzjali tagħha, l-Aġenzija Appoġġ tadotta struttura li hija bbażata fuq l-Istandards Nazzjonali għad-Djar Residenzjali maħruġa mid-Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali(DSWS) fl-2009. Dawn l-istandards jagħtu linja gwida lill-professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam. L-Aġenzija Appoġġ, tara li timxi skont l-istandards nazzjonali permezz tas-servizzi pprovduti minn u permezz ta’ manager,
service area leader, residential social worker/coordinator, support workers
24/7,
emergency service
24/7, u sistema ta’
on-call
24/7.
Appartamenti għal kiri flok il-ħarsien li tingħata fi djar residenzjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jinkrew appartamenti flok il-ħarsien li tingħata f’djar residenzjali li huma stabbiliti? Jista’ jgħid x’inhuma l-vantaġġi għat-tfal? Jista’ jgħid x’inhi n-nefqa kull capita?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minbarra l-ħarsien tat-tfal u żgħażagħ ġewwa djar residenjzjali, jinkrew ukoll appartamenti li jospitaw fihom numru ta’ tfal u żgħażagħ.
Tlieta mill-erba’ appartamenti jilqgħu b'kollox sitt tfajliet. Dawn it-tfajliet kienu jgħixu fi djar residenzjali oħra jew ma’
foster families,
imma li minħabba diversi diffikultajiet fl-imġieba u l-bżonnijiet partikolari tagħhom, dawn id-djar residenzjali jew
foster families
ma' baqgħux f’pożizzjoni li jibqgħu joffrulhom dan il-
placement
. Għaldaqstant, ittieħdet id-deċiżjoni mill-professjonisti involuti li l-kura li għandhom bżonn dawn it-tfal tingħata f'dawn l-appartamenti fejn qed jirċievu attenzjoni aktar individwali permezz ta’
care plans
adegwati għall-bżonnijet u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja li tagħtihom aktar opportunitajiet indaqs fi ħdan il-kommunita`.
Ta’ min ifakkar li huwa għal dan il-għan illi fid-diskors tal-
baġit
għas-sena 2018 il-Gvern impenja ruħu li jinvesti f’ċentru terapewtiku sikur għal minuri li jkunu għaddejin minn dawn il-problemi.
L-appartament l-ieħor, magħruf aħjar bħala is-
Siblings' Home
, infetaħ fl-2013, jilqa' fih żewġ settijiet ta' aħwa li b' kollox jammontaw għal tmient itfal. L-għan ta' dan is-servizz huwa li joffri kura fil-kommunita` għal dawn l-aħwa bi pjan ta' kura individwali. Inħass il-bżonn għal dan is-servizz partikolari minħabba li diversi aħwa li qedgħin f'
out-of-home care
jgħixu ġewwa djar residenzjali jew
foster families
differenti. Din iċ-ċirkostanza kienet qed tikkawża trawmi doppji fuq dawn il-minuri. Kien għalhekk, li ttieħdet id-deċiżjoni li meta jkun hemm ordni ta’ ħarsien illi tikkonċerna każijiet ta’ aħwa, kemm jista’ jkun, dawn l-aħwa jitrabbew flimkien.
Intant, l-ispiża rikorrenti biex l-istat jieħu ħsieb kif jixraq lil dawn il-minuri hija kif ġej;
Qormi – Siblings’ Home
Rabat
Paola
St.Venera
Total Costs per annum
€ 301,915
Total Costs per annum
€ 317,618
Total Costs per annum
€ 194,858
Total Costs per annum
€ 60,139
No of persons
8
No of persons
3
No of persons
2
No of persons
1
Per capita per annum
€ 37,739
Per capita per annum
€ 105,873
Per capita per annum
€ 97,429
Per capita per annum
€ 60,139
Per capita per day
€ 103
Per capita per day
€ 290
Per capita per day
€ 267
Per capita per day
€ 165
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti fuq pensjoni mhux kontributorja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li qed jirċievu Pensjoni mhux Kontributorja, sal-aħħar ta’ Ottubru 2017 kien jammonta għal 4,715 -il persuna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fuq il-benefiċċji soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jispeċifika fuq liema tip ta’ benefiċċji soċjali qed jitlob l-informazzjoni?
Ġentilment ngħarraf lill-Onorevoli Interperllant illi taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jitħallsu diversi benefiċċji, pensjonijiet, għajnuniet u allowances.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mill-Bord tal-Addozzjonijiet bejn Jannar 2017 u Novembru 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bejn Jannar 2017 u Novembru 2017, Il-Bord għall-Addozzjoni ltaqa’ 11 –il darba. Il-Bord għall-Addozzjoni għandu ppanjat illi jiltaqa’ wkoll fix-xahar ta’ Diċembru 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Addozzjonijiet sa Novembru 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta’ Novembru 2017, il-Bord għall-Addozzjoni kellu quddiemu dawn il-każijiet;
· 2 każijiet pendenti li l-Bord irid ikompli jiddiskuti fuqhom u jitlob iżjed informazzjoni jew spjegazzjoni rigward il-
Home Study Report
u/jew il-
Psychological Report
u jekk ikun hemm bżonn mingħand il
-Prospective Adoption Parents
stess;
· 4 każijiet ġodda li għad iridu jiġu diskussi fil-laqgħat ippjanati għax-xahar ta’ Diċembru;
· 3 każijiet illi filwaqt li kienu diġà ġew approvati mill-Bord, ikun hemm il-ħtieġa li jkunu approvati għal darb’oħra, wara li tkun saret xi bidla mill-għażla tal-pajjiż, minn fejn tkun trid taddotta l-koppja. Din l-approvazzjoni, tkun trid tinkiseb mill-ġdid f’każ illi l-koppja tkun għadha m’addottatx fi żmien sentejn minn mindu tkun ġiet approvata mill-Bord għall-Addozzjoni, jew għax il-pajjiż minn fejn tkun ser issir l-Addozzjoni, jitlob li l-
Home Study Report
jerġa’ jiġi rivedut u approvat mill-ġdid, abbażi tal-aġġornamenti li jkun hemm.
Peress li s-servizzi ta’ counselling huma ferm utli meta relazzjonijiet fi żwieġ, unjoni ċivili jew koabitazzjoni jkunu għaddejjin minn mumenti mhux tajba, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li joffri l-Gvern f’dan ir-rigward?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Aġenżija Appoġġ u l-Aġenzija Sedqa joffru diversi għajnuniet ta’ counselling minn professjonisti, fil-komunitajiet, fiċ-Ċentri tagħha, kif ukoll fuq bażi individwali. Is-servizz tal-counselling huwa immirat lejn gruppi u problemi differenti tas-soċjeta`, fosthom;
-
Intake and Family Support Service
u l-programm ta’
Co-Parenting
għal koppji li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli, kif ukoll għajnuna lil koppji separati sabiex jitħarsu id-drittijiet tat-tfal, jiġi stabbilit il-kuntatt mat-tfal kif ukoll ikunu inidirizzati il-ħtiġijiet tat-tfal illi qegħdin jitrabbew f’kuntest ta’ familja differenti;
-
Home Based Therapy Service (HBTS)
provdut minn terapisti tal-familja
(family therapists)
li jżuru familji bi problemi soċjali kumplessi u jagħtuhom l-għajnuna bħala familja fi djarhom stess;
- Sapport dirett lejn vittmi ta’ vjolenza domestika, anka b’intervintenti minn
social workers;
- Programm imsejjaħ
Managing Abusive Behaviour
immirat lejn min jikkawża l-vjolenza domestika;
-
Training
u
Assessment Sessions
lil koppji u/jew individwi li jkunu jridu jiffosterjaw jew jaddottaw;
- Servizzi immirati lejn it-tfal bħal
Youth in Focus
, u s-servizzi speċjalizzati immirati lejn
Looked After Children
u
Child Protection
, fejn saħansitra il-ħaddiema soċjali jaħdmu fil-qrib mal-familji tat-tfal;
- Servizzi minn terapisti u psikologi għal persuni li jkunu għaddejjin mill-problema tad-droga, servizzi li huma offruti kemm fiċ-ċentri ta’ rijabilitazzjoni kif ukoll servizzi li jingħataw fuq bażi personali ġewwa d-djar tal-individwi.
Fid-dawl li l-Moviment ta’ Kana hu mfittex sew bħala sors ta’ servizz għall-preparazzjoni taż-żwieġ, counselling u servizzi oħra li jsaħħu l-formazzjoni tal-familja, jista’ l-Ministru jgħid jekk jingħatax sussidju lil din l-entità? Jekk iva, jista’ jgħid kemm? Jekk le, jista’ jgħid hemmx il-ħsieb li jingħata? Kien jingħata sussidju fil-passat? Jekk iva, x’inhi r-raġuni li nqata’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ma jingħata l-ebda sussidju lill-Moviment ta’ Kana.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-parti tal-mistoqsija dwar jekk kienx jingħata sussidju fil-passat, lill-Ministeru kkonċernat.