Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24995 u jgħid kemm-il skola u liema skola f’Għawdex għamlet fire drill fl-ewwel terminu skolastiku tas-sena 2024-2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-iskejjel t’Għawdex kollha għamlu fire drill fl-ewwel term skolastiku għajr 3 li sarilhom refurbishment u nbiddel l-escape route. Infurmat ukoll li matul it-tieni terminu l-fire drills se jsiru għall-iskejjel kollha.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25105 dwar rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi ppubblikat dan ir-rapport?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit – Rapport - Evalwazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25105 dwar rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li titlesta l-evalwazzjoni ta' dan ir-rapport? Jista’ jgħid ukoll min qed jagħmel din l-evalwazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Lista ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24864 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust u
ċ. taċ-ċivil?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24735, dwar rakkomandazzjoni u inizjattivi tal-istrateġija mill-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), fejn ġie mwieġeb li l-istrateġija ġiet imnedija f’Lulju tal-2024 u l-implimentazzjoni tagħha minn naħa tal-MFHEA hija kontinwa, jista’ l-Ministru jagħti dettalji fejn waslet l-istrateġija sa issa, miżura b’miżura?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19361 u 19918 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18654 u 18657, jista’ l-Ministru jgħid kif 555 studenti tal-Iskola Primarja tan-Naxxar ser jiġu rilokati fin-Naxxar stess, meta l-Middle School għandha fiha 801 student? Jista’ jgħid jekk dawn hux se jitpoġġew fi skola waħda? Jekk iva, dan ifisser li se jsir xogħol biex tikber il-binja tal-Middle School jew qed jirreferi għal xi post ieħor u liema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull tweġiba kienet marbuta mal-iskola Primarja u mhux mal-iskola Medja.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25129 dwar xogħlijiet fil-Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jindika min huma l-istakeholders konċernati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħal ma diġà ġie mtenni fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25129, għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji ma’ entitajiet varji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24777 u 25206 u jgħid jekk is-software Clicker għadux jintuża għat-tagħlim ġewwa pajjiżna? Jekk iva, fejn jintuża? Jekk le, għala twaqqaf?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Kuntratt ta’ impieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi ħadet EquestriMalta fuq Equidrome Malta li minħabba li ttardjat biex ġabet biżżejjed ramel, Malta ttardjat ukoll biex bdiet l-istaġun tat-tiġrijiet fil-Korsa tal-Marsa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Racing Club ħareġ il-kalendarju fit-30 ta’ Diċembru 2024 li jindika il-25 ta’ Jannar bħala l-bidu tal-kampjonat filwaqt li kien hemm bl-iswed fuq l-abjad li dan il-programm jista’ jinbidel jew jiġi aġġornat skont il-ħtieġa.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Lista ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust u
ċ. taċ-ċivil?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24926, jista' l-Ministru jgħid kemm-il Higher Technician fi skala 10 issejħu għal dan il-'colloquium' u min ser ikun qiegħed jintervista lill-Higher Technicians? Jista’ jgħid ukoll kemm-il Higher Technician irid jintgħażel biex isir Principal skala 9 u x'inhuma l-kriterji tal-assessjar li fuqhom se jkunu assessjati l-kandidati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li kienet impjegata fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex jew kinitx impjegata mal-Ministeru tal-Edukazzjoni jew ma' xi entità jew xi aġenzija li taqa' taħt ir-responsabbiltajiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni? Jekk iva, jista' jispeċifika x’pożizzjoni għandha/kellha, x'inhi/x'kienet in-natura ta' xogħolha u x'salarju għandha/kellha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-iskop tal-Youth Advisory Forum, kemm-il darba jiltaqa’, x’tip ta’ diskussjonijiet isiru fih u x’tip ta’ azzjonijiet joħorġu minn tali diskussjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Intrepellanta sabiex tirreferi din i-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tas-CEO il-ġdid tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti (AIMS)? Jista’ jqiegħed ukoll is-CV tiegħu, jinkludi l-kwalifiki li għandu, u l-kondotta biex jokkupa din il-kariga?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24551.