Tista' l-Ministru tgħid kif ikun imqassam il-kors għall-benejja? Xi kwalifikazzjonijiet għandek bżonn biex tidħol għal dan il-kors? Kemm huwa twil dan il-kors? Jekk huwiex rikonoxxut mill-Università ta' Malta jew jekk huwiex kors tad-dipartiment tal-edukazzjoni? Kull meta jiġi organizzat dan il-kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-MCAST joffri żewġ korsijiet li jwasslu sabiex wieħed jista’ joqgħod għall-eżami tal-liċenzja ta’ bennej, wieħed jiġi offrut fil-Prospectus lil żgħażagħ prospettivi li jispiċċaw il-livell sekondarju u jkunu għalqu s-sittax il-sena, u l-ieħor għal adulti ta’ l-fuq minn sittax il-sena.
L-ewwel kors jibda b’sena full-time u jkompli għal sentejn f’apprendistat. Wara li student/a jiggradwa mill-MCAST, jista joqgħod għall-eżami tal-liċenzja tal-bennej li din toħrog minn bord awtonomu. Il-units tat-tagħlim li jsir fil-kors jidhru fil-Prospectus. Dan il-kors jiftaħ f’Settembru, fil-bidu tas-sena akkademika tal-Kulleġġ.
It-tieni kors huwa mmirat għall-persuni li diġa jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni. Dan il-kors isir filgħaxija għal nies li għandhom l-esperjenza pero’ li jkunu jridu ikabbru t-tagħrif tagħhom sabiex jersqu ghall-ezami tal-liċenzja. Għalhekk, dan il-kors huwa maqsum f’erba’ partijiet. Wieħed jista’ jagħzel il-parti li jaf li ghandu bżonn l-aktar.
1. Practical Stone Dressing (Inġar tal-Ġebel) 30 siegħa
2. Stone Laying (Tqegħid tal-Ġebel) 30 siegħa
3. Design of Stairs (Ħżuż ta’ Turġien) 20 siegħa
4. Desing of Arches (Ħżuż ta’ Arkati) 20 siegħa
Dan il-kors jiftah darbtejn fis-sena f’Ottubru u f’Marzu. Huwa ċċertifikat mill-MCAST u qiegħed jiġi pparagunat mat-tielet livell tal-kwalifiki vokazzjonali mill-Kunsill Malti għall-Kwalifiki.
Dan il-kors jiġi rikonoxxut meta wieħed jieħu l-Liċenzja tal-Bennej li hija rikonoxxuta legalment.
Tista' l-Ministru tgħid kemm jiġu organizzati korsijiet ta' skills u snajja mid-dipartiment tal-edukazzjoni? Kemm-il darba jinfetħu dawn il-korsijiet fis-sena? Kemm huwa l-ħlas biex tipparteċipa f'kull kors? Kemm huma twal fiż-żmien kull kors? Xi kwalifikazzjonijiet għandek bżonn biex tipparteċipa f'dawn l-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Adult Education Unit fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qiegħda torganizza 99 klassi f’34 kors differenti.
Għal dawn il-korsijiet m’hemm ebda bżonn ta’ kwalifiki biex tattendi.
Informazzjoni oħra mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq is-sala tal-iskola Primarja ta’ Marsaxlokk? Meta huwa maħsub li din titlesta u li tibda tintuża mill-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-bini tlesta u qiegħed jiġi finalizzat ix-xogħol ta’ ġewwa, fejn, jekk ma jkunx hemm problemi, ikun lest għall-bidu ta’ April 2009.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti ta' restawr li fuqhom qed taħdem Heritage Malta bħalissa? Liema proġetti oħra hu mistenni li jinbdew matul it-12-il xahar li ġejjin? Fejn jinsabu dawn il-proġetti ta' restawr li jinsabu għaddejjin u dawk li mistennija jinbdew matul ix-xhur li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-proġetti ta’ restawr li fuqhom qed taħdem il-Heritage Malta bħalissa huma dawn:
Mużew tal-Gwerra -
uprading
totali
Mużew ta l-Arkejoloġija - restawr tal-faċċata u preparazzjoni ta’ swali fis-sular ta’ fuq
Tkomplija ta’ konservazzjoni ta’ oġġetti li hemm fil-Muzew ta’ l-Arkejoloġija
Mużew Marittimu -
upgrading
totali ta’ naħa waħda tal-Mużew
Mużew ta’ l-Arti -
upgrading
totali ta’
wing
waħda tal-mużew.
Muzew ta’ l-Arti – Restawr tal-bitħa interna
Xogħol ta’ konservazzjoni fuq megaliti li jiffurmaw parti mit-tempji ta’ Ħaġar Qim
Restawr tal-linef tas-sala tat-tron fil-Palazz tal-President
Restawr ta’ ċeramika Ċiniża li hemm fil-Palazz tal-President
Restawr ta’ oġġetti li hemm fil-kollezzjoni tal-Mużew ta’ l-Inkwiżitur u Mużew ta’ l-Arti
Oratorju Żejtun u l-qanpiena ta’ l-Oratorju
Refurbishment
ta’ żewġt iswali fil-palazz tal-Inkwiżitur
Manutenzjoni ġenerali u preparazzjoni ta’ swali ġodda fil-mużew tal-istorja naturali
Konservazzjoni tal-kurituri tal-Palazz Presidenzjali
Proġett ta’ konservazzjoni tal-mużajċi fid-Domus Romana u r-
Roman Baths
Tined u ċentru għall-viżitaturi parti mill-proġett ta’ Ħagar Qim u l-Imnajdra
S’issa fost il-proġetti għas-sena li ġejja hemm:
Restawr tal-qanpiena u kampnar ta’ Sant’Anġlu
Restawr tal-faċċata tal-ġenb tal-Palazz ta’ l-Inkwiżitur
Restawr tal-bitħa tal-Palazz ta’ l-Inkwiżitur
Bdil u tiswija ta’ ħitan u gradi tal-ħadid fil-Katakombi ta’ San Pawl
Ħitan ġodda madwar parti mit-tempju ta’ Tas-Silġ
Reception kiosk
ġdid fil-Palazz tal-President
Konservazzjoni tat-torri tal-arloġġ ta’ Pinto tal-Palazz Presidenzjali
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hi n-nefqa marbuta mat-trasport tat-tfal tal-iskola, għad-diversi skejjel primarji u sekondarji tal-gvern għal kull sena skolastika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 3822.
Tista' l-Ministru tispjega jekk l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà hux tinvestiga s-sit tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u jekk din instabitx li s-swali tat-taħriġ tagħha mhumiex addattati għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem? Sussegwentement tista' tinforma x'direttivi ħarġet l-awtorità u x'passi qed jittieħdu mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tiġi miġbura mill-Orkestra Nazzjonali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fuq il-Librerija Pubblika ta' Belt is-Sebħ u l-branch libraries matul dawn l-aħħar ħames snin għal xiri ta' kotba ġodda? Kemm inxtraw kotba b'dawn l-ammonti sena b'sena? F'liema libreriji tpoġġew? Kemm minnhom kienu bl-Ingliż u kemm minnhom kienu bil-Malti? Kemm minnhom kienu għat-tfal u kemm minnhom kienu għall-adulti? Min kienu l-aġenti li mingħandhom inxtraw il-kotba sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni — Każi quddiem l-Ombudsman
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm każi tressqu quddiem l-Ombudsman matul dawn l-aħħar tlett snin li jallegaw xi nuqqasijiet kontrihom mill-ex-Diviżjoni tal-Edukazzjoni jew mid-Direttorati l-ġodda tal-Edukazzjoni, sena b'sena? Kemm minn dawn il-każi nqatgħu favur id-Direttorati tal-Edukazzjoni jew l-ex-Diviżjoni tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-każi li ġew riferuti lill-ex Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni jew lid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni mingħand l-Ombudsman, li matul dawn l-aħħar tliet snin kien hemm dawn il-każi li nqatgħu hekk:
Każijiet ex-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni
2006
2007
Total ta’ Każijiet
20
18
Każiijiet Favur
9
4
Każijiet Kontra
1
3
Każijiet Solvuti
9
9
Investigazzjoni mwaqqfa
1
1
Każi mhux investigati
NIL
1
Każijiet kontra id-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni mill-19 ta’ Novembru 2007 sal-25 ta’ Novembru 2008
2007
2008 (minn 1 ta’ Jannar sa 25 ta’ Novembru)
Total ta' Każijiet
1
8
Każijiet Favur
NIL
3
Każijiet Kontra
1
NIL
Każijiet Solvuti
NIL
2
Investigazzjoni mwaqqfa
NIL
1
Każi mhux investigati
NIL
NIL
Pendenti
NIL
2
Tista' l-Ministru tgħid kemm fondi intnefqu fuq riċerka mill-ex-Diviżjoni tal-Edukazzjoni u l-preżenti Direttorati tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Liema kienu l-entitajiet li magħhom saret din ir-riċerka? Liema skejjel kienu involuti f'kull riċerka skola skola? Kemm tfal kienu involuti minn kull skola, bniet u subien f'kull riċerka? X'ħareġ minn kull riċerka li saret? X'riċerka hemm ippjanata għat-tlett snin li ġejjin? X'fondi jistgħu jiġu akkwistati mill-Ewropa biex itaffu n-nefqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammont ta’ fondi li ntefqu fuq riċerka mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u issa mid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni, sena b’sena tul dawn l-aħħar ħames snin kienu:
Sena
Ammont
2004
€53,884.55
2005
€83,911.00
2006
€69,587.86
2007
€122,177.76
2008
€86,998.24
L-entitajiet li magħhom saret din ir-riċerka kienu prinċipalment: l-Universita’ ta’ Malta, il-Fondazzjoni Nazzjonali għal Riċerka fl-Edukazzjoni (NFER), L-Organiżżazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Evalwazzjoni ta’ Kisbiet fl-Edukazzjoni (IEA).
Fir-riċerka li saret kienu involuti l-iskejjel primarji u sekondarji kollha, kemm pubbliċi kif wkoll privati.
In-numru ta’ tfal involuti f’kull riċerka huwa kif jidher fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mir-riċerka li saret fil-primarja mat-tfal ta’ l-ewwel sena kien ippubblikat il-ktieb “Mathematics in Malta”. Min din ir-riċerka ħarġu numru ta’ riżultati fosthom li l-istudenti bniet fl-ewwel sena ta’ l-iskola primarja marru aħjar minn studenti subien, u li t-tul ta’ żmien li l-istudenti għamlu fil-kindergarten kellu effett pożittiv fuq il-kisbiet (performances) fit-test. Għal aktar informazzjoni nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal din il-pubblikazzjoni fejn wieħed jista’ jsib ir-riżultati ta’ din ir-riċerka.
Mir-riċerka li saret fil-livell ta’ l-edukazzjoni sekondarja s’issa għadu ma ħareġ l-ebda riżultat. Ir-riżultat joħroġ meta jintemm il-proċess ta’ riċerka li hu marbut ma’ skeda internazzjonali.
Fil ġejjieni hemm il-ħsieb li Malta tieħu sehem f’riċerka internazzjonali bħall TIMSS, PIRLS u PISA.
Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u issa d-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni talbu u irċevew għajnuna finanzjarja taħt il-Programm għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Kummissjoni Ewropeja biex itaffu n-nefqa tar-riċerka.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu text books mill-istores tad-Direttorat tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin biex jitqassmu fl-iskejjel tal-istat? Liema kienu l-kotba, f'liema ammonti, u f'liema skejjel skola, skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija paralmentari 2962 li għamilt fir-rigward tal-performance agreement tal-Assistenti Diretturi li jaqgħu taħt id-Direttorati tal-Edukazzjoni għas-sena 2008, tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li l-assistenti diretturi li kienu fil-post ma ntalbux jagħmlu dan l-agreement? Qed jingħad li l-post tagħhom kien intenzjonat li jiġi abolit, tista' tikkonferma jekk dan huwiex minnu? Ta' min kienet l-idea u x'ġara li biddel id-direzzjoni?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal jistennew SPS? Tista' tara li jitmexxa l-każ ta' tifla li dettalji tagħha qed jidhru separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li sad-data tal-lum hemm 434 persuna jistennew is-servizzi tal-SPS (School Psychological Service).
Il-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ġew provduti separatament, ġie rreferut lill-iSchool Psychological Service fl-24 ta’ Ottubru 2008. Skond il-kriterji tal-iSchool Psychological Services, il-każ mhux urġenti u għalhekk tpoġġa fuq waiting list.
Għawdex — Ċittadella - fondi allokati għar-restawr u riabilitazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm fondi se jiġu allokati fl-2009 għar-restawr u r-riabilitazzjoni taċ-Ċittadella ta’ Għawdex mill-Voti tal-Ministeru tagħha? Kemm mistennija tkun in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet fl-2009? F’liema sena mistennija jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġetti ta’ restawr fiċ-Cittadella f’Għawdex qed jitfasslu mill-Unit tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ players barranin irreġistrati Malta u li qegħdin jilagħbu f’xi wieħed mill-leagues f’Malta taħt il-kappa tal-Malta Football Association?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3345.
Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru tagħha inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fil-Ministeru tiegħi ma nxtraw ebda karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma karozzi konvenzjonali.
Peress li diversi studenti tal-iskola Sir Mikelang Refalo tar-Rabat, Għawdex ma jistgħux jieħdu l-Ġermaniż u l-Franċiż għaliex hemm clash fil-ħinijiet tal-lezzjonijiet, peress li hemm ħafna studenti li jixtiequ jitgħallmu dawn iż-żewġ lingwi flimkien imma minħabba din il-problema ma jistgħux, tista` l-Ministru tara li din il-problema tiġi mistħarrġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li hemm studenta waħda li għamlet din ir-rikjesta. Tajjeb wieħed jispega li l-preparamenti għat-timetable jibdew isiru f'April (jiġifieri għal din is-sena skolastika ix-xogħol beda f'April 2008) sabiex din tkun lesta kmieni u jiġu kkalkulati kemm hemm bżonn għalliema. It-timetable issir skond il-gruppi ta' suġġetti li huma neċessarji għal diversi korsijiet fl-Universita’. Il-Ġermaniz u l-Franċiż huma fl-istess grupp ta' suġġetti għaliex mhumiex obbligatorji t-tnejn għal xi kors partikolari. L-iskola ħadmet fuq ir-rekwiżiti li se jkollhom bżonn l-istudenti meta jiġu biex jidħlu l-Universita sentejn oħra. Waqt li wieħed jifhem li jkun jixtieq jikkuntenta lil kulħadd, biex timetable tinħadem irid ikun hemm parametri biex din tkun operata b'mod effettiv. L-istudenta kkonċernata kienet magħrfa b'din l-informazzjoni u in fatti bdiet is-sena billi għażlet l-Ingliż u l-Franċiż. Jidher li dan l-aħħar ma tantx għoġobha l-Ingliż u esprimiet li tixtieq tbiddlu għall-Ġermaniż. L-iskola pruvat tagħmel l-arranġamenti interni sabiex din il-problema tissolva. Pero’ma kienx possibbli għaliex biex jitħarrku l-gruppi ta' suġġetti ta’ l-għażliet tal-istudenti jimplika li jinbidlu l-kundizzjonijiet ta’ mijiet ta’ studenti. B’hekk jinħoloq aktar disgwid u n-numru ta’ studenti bi problemi jimmultipplika bil-mijiet.
Tista' l-Ministru tikkunsidra l-possibbiltà li darba fis-sena jkun hemm ċelebrazzjoni ta' Jum il-Lingwa Maltija fl-iskejjel statali u postijiet oħra governattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bħalissa, fl-iskejjel Maltin, issir ċ-ċelebrazzjoni tal-Ġurnata Ewropea tal-Lingwi fl-20 t’Ottubru. Il-lingwi kollha jiġu ċċelebrati permezz ta’ attività li d-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning iħejji matul is-sena.
Tul dawn l-aħħar snin saret il-Best Language Practice Award fejn l-iskejjel Statali, Indipendenti u tal-Knisja jieħdu sehem f’attivitajiet li jiċċelebraw il-komunikazzjoni permezz tal-lingwa
Rabat — Santu Spritu - Dipartiment tal-Arkivji - arkivisti ġodda
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu impjegati numru ta' arkivisti mad-Dipartiment tal-Arkivji ġewwa Santu Spirtu r-Rabat, issa li hemm numru sabiħ ta' arkivisti gradwati mill-Università ta' Malta? Ma taħsibx li post ta' din l-importanza għandu jiġi sostnut bi staff professjonali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Parti intrinsika mir-riforma leġislattiva li saret permezz ta’ l-Att V,2005 kien propju li l-Arkivji Nazzjonali jippromwovu l-professjonalita’ u joffru l-opportunita’ ta’ karriera fl-Arkivistika.L-Arkivji Nazzjonali jinsabu mexjin progressivament sabiex iżidu n-numru ta’ nies impjegati li jkunu wkoll gradwati fl-Arkivistika jew fl-Amministrazzjoni ta’ rekords.Matul din is-sena intlaħaq l-ewwel ftehim kollettiv li jipprovdi sabiex issa hemm struttura professjonali ta’ gradi li fost l-oħrajn tinkludi l-Archives Officers u l-Archives Assistants. Matul dawn fl-aħħar snin fl-Arkivju Nazzjonali żdied l-ammont ta’ gradwati minn wieħed full time u ieħor part time għall-erbgħa full time fit-tliet siti li minnhom topera din l-entita’. Hu l-ħsieb li fil-qafas legali ġdid u modern li issa s-settur għandu jitkompla dan il-proċess dejjem fil-limiti wkoll finanzjarji.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ipproċessa talbiet għal equivalency l-Equivalency Board tad-Direttorati tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena? Min huma l-membri tal-bord preżenti? Min huwa responsabbli għal dan il-bord? X'inhuma t-terms of reference ta' dan il-bord? X'renumeration jieħdu l-membri tal-bord?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma jeżisti l-ebda Equivalence Board fid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni li jipprocessa kwalifiki.