Qorti tal-Appell Kriminali – komunikazzjoni ta’ sentenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ħa wara li l-Qorti tal-Appell Kriminali ordnat li jkun komunikat lilu s-sentenza tagħha li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq anomalija tal-liġi l-ġdida (tal-2015)tad-droga?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-sentenza li għaliha qed jirreferi hi tal-Qorti Kostituzzjonali. Din is-sentenza tgħid illi l-benefiċċji tal-Artikolu 8 tal-Att 1 tal-2015 (li ghadda minn din il-Kamra b'mod unanimu) għandhom japplikaw ukoll għal kawżi fi stadju tal-Appell.
Il-liġi fil-fatt ma tgħidx li dawn ma japplikawx u l-kwistjoni deċiża fil-kawża qamet fuq interpretazzjoni.
Jien qed nifhem li wara l-imsemmija sentenza jkun aħjar li ssir emenda li tkun tindirizza b’mod speċifiku x’għandu jsir meta imputat ikollu kawżi pendenti kemm quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u jkun hemm deċiżjoni li għandu japplika l-Artikolu 8.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) fiex wasal il-proċess ta’ konsiderazzjoni u konsultazzjoni interna (li hu semma’ fit-tweġiba għall-interpellanza 11118 tal-leġislatura l-oħra) dwar proposta ta’abbozz ta’ liġi sabiex jindirizza l-problema ta’ dawk l-inkwilini li qed jispiċċaw żgumbrati minn djarhom minħabba li l-Qrati qed jiddikjaraw parti mill-Att 23 tal-1979 bħala li jikser id-drittijiet tat-tgawdija tal-proprjetà tas-sidien; u
b) fiex waslet il-proposta ta’ liġi u s-social impact assessment li huwa semma’ fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13523 tal-leġislatura l-oħra, dwar l-istess suġġett? Jaf il-Ministru li fil-frattemp spiċċaw żgumbrati minn djarhom familji sħaħ, l-iktar koppji anzjani intortament (u bla ebda tort tas-sidien lanqas li qed jikkawtelaw id-drittijiet tagħhom) li kienu daħlu f’kuntratti in bona fede u skont il-liġi tal-1979, u hemm eluf oħra bil-mannara mdendla fuq rashom?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-pożizzjoni tal-Gvern preżenti hi identika għal dik tal-Gvern li kien jifforma parti minnu l-Onor. Interpellant. Inżid ngħid li qed nimmoniterjaw is-sitwazzjoni b'attenzjoni sħiħa.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 67 u jagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma ilmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, jista’ jagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il avveniment sar minn Spazju Kreattiv u liema kienu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2013 sal-llum saru bosta avvenimenti li jinkludu cinema screenings minn Spazzju Kreattiv, skont kif indikat hawn taħt:
Staġun
Total
2013/2014
370
2014/2015
270
2015/2016
270
2016/2017
367
2017/2018
448
Fost dawn il-mijiet t’avvenimenti li kollha kienu ta’ suċċess nsibu dawk ferm popolari bħal:
Għall-istaġun 2013/2014:
- Milkshake by Gilbert Calleja (Visual Arts);
- Most Intimate by Claire Tonna (Music);
- The Lockerbie Bomber by DnA Productions (Theatre);
- I, Malvolio by Tim Crouch (Theatre).
Għall-istaġun 2014/2015:
- Valletta International Arts Festival (VIVA);
- Isle Landers by Darrin Zammit Lupi (Visual Arts);
- The Twilight Sad Concert by Hairyamp Promotions (Music);
- European Disability Arts Festival by Opening Doors (Festival);
- Children of A Lesser God by TheatreEncore (Theatre).
Għall-istaġun 2015/2016:
- Mela hawn xi Manikomju? by Alfred Buttiġieġ (Theatre);
- Tikber u Tinsa by Clive Piscopo (Theatre);
- LUX Prize by the European Parliament (Cinema);
- Plato's Dream Machine Concert (Music);
- Lampedusa by Unifaun Theatre (Theatre);
- Pinnuri by the Rubberbodies Collective (Visual Arts);
- Inħobbok by Umberto Buttiġieġ (Visual Arts).
Għall-istaġun 2016/2017:
- Travel Photographer of the Year (TPOTY) (Visual Arts);
- Between the Heard by Renzo Spiteri (Multidisciplinary);
- SACRED | PROFANE by Lawrence Buttiġieġ (Visual Arts);
- L-Iffissat t'Alla (Theatre);
- MalTEEN - Creative Youth Fest (Festival);
- Artists' Residency Programme (Multidisciplinary);
- Angela's Kitchen by Paul Capsis (Theatre).
Għall-istaġun 2017/2018:
- Memory in Hand by the China Cultural Centre (Visual Arts);
- Active Age Intergenerational Dialogue (Multidisciplinary);
- Kreaturi by the Gabriel Caruana Foundation (Visual Arts);
- Anamnesis. Art, Memory and Identity in Poland and Malta between 1989 and 2016 (Visual Arts);
- Raymond "Fight" Beck by Teatru Malta (Theatre);
- Ostrale Collective (Visual Arts);
- Estonian Film Days (Cinema).
Bħala parti mill-impenn nazzjonali għall-immaniġġar tal-iskart (Waste Management Plan), jista’ l-Ministru jelenka x’ħidma qiegħda ssir, anke b’koordinament mal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima biex jintlaħqu l-miri mistennija minn pajjiżna sal-2020?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitħejja pjan ta’ azzjoni flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Ministeru għall-Ambjent, Żvillup Sostenibbli u Tibdil fil-Klima (MSDEC) abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet li saru mill-Unjoni Ewropeja dwar l-istess tema.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti ewlenin li ġew irrestawrati matul l-2017 sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul l-2017 saru dawn il-proġetti ta’restawr:
- Faċċata laterali tal-Mużew Marittimu
- Faċċati tal-bitħa interna tal-Palazz tal-Inkwiżitur
- Bitħa interna tal-Palazz Vilhena
- Pedament tal-kappella ta’ San Pawl Milqi
- Faċċata tal- bitħa interna tal-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija
- Restawr tal-faċċata prinċipali ta’ Palazzo Ferreria, Valletta
- Restawr min barra tal-Knisja tal-Ġiżwiti, Valletta
- Restawr tal-Batterija ta’ Grunenbergh, Isla
- Restawr ta’ Niċċa ta’ San Mikiel, ¯urrieq
- Restawr tal-Kappella tal-Maddalena, Dingli
- Restawr fuq żewġ funtani fil-Ġnien tal-Argotti, Furjana
- Restawr fuq parti mis-swar ta’ Haywarf , Furjana
- Restawr tal-Bastjun ta’ Notre Dame, Furjana
- Restawr tal-faċċati tal-Għassa taż-¯ejtun
- Restawr tal-faċċata ta’ wara tal-Arkivji tas-Santo Spirto, Rabat
- Restawr fuq il kampnar tal-knisja Parrokjali, Bormla
- Restawr tal-Kappella ta’ Santa Lucija, Santa Lucija
- Restawr tal-Kappella ta’ Porto Salvo, Ħamrun
Barra minn hekk, għandu jintemm ukoll xogħol fuq dawn il-proġetti sal-aħħar tas-sena:
- Restawr tal-faċċata prinċipali tal-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann, Valletta
- Restawr tal-faċċata tal-Palazz ta’ Verdellin, Valletta
- Restawr tal-faċċata prinċipali ta’ Palazzo Castellania, Valletta
- Rijabilitazzjoni tal-binja ta’ Cafe Premiere għal uffiċċji għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mediċina hemm irreġistrata mal-Awtorità dwar il-Mediċini sakemm tiġi biex titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar il-Mediċini għandha 5457 mediċini reġistrati. Fl-aħħar erba’ snin ġiet awtorrizzata ‘l fuq minn 2700 mediċina b’iktar minn 500 prodott awtorizzat matul din is-sena.
Awtorità dwar il-Mediċini – tisħiħ ta’ valur xjentifiku/tekniku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment qed isir mill-Awtorità dwar il-Mediċini biex jissaħħaħ il-valur xjentifiku/tekniku tal-istess impjegati tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-suċċess tal-Awtorità jissarraf bil-ħidma ta’ impjegati motivitati li għandhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għal dan ix-xogħol ta’ responosabbiltà kbira lejn il-pazjent. Fid-dawl ta’ dan, din is-sena ġie stabbilit unit ġdid dwar ir-riċerka, l-affarijiet xjentifiċi u l-innovazzjoni. Dan il-unit isaħħaħ il-kollaborazzjoni tal-Awtorita` mal-akkademja u m’ entitajiet lokali u Ewropej fil-qasam farmaċewtiku. Qed tiġi kkordinata r-riċerka avvanzata mwettqa fi ħdan l-Awtorita` filwaqt li t-taħriġ xjentifiku li qed jirċievu l-professjonisti tal-Awtorita` qed iwassal biex jitfassal programm ta’ taħriġ u żvilupp kontinwu li l-Awtorita` toffri lill-industrija.
Fl-Awtorita` qed jitkompla l-proċess ta’ żvilupp fil-kompetenza ta’ l-impjegati kollha b’mod għaqli, sostennibli u bi strateġija biex l-Awtorita` tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet tagħha b’effiċjenza. Għal dan il-għan, l-Awtorità tinvesti għaxra fil-mija (10%) tal-baġit tagħha li jintnefaq għal taħriġ avvanzat, żvillupp professjonali kontinwu u parteċipazzjoni f’laqgħat u konferenzi Ewropej u Internazzjonali. Il-fellowship programme li toffri l-Awtorita` dwar il-Mediċini għal professjonisti li qed isostnu studju avvanzat fis-settur farmaċewtiku żdied b’iktar minn ħamsin fil-mija (50%) mis-sena l-oħra ‘l hawn. Mit-taħriġ u opportunitajiet ta’ studju provduti jibbenefikaw l-impjegati kollha u dawn l-inizjattivi wasslu biex ħamsa u tletin fil-mija (35%) ta’ dawn il-professjonisti qed ikomplu l-istudju tagħhom fl-livell ta’ Masters u Dottorat.
Awtorità dwar il-Mediċini – spezzjonijiet barra mill-Ewropa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni barra mill-Ewropa għamlet l-Awtorità dwar il-Mediċini sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fl-2014 l-Awtorità dwar il-Mediċini għamlet l-ewwel spezzjoni fl-imanifattur tal-mediċini barra mill-Ewropa u sal-llum saru 30 spezzjoni f’pajjiżi bħaċ-Ċina, l-Indja u s-Serbja. Din is-sena kellna rekord ta’ spezzjonijiet fejn sal-llum saru 11-il spezzjoni u saret ukoll l-ewwel spezzjoni f’Dubai.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ riċerka qed titwettaq attwalment mill-impjegati tal-Awtorità dwar il-Mediċini u x’riżultati nkisbu sal-lum f’kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar il-Mediċini tagħti l-kontribut tagħha biex il-pajjiż iżid l-attività ta' riċerka, xjenza u innovazzjoni, speċjalment fl-oqsma li jirrigwardaw il-kompetenza tal-industrija, ix-xjenza regolatorja u s-sigurtà tal-mediċini. Erba` impjegati għadhom kif spiċċaw id-dottorat fil-farmaċija b’riċerka avvanzata fuq stem cells, biosimilars, mediċini innovativi u s-sigurta` fl-użu tal-mediċini. Ir-riżultati miksuba ġew ippublikati internazzjonalment u preżentati f’konferenzi prestiġġjużi fejn ix-xogħol imwettaq ġie rikonoxxut għal valur xjentifiku milħuq u l-potenzjal li dan isarraf fi progress importanti fil-qasam farmaċewtiku.
Fi ħdan l-Awtorita` qed issir riċerka fuq metodi innovattivi fl-ispezzjonijiet tal-ispiżeriji, fis-sistemi t'assessjar ta' mediċini tal-qalb u dawk għall-użu pedjatriku, fil-farmakoġenetika, fil-Big Data u f'pariri xjentifiċi fil-qasam tal-onkoloġija. L-ispeċjalizzazjoni f’dawn is-setturi twessa` l-portafoll tal-Awtorita` dwar il-Mediċini u tiftaħ bibien ġodda fl-attivitajiet tal-Awtorità.
Kapitolu 291 tal-Liġijiet ta’ pajjiżna – Talbiet ta’ petizzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu talbiet ta’ petizzjonijiet taħt is-sistema kif inhi stabbilita fil-Kapitolu 291 tal-Liġijiet ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet? Kemm minnhom daħlu direttament u elettronikament? Kemm minnhom ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li b’kollox dahlu 34,379 petizzjoni. Is-segwenti tabella turi informazzjoni iktar dettaljata.
Decision OnlineManualTotal
Accepted by BOP 9,996 5,543 15,539
Accepted Partially by BOP 388 485 873
Refused by BOP 7,090 8,857 15,947
Not Taken Cognisance Of 1,043 437 1,480
Pending Decision 27 513 540
Total Registered 18,544 15,835 34,379
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħlijiet minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jipprovdi xogħol lill-Ministeru jew lil xi entità taħtu? Kemm tħallas minn meta beda jagħti tali servizz s'issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Iva.
Din il-persuna ilha mpjegata mill-2014 fuq kuntratt għal servizz bi ħlas ta’ €19,582, VAT eskluż, fis-sena. Hija tagħmel xogħol ta'
Cultural Project Coordinator
mal-Kunsill Malti għal-Arti.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — first aiders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hemm 130 first aiders ċertifikati fid-dekasteru li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Informazzjoni fuq kull Entità u Dipartiment tinsab hawn taħt:
Isem tad-Dipartiment / EntitàTotal
Broadcasting Authority1
Direttorat tat-Tindif11
Dipartiment tal-Qrati tal-Gustizzja13
Direttorat tal-Kultura3
Heritage Malta29
Local Councils' Association1
Orkestra Nazzjonali2
Teatru Manoel1
Awtorita’ tal-Medicina13
Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern1
Kummisjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni1
Public Broadcasting Services Ltd4
Direttorat tar-Restawr49
Fondazzjoni Valletta 2018 1
Total130
MCCAA – stħarriġ fuq prezz u kundizzjonijiet ta’ insurance policy
Question
Peress li minn ftit snin ‘il hawn, il-prezz u l-kundizzjonijiet tal-insurance policy tal-karozzi qed jogħlew u jinbidlu rispettivament għad-detriment tal-konsumatur, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) stħarrġitx dan jew hux qed tagħmel din l-investigazzjoni biex il-bilanċ ġust bejn is-suq ħieles u d-dritt tal-konsumatur jinżamm, b’mod partikolari għal dawk il-karozzi li jiġu assigurati taħt polza ta’ fully comprehensive?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qiegħda tagħmel investigazzjoni fuq kundizzjonijiet relatati ma’ tiswijiet tal-karozzi. L-ebda investigazzjoni ma qiegħda ssir fuq prezzijiet u l-ebda ilment ma wasal lill-Awtorità f’dan ir-rigward.
Persuni li jiġu msejħa bħala xhieda – tariffi riveduti
Question
B'referenza għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 29067 tat-Tnax-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid għaliex tenut kont ta’ każijiet fejn mhux l-ewwel darba li persuna tiġi mħarrka f’kawża li hi personalment ma jkollha l-ebda interess fiha, però ta’ bilfors ikollha tattendi bir-riżultat li titlef ġurnata xogħol jew inkella trid tieħu l-leave jekk tkun impjegata, x’inhi r-raġuni għalfejn it-tariffi fil-Kap. 108 ilhom ma jiġu applikati u għaliex għadhom marbuta mat-tariffi li ġew iffissati aktar minn nofs seklu ilu fejn l-għola tariffa hi ta’ 70 ċenteżmu? Ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li almenu t-tariffi inkwistjoni jiġu riveduti b’mod radikali għal dawk il-każijiet fejn persuni li jiġu msejħa bħala xhieda jkollhom id-dritt li jiġu adegwatament kumpensati minn min iħarrikom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nireferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 29067 tat-12-il Leġiżlatura.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 52 u jagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) – emendi fil-liġi
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x’passi ttieħdu s’issa – b’mod partikolari meta se jsiru l-emendi neċessarji fil-liġi – biex id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ikollu s-saħħa bil-liġi li jista’ jieħu l-miżuri regolatorji meħtieġa, biex jassigura konformità mal-liġi tal-Kompetizzjoni u dan fid-dawl ta’ dak li kien ġie deċiż mill-Qorti Kostituzzjonali fil-każ tal-Federation of Estate Agents li ngħatat f’Mejju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-abbozz huwa lest u diga tlabt lill-Kelliem Ewlieni tal-Oppozizzjoni biex niltaqgħu sabiex inkun cert li dak li għandi f'moħħi li nipproponi legizlattivament biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet indikati mill-Onor. Interpellant ikunu appoġjati mill-Kamra kollha fl-aħjar interess tas-settur.
MCCAA – Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni – uffiċjali professjonisti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm uffiċjali professjonisti (b’mod partikolari ekonomisti u avukati) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali responsabbli għall-Kompetizzjoni fl- Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom impjegati fi ħdan l-istess Direttorat Ġenerali?
Response (BONNICI, OWEN)
Fl-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni hemm sitt uffiċċjali professjonisti. Fi ħdan l-Uffiċċju jaħdmu tliet avukati u żewġ ekonomisti. Id-Direttur Ġenerali inħatar fl-1 ta’ Diċembru 2015. It-Tliet avukati daħlu jaħdmu mal-Uffiċċju fis-26 ta’ April 2010, fi 3 ta’ Novembru 2014 u fi 2 ta Novembru 2015. Iż-żewġ ekonomisti ilhom jaħdmu mal-Uffiċċju mill-4 ta’ Jannar 2010 u mis-26 ta’ Ottubru 2015.