Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #19423 Sitting 434 2021-03-02 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Pjazza San Franġisk – funtana

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x'sar mill-funtana li kien hemm f'nofs Pjazza San Franġisk qabel ma saru x-xogħlijiet fuq din il-pjazza? Jista' jgħid jekk din il-funtana hix ser terġa’ titpoġġa f'postha? Jekk le, jista' jgħid x'se jsir minn din il-funtana u jekk dak li hu maħsub li se jsir minnha, tmurx skont il-ftehim li kien hemm mas-sidien oriġinali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 14244.
Leg 13 PQ #19424 Sitting 434 2021-03-02 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – Triq il-Qbajjar – skular ta’ ilma maħmuġ

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x’qed isir biex tissolva l-problema ta’ skular ta’ ilma maħmuġ jew drenaġġ fi Triq il-Qbajjar Marsalforn? Jista’ jispjega wkoll meta ser tingħata wiċċ ġdid din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn testijiet ricenti li saru fuq l-ilma, jirriżulta li dan huwa ġej minn sistemi privati aktarx miksura. It-test ma indikax li huwa drenaġġ. Il-Ministeru qiegħed jaħdem ma’ entitajiet oħra biex tissolva din il-problema.
Leg 13 PQ #19499 Sitting 434 2021-03-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Post ta’ Foreman (Agriculture)

Question

B'referenza għas-sejħa li ħarġet internament f’dawn l-aħħar ġimgħat mill-Ministeru għal Għawdex għall-Post ta' Foreman (Agriculture), jista’ l-Ministru jgħid fil-ġimgħat li ġejjin skont il-Capacity Building (HR Plan) approvat għas-sena 2021, kemm hemm ippjanat li jingħataw promozzjonijiet internament mal-Ministeru għal Għawdex ta' Foreman (Agriculture) u jekk dawn meta jiġu maħtura humiex ser jaqdu d-dover tagħhom fir-Rural Directorate?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferieh għall-mistqosija parlamentari 18390, ninfurmah ukoll li meta toħroġ sejħa, dan il-Ministeru jkun evalwa l-ħtiġijiet tad-Direttorati rispettivi tiegħu u jaħtar persuna/i biex jissodisfaw u jaqdu dmirijiethom għat-tali sejħa u esiġenzi.
Leg 13 PQ #19500 Sitting 434 2021-03-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Direttorat tal-Maintenance and Restoration – flus minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mid-Direttorat tal-Maintenance and Restoration fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum? Jista' jagħti lista ta' kull pagament li sar mill-vot tal-Maintenance and Restoration mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum u għalxiex sar kull pagament? Jista' jgħid f'kull każ jekk il-pagament sarx wara direct order, call for quotations jew tender u lil min ingħata bħala kumpanija jew individwu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #19501 Sitting 434 2021-03-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Triq Sant Antnin Għajnsielem u Triq Mġarr fin-Nadur – Project Leader

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien u min hu l-Project Leader (isem, kunjom u grad ta' individwu) tal-proġett ta' rikostruzzjoni ta' Triq Sant Antnin ġewwa Għajnsielem u Triq Mġarr fin-Nadur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Project Leader kien uffiċċjal tal-Ministeru ta’ Għawdex.
Leg 13 PQ #19502 Sitting 434 2021-03-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan għar-riġinerazzjoni tax-Xlendi

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan għar-riġenerazzjoni tax-Xlendi u jgħid x'sar fil-konkret f'dawn l-aħħar sitt xhur u jpoġġi d-dokumenti li juru x'sar f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru konsultazzjonijiet mal-Entitajiet ikkonċernati dwar ir-riġenerazzjoni tal-parkeġġ.
Leg 13 PQ #19563 Sitting 434 2021-03-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Il-Qala – Triq il-Qala li tagħti min-Nadur għal Qala – irranġar ta’ triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex titranġa Triq il-Qala li min-Nadur tagħti għal Qala, li hi fi stat fqir ħafna? Jidhirlux li peress li din hi waħda mill-ftit toroq alternattivi għal Triq l-Imġarr u li issa ilha magħluqa, l-irranġar proviżorju ta' din it-triq għandu jingħata prijorità immedjata b'mod li t-traffiku minnha ma jitwaqqafx kompletament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interventi neċessarji fuq din l-insemmija triq se jsiru la darba jitlesta x-xogħol fuq Triq l-Mġarr. Dan sabiex ikun hemm l-aċċess neċessarju kemm għall-Qala kif ukoll għan-Nadur.
Leg 13 PQ #19351 Sitting 433 2021-03-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement mill-Ministeru tiegħu li hi 'Tender for the services for the refrigerated transport of biological animal samples and microbial samples from the Civil Abattoir Gozo to designated laboratories in Malta' MGOZ/MPU T 101/2020? Jista’ jgħid ukoll min fil-passat kien jagħmel dan is-servizz u min fil-preżent qed jagħti dan is-servizz?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender li ħarġet riċentament mill-Ministeru ta’ Għawdex, ‘Tender for the services for refrigerated transport of biological animal samples and microbial samples from the Civil Abattoir Gozo to designated laboratories in Malta’, hi kruċjali biex jitwasslu kampjuni ta’ oriġini mill-annimali lejn laboratorji f’Malta. Dawn il-kampjuni, li jiġu ittestjati għal ċertu mard li jista jkun ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, jittieħdu b’konformita’ mal-liġijiet Ewropej u huma kruċjali biex jiġi aċċertat li l-prodott li jasal għand il-konsumatur jkun ġenwin. Fost il-kampjuni li jiġu meħuda jinkludu, kampjuni tad-demm mill-baqar, nagħaġ u mogħoż; kampjuni minn irziezet tat-tiġieġ; kampjuni mill-majjal; kampjuni mill-ambjent tal-biċċerija; kampjuni tal-ilma; u kif ukoll kampjuni minn fuq il-karkassi. L-imsemmija kampjuni jridu jiġu ttestjati f'laboratorji akkreditati li jinsabu f’Malta. Biex dawn il-kampjuni jitwasslu Malta, is-servizz ta’ bejn il-gżejjer jiġi provdut permezz ta’ Courier Service. Fil-passat dan is-servizz kien jiġi provdut minn Gozo Express Couriers u fil-preżent qed jiġi provdut minn DEN Express Couriers.
Leg 13 PQ #19352 Sitting 433 2021-03-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Pjazza tax-Xewkija – cables tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li iktar minn sena wara l-inawgurazzjoni tal-Pjazza tax-Xewkija, il-cables tad-dawl baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor li jinsab ġewwa l-Pjazza tax-Xewkija u ma ġewx mgħoddija mill-Walk Through Culverts li saru apposta għal dawn il-wires?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender għal dawn ix-xogħolijiet f’din il-pjazza kif ukoll possibilment għal areas oħra, qiegħda tiġi abbozata sabiex imbagħad tkun tista’ tiġi ippublikata.
Leg 13 PQ #19353 Sitting 433 2021-03-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Tender – Negotiated Procedure

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar tender li ħarġet permezz ta' Negotiated Procedure mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għal Għawdex ftit tax-xhur ilu li hu 'Negotiated Procedure for the integrated specialised design and engineering services for the upgrading and redevelopment of the Gozo Airfield Infrastructure in Xewkija, Gozo'? Jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan il-proġett u jgħid kemm hu l-vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Din il-proċedura nnegozjata saret għal studji relatati mat-titjib tal-helipad u r-runway eżistenti.
Leg 13 PQ #18830 Sitting 432 2021-02-24 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — karozzi leased

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi leased fil-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fil-Ministeru tiegħi hemm żewġ karozzi leased.
Leg 13 PQ #19291 Sitting 432 2021-02-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material at Villa Lauri

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17128 jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2423/2019 - Tender for Finishing Works including the use of Environment Friendly Paint Material, at Villa Lauri, Valley Road Birkirkara' li għalqet fis-7 ta' Lulju 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Leg 13 PQ #19293 Sitting 432 2021-02-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – proġett tal-Gozo Museum – project leader

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Project Leader (isem, kunjom u grad ta' individwu) tal-Proġett tal-Gozo Museum ġewwa r-Rabat Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Project Leader tal-proġett tal-Gozo Museum huwa Uffiċjal fi Skala 9 fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #19158 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proġetti Kapitali bi ħruġ ta’ tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti kapitali li saru jew qed isiru jew se jsiru permezz ta' ħruġ ta' tenders din is-sena li għalihom il-letters of acceptance lill-kuntratturi rispettivi nħarġu matul is-sena 2020 jew din is-sena? Jista' jgħid kemm hu l-valur f'ċifri ta' euro ta' kull proġett imsemmi u minn liema vot/i kapitali se jittieħdu l-flus?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #19174 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – għajnuna tal-Gvern lid-Djar tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna ta l-Gvern lid-Djar tal-anzjani li joperaw fis-settur privat f'Għawdex għal kull sena mill-2013 'il hawn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Ghawdex ma ta l-ebda għajnuna lid-Djar tal-Anzjani li joperaw fis-settur privat f’Għawdex. Il-Ministeru jixtri s-servizz tas-sodod għall-anzjani.
Leg 13 PQ #19084 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Tender – performance guarantee

Question

B'referenza għat-tender bin-numru CT2263/2018 'Paving and embellishment works at St Francis Square, Victoria, Gozo' jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol hux kopert b'performance guarantee u jekk iva, kemm hi u għal kemm tul hija valida din il-garanzija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol huwa kopert b’performance guarantee skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
Leg 13 PQ #19085 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – post ta’ Foreman (Agriculture)

Question

B'referenza għas-sejħa li ħarġet internament f’dawn l-aħħar ġimgħat mill-Ministeru għal Għawdex għall-Post ta' Foreman (Agriculture), jista’ l-Ministru jgħid fil-ġimgħat li ġejjin skont il-Capacity Building (HR Plan) approvat għas-sena 2021, kemm hemm ippjanat li jingħataw promozzjonijiet internament mal-Ministeru għal Għawdex ta' Assistant Foreman (Agriculture) u jekk humiex ser jaqdu d-dover tagħhom fid-Direttorat tar-Rural Directorate?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni miġbura għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #19216 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: THERESE COMODINI CACHIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenti maħtura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18927 u jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #19315 Sitting 430 2021-02-22 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — tender/direct order lill-kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18202, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-lum, il-Ministeru għal Għawdex u l-Entitajiet li jaqew fi ħdanu ma tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.
Leg 13 PQ #19027 Sitting 429 2021-02-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq ta’ Wara s-Sur — twessiegħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Triq ta' Wara s-Sur ġewwa r-Rabat Għawdex hux ser ikun hemm twessiegħ ta' partijiet minnha? Jekk iva, jista' jpoġġi site plan u /jew pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra li turi fejn ser tiġi mwessa’ din l-imsemmija triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se nkunu qed naraw kif jista’ jsir it-twessiegħ sabiex possibilment ikun eliminat il-bottleneck.