Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #810 Sitting 16 2008-06-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Assistant Planning Officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-proċess għal għażla ta' Assistant Planing Officers li l-MEPA ħarġet dawn il-postijiet vakanti fi Frar ta' l-2008, u għalkemm kull min applika rċieva ittra ta' acknowledgment kif ukoll ġie intervistat, il-proċess jidher li waqaf eżatt wara l-elezzjoni ġenerali? Dawn l-applikazzjonijiet se jkomplu jiġu proċessati u l-ewwel intervista se tibqa' tgħodd għal kull eventwalment tat-tieni intervista?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-proċess issa huwa konkluż u l-applikanti kellhom jirċievu komunikazzjoni mingħand l-Awtorità kkonċernata.
Leg 11 PQ #901 Sitting 16 2008-06-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma l-proġetti pendenti quddiem il-MEPA li l-istima tagħhom taqbeż €2 miljun? Kemm ilhom li applikaw proġett, proġett? Kemm hemm proġetti li l-istima tagħhom taqbeż €2 miljun ġew approvati mill-MEPA fl-aħħar 3 snin (April 2005 sa April 2008)? Meta applika għall-ewwel darba kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-MEPA ma żżomx l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #87 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Membri/Diretturi tal-bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-elezzjoni ġenerali 2008 'l hawn min huma l-membri/diretturi tal-bord/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-elezzjoni ġenerali ’l hawn inħatru dawn il-persuni biex iservu fuq bordijiet li jaqgħu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru: Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp ‘B’ Ms Mariella Axisa Is-Sur Patrick Calleja Chairperson Membru Il-ħatra ta’ dawn il-persuni ġiet imġedda sal-31 ta’ Diċembru 2008 jew sakemm isir ir-ristruttar tal-MEPA, liema minnhom tiġi l-ewwel. Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp ‘C’ Perit Norbert Gatt Is-Sur Claude Muscat Chairperson Membru Kumitat Ko-ordinattiv għall-Bio-Sigurtà Ms Maureen Delia Membru Ms Delia ġiet maħtura membru ta’ dan il-Kumitat fuq rakkomandazzjoni tal-MEPA, għal 3 snin mit-13 ta’ Mejju 2008. Kumitat Ornis Is-Sur Henry Fenech Azzopardi Membru Il-ħatra tas-Sur Fenech Azzopardi ġiet imġedda sad-9 ta’ Awissu 2008. Id-dettalji li jinżammu dwar il-membri appuntati mill-Gvern huma marbuta mar-rappreżentanza tagħhom fuq il-bordijiet u ma jinkludux xi kandidatura li setgħu qatt tefgħu għal xi elezzjoni ġenerali jew elezzjonijiet għall-kunsilli lokali.
Leg 11 PQ #653 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Golf Courses

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem il-MEPA biex isiru golf courses f'Malta u f'Għawdex? Meta saru dawn l-applikazzjonijiet u f'liema lokalitajiet jinsabu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha żewġ (2) applikazzjonijiet għal golf courses madwar Malta u Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta l-kelma “golf”.

Karti riċiklati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li juża l-karta riċiklata bħala karta uffiċjali tal-Gvern? Meta beħsiebu jibda jagħmel dan? Għaliex għadu ma bediex jagħmel użu mill-karta riċiklata bħala l-karta uffiċjali tiegħu fejn dokumenti u ittri uffiċjali jiġu pprintjati fuq karta riċiklata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Diġà hemm entitajiet governattivi li qed jagħmlu użu minn karta riċiklata u ilhom jagħmlu hekk għal żmien twil. Din hi prattika li l-Gvern irid ikompli jinkoraġġixxi biex tinfirex mas-settur pubbliku.
Leg 11 PQ #679 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatriet fiċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 67 u jgħarrafni bil-karigi tal-ħatriet kollha ġodda li saru fiċ-Ċivil bl-ismijiet tal-persuni u salarji u benefiċċji etc minn wara 8 ta' Marzu sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 67.
Leg 11 PQ #727 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Traffic noise pollution

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f'pajjiżna sarux xi studji dwar traffic noise pollution kif normalment isiru f'bosta pajjiżi oħrajn ta' l-Unjoni Ewropea, u jekk iva, jista' jiġi ppubblikat l-aktar studju aġġornat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA qiegħda tagħmel preparamenti sabiex isiru studji fuq ħsejjes ambjentali. Dawn l-istudji ser jinkludu ġbir ta’ dati supplimentari, metodoloġija tal-kalkoli u kreazzjoni ta’ mapep ta’ ħsejjes ambjentali, kif ukoll pjani ta’ miżuri ta’ tnaqqis ta’ ħsejjes ambjentali. Huwa mistenni li l-kuntratt jingħata, wara sejħa pubblika, sa l-aħħar ta’ Lulju ta’ l-2008, filwaqt li l-informazzjoni tkun lesta fl-aħħar ta’ l-2009.
Leg 11 PQ #783 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Jerma Palace Hotel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern wettaqx studju dwar l-impatt li kellha l-għeluq tal-Lukanda Jerma Palace fuq l-attivita' turistika f'Marsaskala? Sar xi sforz biex jiġi attirat investiment għal twaqqif ta' lukanda ġdida f'Marsaskala? X'qed isir biex it-turiżmu f'Marsaskala ma jmutx mewta naturali? Kuntent il-Gvern bil-livell ta' attivita' turistika f'Marsaskala?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #821 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birguma — Bypass

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 61 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'inhi l-istima tax-xogħol li jeħtieġ isir biex il-bypass ta' Birguma bejn in-Naxxar u l-Għargħur ikollha sistema tad-dawl?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsill Lokali Naxxar, dan ta’ l-aħħar beħsiebu jagħmel 7 lampi fis-‘service road’ ta’ din it-triq. L-istima ta’ dan ix-xogħol tammonta għall € 1,893.
Leg 11 PQ #889 Sitting 15 2008-06-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Ħaddiema sospiżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-MEPA li jinsabu sospiżi u kemm ilhom sospiżi mix-xogħol? Jista' jgħid dawn jekk hux qed jitħallsu jew le, u kemm qed jitħallsu jekk hux full jew part pay? X'inhi r-raġuni skond kull każ li dawn jinsabu sospiżi u min huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità preżentament għandha impjegat wieħed li jinsab sospiż fuq full pay. Ġie sospiż f’Ottubru 2003 minħabba li ġie akkużat li kkommetta atti kriminali.
Leg 11 PQ #67 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħatriet fiċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni bil-karigi tal-ħatriet kollha ġodda li saru fiċ-Ċivil bl-ismijiet tal-persuni u salarji u benefiċċji etc minn wara 8 ta' Marzu sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kien hemm 68 ħatra ġdida b’effett mit-8 ta’ Marzu 2008 sal-lum fis-Servizz Pubbliku. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant li tinkludi n-numru ta’ ħatriet f’kull nomenklatura kif ukoll is-salarji u l-benefiċċji, kif applikabbli. Dettalji personali tħallew barra għal raġuni ta’ etika.
Leg 11 PQ #263 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali, lokal lokal u jgħid x'kienu l-kontravenzjonijiet matul is-sena 2007, xahar b'xahar, u f'Jannar, Frar u Marzu 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 486.
Leg 11 PQ #435 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tagħlim ta' l-Ingliż — Problemi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-gvern biex jiġu ndirizzati l-problemi li kellna fil-qasam tat-tagħlim ta' l-Ingliż f'pajjiżna, ħalli ma jerġax ikollna l-istess problemi fis-sajf li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 693.
Leg 11 PQ #523 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liċenzji ta' bars/restaurants

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm liċenzji ta' bars/restaurants lokal b'lokal, fil-Kottonera u l-Kalkara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-inħawi tal-Kottonera u l-Kalkara hemm dawn l-istabillimenti liċenzjati mill-MTA: Vittoriosa Senglea Cospicua Kalkara 1) catering establishments 5 9 7 3 2) bars 8 6 9 2
Leg 11 PQ #524 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bars/restaurants — Mwejjed u siġġijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura sabiex bars/restaurants joħorġu mwejjed u siġġijiet barra? Jista' jagħti informazzjoni dwar kemm hemm negozji, lokal b'lokal, li għandhom dan il-permess, u kemm il-mejda u siġġu għandhom permess joħorġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex persuna liċenzjata li tiġġestixxi bar/restaurant tkun tista’ toħroġ imwejjed u siġġijiet barra tapplika ma’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta. L-applikazzjoni, flimkien ma’ pjanta skalata b’format diġitali, għandhom jintbagħtu lill-Awtorità, li min-naħa tagħha tissottometti d-dokumenti kollha lid-Dipartiment ta’ l-Artijiet. Wara li jkunu evalwati d-dokumenti kollha, id-Dipartiment ta’ l-Artijiet jinforma lil Awtorità tat-Turiżmu jekk għandhux jinħareġ il-permess rikjest. L-Awtorità tat-Turiżmu tinforma l-klijent bid-deċiżjoni u f’każ li l-applikazzjoni tkun aċċettata jinħarġu l-permessi neċessarji. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ta’ kemm hemm negozji f’kull lokalità u kemm il-mejda u siġġu għandhom permess joħorġu skond ir-reġistru ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu. Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-passat il-permessi kienu jindikaw in-numru ta’ mwejjed u siġġijiet li jistgħu jinħarġu, iżda f’dawn l-aħħar snin il-permess qiegħed minflok jindika footprint definit u mkejjel f’metri kwadri.
Leg 11 PQ #568 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mater Dei — Rapport ta' Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta sejjer ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport dwar l-investigazzjonijiet li kellu jagħmel il-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-allegazzjonijiet li għamel (il-persuna li isimha qed jidher separatament) dwar Mater Dei? X'kienet ir-raġuni li l-Prim Ministru għażel lill-Kummissarju tal-Pulizija minflok ma ħatar kummissjoni indipendenti aċċettabli għall-Oppożizzjoni biex tagħmel tali investigazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirx li hemm raġuni li tinkiser il-prassi li investigazzjonijiet tal-Pulizija ma jkunux pubblikati. Jekk dawn l-investigazzjonijiet jindikaw irregolaritajiet, il-passi għandhom jittieħdu fil-Qorti. Jien għandi fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija: nittama li l-Onorevoli Interpellant mhux qed jimplika li l-Oppożizzjoni m’għandhiex fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #590 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Air show

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, permezz ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu jew xi sors ieħor tal-Gvern, ingħataw għajnuna l-organizzaturi ta' l-air show fl-inħawi ta' Bugibba/Qawra u San Pawl il-Baħar is-sena li għaddiet? Jista' l-Gvern jara li din is-sena jerġa' jkun hemm is-sapport tal-Gvern għal din l-inizjattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta saritilha talba f’dan is-sens, liema talba qed tkun ikkunsidrata.
Leg 11 PQ #602 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Case Officers

Question

Jista' l- Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx case offices li għandhom xi forma ta' permess biex jassentu ruħhom mix-xogħol minħabba courses li qed jattendu? Jekk iva, x'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet lill-MEPA li qegħdin pendenti għal dawn il-case officers?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #672 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz pubbliku — Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk huwiex possibbli li professjonist li jagħlaq il-61 sena jkompli jagħti s-servizzi tiegħu fil-qasam pubbliku bħala impjegat mas-Servizz Pubbliku? Kemm hemm professjonisti li bħalissa qed jagħmlu dan u f'liema oqsma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #701 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema Part-Time

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 206 u 430 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartimenti, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija ta’ l-Onorevoli Interpellant, ġejt infurmat bl-informazzjoni li qed tingħata hawn taħt: Staff Development Organisation Part-timer wieħed li huwa reġistrat bħala Self Employed Forzi Armati ta’ Malta Part-timer wieħed li huwa reġistrat bħala Self Employed MEPA Part-timer waħda li fil-preżent qiegħed fuq unpaid leave