Kuntistabbli li jgħalqilhom is-servizz fil-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat in-numru ta' kuntistabbli eċċ. li se jgħalqilhom is-servizz fil-Korp tal-Pulizija fis-sentejn li ġejjin, rispettivament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sentejn li ġejjin ser ikun hemm 252 membru tal-Korp tal-Pulizija li ser jilħqu l-25 sena servizz. Dawn huma mqassma kif ġej:
Assistent Kummissarju
2
Supretendent
3
Spettur
10
Surġent-Maġġur
12
Surġent
44
Kuntistabbli
181
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kuntistabbli, spetturi eċċ. li għalqilhom is-servizz matul is-sena li għaddiet? Kemm minnhom komplew is-servizz?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri fil-Korp li għalqilhom is-servizz matul l-2009 u li komplew is-servizz huwa kif ġej:
Rank
Għalqu 25 sena servizz is-sena l-oħra
Irtiraw bil-Pensjoni
Għadhom iservu
Assistent Kummissarju
1
1
-
Supretendent
2
1
1
Spettur
2
2
-
Surġent Maġġur
2
1
1
Surġent
3
2
1
Kuntistabbli
21
7
14
TOTAL
31
14
17
Kuntistabbli u surġenti li għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kuntistabbli, surġenti eċċ. li għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija minkejja li għalqilhom is-servizz?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej:
Kummissarju
1
Deputat Kummissarju
1
Assistent Kummissarju
6
Supretendent
6
Spettur
3
Surġent-Maġġur
16
Surġent
14
Kuntistabbli
108
TOTAL 155
B’referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15381, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bini ta’ Qorti f’Għawdex mhuwiex imdaħħal fil-proġetti, eċċ. tal-Ministeru tiegħu u qed igħid li se jsiru biss xogħlijiet ta’ titjib fil-garaxx tal-esibiti u fil-Kamra tal-Avukati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bini ta’ Qorti f’Għawdex huwa proġett tal-Ministeru għal Għawdex, mentri li x-xogħlijiet l-oħra ndikati huma proġetti li se jitwettqu minn direttorat li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Victor Tedesco Stadium — kwestjoni bejn uffiċjal tal-Pulizija u uffiċjali tal-MFA
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14811, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet u jekk dawk direttament involuti, staff tal-MFA ġewx interrogati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni dwar il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant għadha mhix konkluża u għaldaqstant ma nħossx li dettalji dwar din l-istess investigazzjoni għandhom ikunu ippubblikati.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell
Question
Jista' l-Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena ' l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:15464 - Safar mill-1 ta' Jannar 2010.xls
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux qed jiġi kkunsidrat li kemm jista' jkun malajr, jidħlu termini ta' żmien li fihom il-kawżi quddiem il-qrati (kif ukoll proċeduri oħra quddiem l-istess qrati) ikunu jridu jiġu maqtugħa biex jiġi evitat dewmin żejjed f'dawn l-istess proċeduri?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi wara d-diversi miżuri ta' riforma li saru fil-proċeduri legali u fit-termini fis-snin li għaddew, qed issir evalwazzjoni fejn għandhom jiġu introdotti oħrajn ġodda.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix policy fir-rigward ta' dawk il-pulizija li jitolbu re-instatement? Jekk teżisti tali policy jista' jgħid x'inhi din il-policy?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għal numru ta' snin il-kriterji tar-reinstatements fil-Korp tal-Pulizija huma:-
1. li ma jkunux ilhom li telqu mill-Korp iktar minn għaxar snin
2. li jkunu taħt il-50 sena
3. li ma jkunux diġà pensjonanti bil-25 sena servizz, jew baqgħalhom 5 snin biex jagħlqu 25 sena servizz għall-irtirar
4. li ma jkunux instabu ħatja ta’ offiżi kriminali
5. li ma jkunux instabu ħatja ta’ xi offiżi serji taħt ir-regolamenti dixxiplinarji tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
6. li ma jkunux ġew sottomessi għal dixxiplina interna għal aktar minn darba kull 12 il-xahar u għal 10 darbiet fis-servizz kollu
7. li ma jkunux ħadu iktar minn 24 ġurnata
sick leave
kull sena (esklużi korriment fuq xogħol, perjodi fi sptar u
sick leave
biex wieħed jiġi
boarded out
)
8. li jkunu medikament b’saħħithom
9. li dawk li jkunu ġew
reinstated
qabel, ma jistgħux jiġu
reinstated
għat-tieni darba
Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema ta' ġeneratur li qed jagħmel ħafna ħsejjes b'inkonvinjent għar-residenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija mar-residenti tal-inħawi, sar magħruf illi l-ġeneratur li kien qed jintuża għal ventilazzjoni ma' xi tħaffir li qed isir fit-Telgħa ta' Kordin, kien tneħħa xi ħmistax ilu.
Jista' l-Ministru jgħid meta daħlet il-liġi u/jew ir-regolamenti l-ġodda dwar it-tipjip, jew aħjar nuqqas ta' tipjip fil-bars u ristoranti Maltin? Jista' jgħid kemm-il raid għall-għarrieda saru minn pulizija f'postijiet pubbliċi biex jaraw min għadu jpejjep f'dawn il-postijiet u kemm fil-fatt inqabdu nies u weħlu multi minn meta ddaħħlet din l-liġi/regolamenti ġodda sal-lum?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi r-Regolamenti dwar it-Tipjip f’Postijiet Pubbliċi ġew fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2004 permezz ta’ l-Avviż Legali numru 414 ta’ l-2004. Infurmat ukoll illi l-Pulizija tagħmel spezzjonijiet kontinwament dwar dan l-abbuż, fil-fatt minn meta ġew fis-seħħ dawn ir-Regolamenti, sa l-aħħar tal-2009, il-pulizija qabdet 7,729 persuna jpejpu f’postijiet fejn it-tipjip huwa projbit.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħolijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija għaddej bi programm ta’ titjib fl-Għasses Għawdxin fuq bażi regolari, bix-xogħolijiet ħafna drabi jsiru minn membri tat-Taqsima tas-Snajja fi ħdan il-Korp. Bħalissa qed isiru xogħolijiet fuq l-Għasses tar-Rabat u tax-Xewkija u matul s-sena ppjanat xogħol fuq is-soqfa tal-Għassa ta’ Kemmuna, xogħol li mistenni jsir wara sejħa għall-offerti. Matul din is-sena wkoll, l-Għassa ta’ Għajnsielem mistennija tiġi traslokata għal post ġdid bħala parti minn proġett li qed jitmexxa mill-Kunsill Lokali.
Infurmat ukoll li, matul l-2010, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kommunikazzjoni, il-Korp tal-Pulizija se jara li l-Għassa ta’ Marsalforn ikollha aċċess għas-sistema tal-PIRS II; li jkun hemm sistema tal-Kondotti komputerizzata; u li jkun istallat apparat forensiku li jaħseb għal
database
tad-DNA u tal-
fingerprints
. Dawn se jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, iżda peress li x-xogħol f’Għawdex huwa parti minn proġett ikbar li jkopri l-Korp kollu, l-ammont involut mhuwiex kwantifikabbli f’dan l-istadju.
Il-Korp qed jaħseb ukoll biex membri tiegħu jkunu jistgħu jingħataw taħriġ f’Għawdex stess flok fl-Akkademja tal-Pulizija ġewwa Malta.
Ninforma l-Onorevoli Interpellant ukoll, li għal dak li għandu x’jaqsam mal-Qorti t’Għawdex, se jsiru xogħolijiet ta’ titjib fil-garage tal-esibiti u fil-Kamra tal-Avukati. Dawn ix-xogħolijiet mistennija jimbdew din is-sena u jitlestew is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se tiġi rilokata l-Għassa tal-Pulizija tal-Belt Valletta, ġaladarba fil-proġett ta' Renzo Piano, fejn illum hemm l-għassa tal-pulizija din għandha tiġi pjazza? Jaf li għadhom kif saru spejjeż konsiderevoli fl-imsemmija għassa tal-pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għalissa għad mhux identifikat il-post ta' fejn ser tiġi rilokata l-Għassa tal-Pulizija tal-Belt.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mappa ta' Malta u Għawdex bil-borderlines tad-diversi distretti u diviżjonijiet tal-pulizija indikati? Jekk din fil-fatt ma teżistix, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġu ffissati dawn il-borderlines b'mod uffiċjali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għalkemm għad m’hemmx mappa kif qed jitlob l-Onorevoli Interpellant, il-limiti ta’ fejn huma ż-żoni bejn distrett u ieħor fi ħdan il-Korp, minn dejjem kienu stabbiliti, però minn żmien għal żmien ikun meħtieġ illi dawn jiġu rtokkati sabiex jirriflettu it-tibdil demografiku li jsir matul iż-żmien. Infurmat ukoll li hemm il-ħsieb li l-konfini tad-Distretti tal-Pulizija jkunu ndikati permezz ta’ pjanta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija għandux vettura b'lifter magħha sabiex ikunu jistgħu jinġabru l-barriers użati mill-pulizija? Jekk m'hemmx, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinxtara tali vettura u meta hu mistenni li dan isir?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija diġà għandu truck mgħammar b'tail lift li fost użu ieħor, jista' ukoll jintuża għal ġarr tal-barriers.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura Alfa Romeo għandhom il-Pulizija tal-SAG għall-VIP Protection? Kemm minn dawn huma weqfin minħabba xi forma ta' ħsara? Kemm minn dawn qed jintużaw? Meta kienet is-sena li dawn il-vetturi inxtraw mill-pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Korp tal-Pulizija għandu 13-il vettura tal-għamla Alfa Romeo li jintużaw fuq xogħol ta’ sigurtà ma' persuni distinti li jżuru pajjiżna. Infurmat ukoll li dawn il-vetturi kienu nxtraw fl-1997 u kollha jaħdmu.
Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel l-eżami lill-membri tal-SAG dwar il-qagħda fiżika tagħhom? Jista' jgħid kemm għaddew u kemm weħlu minn dan l-eżami fiżiku?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fuq bażi regolari jsiru assessments tal-qagħda fiżika tal-membri li jiffurmaw l-iskwadra tal-SAG sabiex jinżamm il-livell li hu mistenni minnha. Dan isir minn uffiċjali differenti sabiex ikun hemm proċess kontinwu u b'perspettiva oġġettiva.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-substitute clerks li ddaħħlu jaħdmu l-Qorti b'kuntratt ta' sena, isiru tal-post? Jekk le, u hemm bżonnhom, x'se jsir minnhom wara li jagħlaq il-kuntratt tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja hija regolata bil-policy maħruġa mill-Management and Personnel Office li tgħid li l-perjodu ta’ ingaġġ ta’ Casual Substitute Clerk ma jistax ikun ta’ aktar minn sena.
Meta l-kuntratt tal-
Casual Substitute Clerk
ikun wasal biex jiġġedded, u l-Kap tad-Dipartiment jkun tal-fehma li s-servizzi ta’ dan il-
Casual Substitute Clerk
huma meħtieġa, għandha ssir talba għall-approvazzjoni mill-
Management and Personnel Office
għat-tiġdid ta’ dan il-kuntratt għal sena oħra.