Jista’ l-Ministru jaqsam it-tourist arrivals skont il-pajjiż tal-oriġini tat-turist għas-sena 2016?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), in-numru ta’ inbound tourists skont il-pajjiż tal-oriġini għas-sena 2016, huwa:
Pajjiż
Ammont
Awstrija
24,319
Belġju
41,759
Franza
144,804
Ġermanja
156,786
Irlanda
33,175
Italja
315,223
Libja
3,415
Olanda
52,642
Russja
16,370
Skandinavja
123,963
Spanja
55,023
Svizzera
40,504
Renju Unit
559,987
Stati Uniti tal-Amerika
26,454
Oħrajn
371,503
Total
1,965,928
L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta– postijiet reġistrati li joffru private accomodation lit-turisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet reġistrati mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta li jistgħu joffru Private Accomodation lit-turisti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li preżentament għandha dawn il-liċenzji li jikwalifikaw bħala akkomodazzjoni privata:
Malta
Għawdex
Postijiet għall-Btala
1761
1026
Familji Ospitanti (
host families)
962
60
Ministeru għat-Turiżmu — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Jista' jelenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu id-ditta legali u/jew l-individwu msemmiji ingħataw 8 direct orders mingħand il-Grand Harbour Regeneration Corporation li jammontaw għal €21,838.
Elezzjoni Ġenerali – biljetti sussidjati tal-Air Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm passiġġieri li siefru b'titjiriet issussidjati tal-Air Malta biex ġew jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2017? Jista' jgħid x'kien in-numru għal kull ajruport li minnhom saru dawn it-titjiriet? Kemm minnhom kienu eletturi u kemm minnhom kienu dipendenti u mhux eletturi? X'kienet is-somma totali li tħallset bħala sussidju?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat li kien hemm total ta’ 2052 passiġġier li siefru b’titjieriet tal-Air Malta biex ġew jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali 2017. Dawn it-titjiriet saru minn 22 ajruport differenti. Kien hemm 1717 persuna li kienu eletturi u 335 li kienu dipendenti u mhux eletturi. L-Air Malta imxiet fuq l-istess linji u mudel kif saru elezzjonijiet u referenda matul dawn l-aħħar 20 sena.
B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 80, nixtieq nippreċiża li qiegħed nirreferi għal kull tip ta' sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f'għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b'xejn. Jista’ l-Ministru f'kull każ jgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f'kull każ l-isponsorship?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat li mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi, kienu biss l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Malta Film Commission li taw xi tip ta’ sponsorship waqt il-perjodu msemmi (01.05.17 – 02.06.17).
Filwaqt li l-MFC sponsorjat Film Festival u Film Workshop, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għandha fond li minnu tagħti forom ta’
sponsorships
lill-għaqdiet volontarji jew kumpaniji għall-organiżżazzjoni ta’ attivitajiet ta’ natura turistika.
Ministeru għat-Turiżmu – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Malta minn dejjem kellha l-aħjar relazzjonijiet mar-Renju Unit u rridu nkunu attivi fi ħdan l-Unjoni Ewropea biex nassiguraw li n-negozjati ta’ Brexit iħarsu l-interessi taċ-ċittadini Ewropej b’attenzjoni partikolari fuq l-interessi ta’ Malta u l-Maltin.
L-Onor Interpellant jifhem li hemm diversi aspetti li jridu jiġu salvagwardjati inkluż li r-Renju Unit ma jistax ikollu pakkett aktar favorevoli minn dak li ġġib sħubija fl-Unjoni Ewropea. Hemm diversi oqsma li qed jiġu kkunsidrati fl-analiżi li qed iwettaq il-gvern Malti nkluż id-drittijiet taċ-ċittadini Maltin li jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit, l-interessi tan-negozji Maltin li joperaw jew li joffru servizz fir-Renju Unit, l-aċċess tas-suq ewlieni Ewropew, kif ukoll oqsma oħra tal-ekonomija. Irridu naraw ukoll fost oħrajn li l-arranġamenti li għandha Malta mar-Renju Unit fil-qasam tal-kura għall-pazjenti jibqgħu mhux mittiefsa. Ta min ifakkar ukoll li l-Gvern għadu kemm waqqaf it-taskforce għall-promozzjoni tan-negozju ta’ Malta fir-Renju Unit, immexxija mis-Sur Joseph Zammit Tabona. It-taskforce twaqqfet biex timplimenta pjan t’azzjoni sa tmiem l-2019 biex jiġi promoss negozju, inkluż dak industrijali, ekonomiku u attivitajiet finanzjarji lejn Malta b’kollaborazzjoni mar-Renju Unit.
L-Onorevoli Interpellant japprezza li mhuwiex prudenti li f’dan l-istadju li l-Gvern jippublika r-riżultati ta’ l-analiżi tiegħu. Malta flimkien ma’ 26 Stat Membru ieħor tinsab f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-interess tal-Unjoni u l-Istati Membri jiġu ssalvagwardjati.
Ministeru għat-Turiżmu – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – opportunitajiet
Question
Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri, il-proġetti jew l-inizjattivi li l-Ministeru tiegħu u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ser iwettqu biex pajjiżna jkun jista’ jibbenefika minn opportunitajiet li jistgħu jinħolqu?
Ministeru għat-Turiżmu – xogħlijiet minn Destination Management Companies
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet kollha li tqabbdu jagħmlu Destination Management Companies (jew kumpaniji simili) fl-2015, fl-2016 u fl-2017 fil-Ministeru tiegħu u għal kull biċċa xogħol jgħid min kienet il-kumpanija, x’kien ix-xogħol, meta tqabbdet u kemm kien il-valur totali tax-xogħol li tqabbdet tagħmel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-informazzjoni li għandi, id-Destination Management Companies illi ġew imqabbda f’eventwalitajiet illi jvarjaw bejn konferenzi, inċentivi u attivitajiet oħra, mill-Ministeru u mill-entitajiet illi jifformaw parti mid-dekasteru tiegħi jinkludu:
Proġett
Meta tqabbdu
Fiex kien jikkonsisti x-xogħol
Kemm sewa (inlk. VAT)
Proċess kompetittiv jew direct order
Malta Tourism Authority
BEA Familiarisation Visit
12/02/2015
DMC illi tispeċjalizza fil-M.I.C.E. fis-Suq Taljan, biex jimmaniġġaw il-loġistika għall-avveniment.
€4,592.50
Proċess kompetittiv (Expression of Interest issued on 03/12/2015 including request for quote).
Malta Tourism Authority
Malta International Choir Festival
24/10/2015
DMC biex jipprovdi s-servizzi ta’ courier sabiex jassisti f’li jiġu milqugħa 20 kor mal-wasla fl-MIA
€2,660.36
Proċess kompetittiv (Expression of Interest issued on 16/10/2015).
Ministeru għat-Turiżmu
EEED-2015
12/09/2016
Organiżżazzjoni ta’ Konferenza Internazzjonali; Social networking evening; u tour ġewwa Għawdex
€7,768.91
Proċess kompetittiv
Malta Tourism Authority
MICA PEAK Mediterranean Malta 2017
16/02/2017
2 DMCs jispeċjaliżżaw fis-swieq Ġermaniżi, Svizzeri u Awstrijaċi sabiex jassistu fl-organiżżazzjoni tal-avveniment
€4.460.40
Proċess kompetittiv
Ministeru għat-Turiżmu
Konferenza UNWTO
24/04/2017
Organiżżazzjoni ta’ Konferenza tal-UNWTO, transfers, u tours gwidati lil-Ufficjali gholja tal-UNWTO
€1594.95
Proċess kompetittiv
Mediterranean Conference Centre – financial statements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid isirux financial statements tal-Mediterranean Conference Centre u jekk iva jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra bħal kull entità oħra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Tourist bed nights — Private u collective accomodation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn tourist bed nights fi private accomodation u f’collective accomodation għas-snin 2015 u 2016?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), in-numru tal-iljieli mqattgħa fi stabbilimenti kollettivi u stabbilimenti privati matul is-snin 2015 u 2016, huwa kif ġej:
Stabbilimenti
2015
2016
Privati
5,350,472
6,075,001
Kollettivi
8,801,128
8,886,365
Hekk kif kulma jmur qed tkompli tiżdied il-problema tan-nuqqas ta’ parkeġġ f’pajjiżna, mhux l-inqas u b’mod partikolari f’lokalitajiet fejn hemm żoni kummerċjali, jista’ jindika x’qed isir f’dan ir-rigward biex tittaffa din il-problema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment Projects Malta u Projects Plus qed jaħdmu fuq diversi proġetti ta’ ħolqien ta’ parkeġġi ġodda f’lokalitajiet differenti f’pajjiżna.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra – xogħlijiet mill-MTA u Tourism Zones Foundation
Question
Jista’ l-Ministru jagħti elenku tax-xogħlijiet li saru mill-MTA u t-Tourism Zones Foundation fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar, inkluż Buġibba u l-Qawra, bejn Jannar u Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi li bl-għajnuna tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet wettqu diversi xogħlijiet fiż-żoni msemmieja, fosthom:
· Manutenzjoni fuq il-
promenades
kollha ta’ San Pawl il-Baħar li jinkludu x-Xemxija, Buġibba u l-Qawra.
· Manutenzjoni fil-pjazza ta’ Buġibba.
· Manutenzjoni fuq il-promenade tal-Bajja tal-Għadira.
· Bdil u żieda ta’ tabelli fiż-żewġ lokalitajiet.
· Manutenzjoni estensiva fuq numru ta’ winċijiet tal-opri tal-baħar li hemm fil-lokalita ta’ San Pawl il-Baħar wara li kienu fi stat li jiġu mitlufa.
· Xogħol fuq il-bankijiet tal-promenade ta’ ħdejn it-torri Wignacourt.
· Xogħol ta’ tranġar tal-concrete platform fil-bajja tal-Armier.
· Xogħol ta’ żebgħa fi Triq il-Pijunieri (l-entratura ta’ Buġibba) San Pawl il-Baħar.
· Xogħol ta’ Road Marking f’diversi nħawi fosthom – Għajn Tuffieħa Parking, Golden Bay Parking, Disabled Bays fil-Bajja tal-Għadira, Qawra Point, Perched Beach.
· Intramaw mill-ġdid il-festuni tal-Bajja tal-Għadira u tul il-kosta ta’ San Pawl il-Baħar.
· Numru ta’ walkways ġodda sabiex tkompli tiżdied l-aċċessibilta’ għal persuni b’diżabilta’ fil-bajjiet Melliħin fosthom l-Għadira, Golden Bay u Little Armier.
· L-Awtorita` ffinanzjat parti mill-proġett li sar mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fi Triq San Publiju.
Dan ix-xogħol apparti l-immaniġjar tal-bajjiet li jġibu stat ta’ Bandiera Blu (Blue Flag) matul l-istaġun tas-sajf li huma – Il-Bajja tal-Għadira, Golden Bay, Qawra Point u Buġibba Perched Beach.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex isir intervent f’Paradise Bay sabiex jiżdied ir-ramel f’din il-bajja wara li dan ittieħed mill-maltemp u ma reġax irritorna lura?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li għalkemm huwa fatt li l-volum tar-ramel f’din il-bajja naqas viżibilment matul ix-xhur tax-xitwa, ma jfissirx li dan intilef għal kollox minn dik li hija magħrufa teknikament bħala “is-sistema tal-bajja”. Dan huwa proċess naturali li jseħħ kull sena u li r-riżultat aħħari tiegħu jiddependi mis-saħħa u d-direzzjoni tal-irjieħat u l-kurrenti. Bħal kull proċess naturali, dan ivarja minn sena għall-oħra.
Fil-każ ta’ Paradise Bay din is-sena ħareġ aktar ramel ‘il barra milli reġa’ daħal ‘il ġewwa, b’riżultat li l-bajja tidher li ċkienet. Ninsab infurmat li dan il-fenomenu seħħ diversi drabi fil-passat u qed jiġi immoniterjat.
Jista’ l-Ministru jidħol fl-għan tal-ħsieb, tal-fond fuq operaturi tat-turiżmu, li nħareġ fis-sajf?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nifhem li l-Onorevoli interpellant qed jirrferi għat-twaqqif tal- ‘Fond tal-Insolvenza għall-Pakketti tal-Ivjaġġar’’. Il-ħsieb wara t-twaqqif tal-‘Fond tal-Insolvenza’ huwa biex ikopri lix-xerrej (konsumatur ta’ Pakketti tal-Ivjaġġar’) mir-riskju li l-Kumpanija ta’ l-ivvjaġġar finanzjarjament tfalli, u ma tibqax topera, għad-detriment tax-xerrej, minn bejn iż-żmien li jkun inxtara, jew tħallas depożitu għas-servizz/prodott sa meta jintemm il-vjaġġ u l-klijent jirritorna f‘pajjiżu. B’hekk il-konsumatur jingħata rifużżjoni sħiħa ta’ dak li jkun diġa’ ħallas għalih, u saħanstira li jinġieb lura Malta f’każ li il-vakanza tkun diġa’ skattat iżda għadha ma ġietx fit-tmiem tagħha.
Dan qed isir bis-saħħa tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja dwar Pakketti tal-Ivjaġġar (2015/2302/EU), li tesiġi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha magħmula minn jew f'isem vjaġġaturi sa fejn is-servizzi rilevanti ma jitwettqux bħala konsegwenza tal-insolvenza tal-organizzatur. L-Avviż Legali 315 ta’ 2016 ippublikat jindirizza propju dan, bit-twaqqif ta‘ ‘Fond tal-Insolvenza dwar Pakkett tal-Ivjaġġar’.
Il-Fond qed jitmexxa minn Managing Board magħmul minn rappreżentanti tal-Gvern, l-Awtorita’ tat-Turiżmu u l-FATTA (Federazzjoni tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar) u għalkemm il-mekkaniżmu eżatt ta’ kif ser ikun qed jitħaddem ser jiġi kkomunikat fil-ġimgħat li ġejjin, l-għan aħħari huwa li jagħmel rifużżjoni sħiħa tal-flus imħallsa u jirripatrija skont il-ħtieġa. Il-Board tal-Fond fassal dan il-mekkaniżmu fin-nuqqas li fil-qasam ta’ l-Assikurazzjoni lokali l-ebda Kumpanija, ma tkopri għal danni biex taghmel tajjeb f’każ ta’ falliment finanzjarju għall-Kumpaniji ta’ l-ivvjaġġar.
Dan appuntu qiegħed isir ukoll biex jiġi evitat dak li ġara xi snin ilu, fejn il-kumpanija tal-ivjaġġar li falliet ma kellha ebda koperta finanzjarja biex tagħmel tajjeb għall-ħlasijiet li kienet irċeviet mingħand ix-xerrejja. Niftakru li kellu jkun il-Gvern biex għamel tajjeb għar-rifużżjoni tal-ammonti li kienu diġa’ tħallsu mill-klijenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex iżżid id-diversifikazzjoni filwaqt li tnaqqas l-istaġjonalità?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ilha għal dawn l-aħħar snin taħdem sabiex tiżviluppa marketing u attività turistika aktar varjata bil-għan li tistimula turiżmu ġdid ta’ kwalità għola partikolarment fix-xhur tax-xitwa. L-investiment fil-prodott turistiku li sar u qiegħed ikompli jsir mill-Gvern Ċentrali, Kunslli Lokali, entitajiet oħra kif ukoll mis-settur privat f’diversi oqsma, qiegħed jgħin mhux ftit sabiex jirnexxielna ngħollu il-kwalita’ tal-offerta turistika tagħna. B’din il-ħidma irnexxielna nkabbru niċeċ eżistenti kif ukoll niżviluppaw inizzjattivi ġodda f’oqsma bħat-turiżmu kulturali, gastronomiku, sportiv, attiv, tal-konferenzi kif ukoll dak reliġjuż u edukattiv. Ir-riżultati miksuba kemm mil-lat ta’ numru ta’ turisti kif ukoll mill-qliegħ reġistrat mill-industrija turistika jikkonferma li qegħdin fit-triq it-tajba.
Mandanakollu, l-Ministeru tat-Turiżmu flimkien ma l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu jinsabu mpenjati sabiex tkompli tinfirex aktar il-ħidma tagħna lill hinn mis-swieq tradizzjonali u titkabbar l-attivita’ u n-numru ta’ turisti lejn pajjiżna minn swieq ġodda, fejn it-
travel trends
huma differenti mis-swieq tradizzjonali u għalhekk ghandhom potenzal qawwi li jgħinu sabiex inkomplu insaħħu x-xhur tax-xitwa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fejn jidħol il-branding tal-gżejjer tagħna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara snin fejn l-Awtorita’ użat branding li għen sabiex niksbu suċċess għal pajjiżna fi swieq barranin, inħass li wasal iż-żmien li nibnu kampanja ta’ branding ġdida li għandha l-għan li twassal messagġġ frisk u iktar addattat għax-xenarju tal-lum. Huwa ppjanat li l-Awtorita’ tniedi l-kampanja l-ġdida għas-sena 2018.
Jista’ l-Ministru jindika jekk għandux xi pjan biex jirriabilità s-sit fejn hemm il-ġibjun tal-Imqabba, li ilu snin twal mitluq u qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti ta’ dan il-lokal?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-sit qed jiġi studjat flimkien ma’ Ministeri oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika ż-żmien peress li m’hemmx is-sena mniżżla.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.