Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Blat fiż-żona tat-Torri ta’ Għajn Tuffieħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi studji saru jew li qed isiru in konnessjoni mal-blat fiż-żona tat-Torri t’Għajn Tuffieħa? In konnessjoni mal-istess żona, saru xi studji mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubblici? Jekk iva, x’kienu dawn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal dawn l-aħħar sentejn, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jagħmel monitoraġġ kull erba’ xhur sabiex jiġi stabbilit kull moviment li jseħħ fil-blat li hu maqtugħ mill-irdum fiż-żona tat-Torri t’Għajn Tuffieħa. Barra minn hekk, id-Dipartiment qed iħejji diversi studji dettaljati ħalli jiġu stabbiliti l-proċessi ta’ erożjoni kostali f’dawn l-inħawi u qed jitħejja studju ġeoloġiku u ieħor ġeotekniku ta’ dan l-irdum.
B’referenza għas-settur marittimu, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir sabiex jinġiebu fiżikament uffiċini ta’ ‘shipping companies’ hawn Malta u Għawdex?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm x’impatti speċifiċi bid-dħul tal-Emission Trading Scheme [ETS] fuq pajjiżna? Jekk iva, x’kienu b’mod dettaljat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xogħol fuq toroq ġewwa Birkirkara f’dawn l-aħħar sentejn? Jista’ jgħid ukoll x’xogħol hemm proġettat sabiex isir fl-istess lokalità għas-sentejn li ġejjin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar sentejn Infrastructure Malta wettqet xogħlijiet fi Triq Sqaq Il-Ibgħal, Triq Is-Sienja , P/o Triq Kan. Injazju Scibberas Psaila, p/o Triq It-Tabib Victor Thuema, Triq Naxxar, p/o Triq l-Intonjatur, Triq l-Għadam, Triq Birrerija, Triq Giovanni Felice, Triq Papa Urbanus VIII, Triq Laurent Ropa, Triq Madre Tereza Spinelli, Triq E.B Vella, Triq Sir Anthony Mamo, p/o Triq Dun Karm (bypass) fil viċinanzi ta’ Mater Dei, Triq il-Ftieħ u Triq Giovanni Mamo.
Huwa ppjanat li jsiru xogħolijiet fi Triq Fluer De Lys, Triq Santu Rokku u Triq San Ġiljan.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru f'Ħal Kirkop sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24211, ninfurmah li l-informazzjoni addizzjonali mitluba qiegħda tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru fl-Imqabba sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi Sqaq Nru. 1 fi Triq is-Sejba, Mqabba ser isir xogħol ta’ resurfacing bejn Settembru u Ottubru 2025. Ix-xogħlijiet fi Triq Baskal Xuereb bdew f'nofs Novembru 2024 u huma mistennija jitlestew sa nofs Frar 2025. Ix-xogħlijiet f'din it-triq jinkludu medda tad-drenaġġ ġdida, xogħlijiet fuq mains tal-ilma ġodda, cables tat-telekomunikazzjoni, bini ta' bankini, parking bays tal-konkos, u bini mill-ġdid tat-triq inkluż asfalt u sinjali tat-toroq.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru fil-Qrendi sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24207, ninfurmah li l-informazzjoni addizzjonali mitluba qiegħda tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru f'Ħal Safi sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ix-xogħlijiet fi Sqaq fi Triq it-Torri ta' Ġawhar beda u mistenni jkun lest sa nofs Frar 2025. Ix-xogħol jikkonsisti f'wiċċ ġdida tat-triq. Ix-xogħol fi Triq Qerd in-Naħal ġie mwaqqaf ġiet mgħoddija għall-Call-Off. Il-bidu tax-xogħlijiet jiddependi mill-publikazzjoni u l-evalwazzjoni tat-tender. It-tlestija tiddependi mit-tul tal-kuntratt skont it-tender.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru fiż-Żurrieq sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24209, ninfurmah li l-informazzjoni addizzjonali mitluba qiegħda tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li ser isiru f’Birżebbuġa sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24210, ninfurmah li l-informazzjoni addizzjonali mitluba qiegħda tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14575 u jgħid liema huma s-siġar li ser ikunu qed jiġu miżbura fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin u f'liema lokalitajiet qegħdin? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-kuntratti ta' żabra u żamma tal-istess siġar ingħatawx diġà u min huma dawn il-kuntratturi li ġew magħżula u jekk kinux magħżula fuq mertu ta' esperjenza u għarfien f'dan ix-xogħol tant delikat fuq is-siġar? Jista’ wkoll jara li l-proċess trasparenti ta' evalwazzjoni fost il-kuntratturi qed isir bir-reqqa kollha biex l-ekosistemi naturali kollha flimkien mal-ħarsien u l-protezzjoni tas-siġar dejjem tkun prijorità unika meta jsir dan it-tip ta' żbir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi bħalissa għaddej bi żbir fuq numru ta’ siġar bħal Żebbuġ, Żnuber, Rand u siġar dekorattivi oħra li jinsabu fil-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali. Din iż-żabra hija waħda korrettiva li tneħħi biss il-friegħi mejta u tħaffef ftit il-parti ta’ fuq tas-siġra (crown) biex jgħaddi aktar dawl minn bejn is-siġar. Iż-żbir qed isir minn ġardinara tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kif ukoll mill-kuntratturi Callus Garden Centre, Piscopo Gardens Ltd u Sicilville.
Żbir ieħor qed isir fuq siġar bħal Ficus, Żebbuġ, Żnuber u siġar dekorattivi oħra li hemm madwar il-Baċir Numru 1 f’Bormla. Dan iż-żbir qed isir minn Callus Garden Centre.
Qed isir ukoll żbir fuq siġar taż-Żebbuġ fil-ġnien Ta’ Ramija, fis-Siġġiewi minn Derek Garden Centre.
Bħala Dipartiment, aħna nesiġu dejjem li ż-żbir isir fiż-żmien tajjeb għas-siġar, minn ġardinara li għandhom esperjenza u kwalifiċi neċċesarji f’dan ix-xogħol, kif ukoll taħt is-superviżjoni ta’
Chief Agricultural Officers
u Arborista jekk iż-żabra tkun ikbar minn dik ta’ natura korrettiva (f’każ ta’ mard jew ħsara tal-maltemp).
Karozzi b’livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu karozzi li kellhom livell ta’ tint iktar minn dak permessibbli matul it-test tal-VRT? Jista' jgħid ukoll kemm saru checkups għall-istess raġuni fuq karozzi li jkunu waslu Malta qabel jinbiegħu?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24669, jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2023 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ħarġu tags għal xufiera tal-Light Passenger Transport Services fl-2023, maqsuma xahar b'xahar, filwaqt li jgħid kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità Maltija u kemm kienu barranin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ tags għal xufiera ta’ ġarr ta’ passiġġieri fl-2024, kien inqas minn nofs ta’ dak li nħareġ fl-2023. Fil-fatt, jien infurmat li filwaqt li fl-2023 ħarġu 3071 tag, (869 għal xufiera Maltin) fl-2024 l-ammont totali kien ta’ 1188 (296 għal xufiera Maltin). Wieħed irid iħares ukoll lejn in-numru reali ta’ tags li qegħdin jintużaw, b'permess tax-xogħol biex jaħdmu fil-qasam, u mhux biss lejn in-numru ta' tags maħruġa. L-ammont ta’ persuni barranin jinkludi wkoll persuni mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li kif jaf l-Onorevoli Interpellant igawdu mid-dritt tal-moviment ħieles.
LPTS (Y-plates) — Public Service Garage - Applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24488 u 24665 u ċjoè: Peress li l-Avviż Legali 269 tal-2024, Regolamenti tal-2024 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri b’Vetturi Żgħar u Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi, jgħid li operaturi ta' LPTS (Y-plates) li għandhom minn 5 vetturi 'l fuq, kellhom sat-18 ta' Diċembru tal-2024 sabiex jippreżentaw applikazzjoni għal Public Service Garage, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-operaturi kollha li ma kinux konformi ma' dan ir-rekwiżit, inkluż kemm għandu karozzi l-operatur, u meta ġiet sospiża jew revokata l-liċenzja tal-operatur?
Response (BONETT, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tinkludi l-operaturi ta’ servizzi ta’ ġarr ta’ passiġġieri b’vetturi żgħar li għandhom 5 vetturi jew aktar li ma ottemporawx ruħhom mar-rekwiżit indikat, in-numru ta’ vetturi abbinati ma’ kull operatur, u meta ġiet sospiża l-liċenzja tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24694 u jgħid x'tip ta' xogħol sar u kemm ġej jiswa x-xogħol fi Triq Ta' Djar il-Baqar, fis-Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija f’din il-Mistoqsija, uffiċjalment jisimha Triq il-Girgenti, is-Siġġiewi. Triq Ta' Djar il-Baqar fis-Siġġiewi hija it-triq ta’ maġenbha.
Ix-xogħol f’din it-triq kien neċessarju minħabba li dawn il-ħitan kienu fi stat dilapitat qawwi u li bdew joħolqu problemi strutturali fit-triq, tant li kienet ta’ periklu għal min jużaha bil-makkinarju.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24695 u jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Qormi sal-aħħar ta' din is-sena? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm ippjanat li lejn l-aħħar ta’ din is-sena isiru xogħlijiet fi Sqaq fi Triq tal-Ħandaq, Qormi fejn ser jingħata wiċċ ġdid u servizzi ġodda hekk skond kif mitluba min entitajiet pubbliċi oħra. Ser isiru ukoll xogħlijiet fi Triq l-Iljun u Triq San Bastjan.
Ħal Qormi, Triq l-Imdina — Dar Pinto - Zebra crossing
Question
Jista’ l-Ministru jara li tiġi introdotta zebra crossing quddiem id-Dar tal-Anzjani Dar Pinto fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi minħabba li din tintuża ħafna mill-qraba tar-residenti fl-istess dar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġa’ hemm zebra crossing biswit id-Dar tal-Anzjani Dar Pinto.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spot checks fuq karozzi b’tinted glass matul is-sena 2024 dwar il-livell tat-tint permessibbli (VLT - Visible Light Transmission)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-karozzi ġew ikkonfiskati jew imġiegħla jirranġaw dan il-livell jew ingħataw ċitazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2024:
§ Vetturi li ġew imsejjħa għal spezzjoni - 191
§ Vetturi li għaddew (ġew imneħħija fuq il-post) - 118
§ Vetturi li ingħataw ċitazzjoni - 12
§ Vetturi li ma ġewx għat-test - 61.