Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-Gvern biex tittaffa l-problema enormi tal-parkeġġ f’Ħal Qormi? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif se tiġi indirizzata l-problema ta’ nuqqas ta’ spazju ta’ parkeġġ f’Ħal Qormi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta m’għandha l-ebda rikjesta speċifika fir-rigward ta’ issues ta’ parkeġġ fil-lokalità ta’ Ħal Qormi.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 290 u jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
San Pawl il-Baħar – Moll tal-Veċċja fix-Xemxija – fanali mixgħula
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Moll tal-Veċċja, Xemxija, San Pawl il-Baħar, li fih hemm numru ta’ arbli bil-fanali jkun mixgħul fil-ħinijiet meħtieġa speċjalment billejl? X’inhi r-raġuni għala dan il-moll issa ilu mitfi għal numru ta’ xhur?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar flus mil-liċenzji tal-karozzi fl-2021 u jindika wkoll kemm kienu dawk tar-red plate u kemm kienu dawk tal-classic cars?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus miġbura mil-liċenzji tal-karozzi fl-2021 huma kif indikata hawn that:
Classic / Vintage (Black plates): € 24,440.40
Weekend / Public Holiday (Red Plates): € 519,187.65
All others (White Plates): € 80,965,936.65
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 536, peress li triq li tagħti għall-kamra tan-nar 25 ta’ Novembru, li hija triq rurali, mhux imniżżla, jista’ l-Ministru jara li din it-triq tkun inkluża?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq li qed issir referenza għaliha hija fost it-toroq rurali li Infrastructure Malta se tibni mill-ġdid bħala parti mill-investiment bla preċedent li qed tagħmel anke fit-toroq rurali.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex żona ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq, preċiżament ġewwa Triq ir-Ridott, li skont is-Central Malta Local Plan hija green area, bdiet tintuża bħala parkeġġ u dan wara intervent minn Infrastructure Malta? Għaliex il-Kunsill Lokali tan-Naxxar ma kienx avżat? Għaliex ma saret ebda applikazzjoni sabiex jinħareġ permess?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta rċeviet talba minn residenti fil-viċin biex timmodifika temporanjament passaġġ biswit iż-żona inkwistjoni sakemm dan is-sit jiġi mtejjeb permezz ta’ proġett separat mill-Kunsill Lokali. Dawn il-modifiki minuri fil-passaġġ twettqu ftit ġimgħat ilu. Ma saru l-ebda xogħolijiet fis-sit maġenb il-passaġġ. Mistoqsijiet dwar l-infurzar tar-regolamenti tal-parkeġġ għandhom jiġu indirizzati lill-awtoritajiet applikabbli.
Baħar iċ-Ċagħaq — Triq ir-Ridott - żona ta' parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ż-żona ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq, preċiżament ġewwa Triq ir-Ridott kantuniera ma' Triq Anton Manwel Caruana, li hija designated bħala parkeġġ skont il-Malta Central Plan, ser tiġi effettivament konvertita u tibda tintuża bħala parkeġġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Infrastructure Malta m’għandhiex pjanijiet jew talbiet sabiex tagħmel parkeġġi f’Baħar iċ-Ċagħaq. Madankollu l-aġenzija infurmata li jista’ jkun hemm pjanijiet għal dawn l-inħawi li jinkludu postijiet ta’ parkeġġ mill-Kunsill Lokali responsabbli minn din iż-żona. Aktar tagħrif ikun jista’ jinkiseb mill-Ministeru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 909 jista' l-Ministru jgħid f'liema parti ta' Malta hemm cameras viċin tat-traffic lights? Jista’ jgħid ukoll għaliex m'hemmx sinjali ta' dawn il cameras? Jista' jgħid jekk is-sewwieq għandux ikun jaf li hemm dawn il-cameras?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn kull camera installata u li hija attiva hemm it-tabelli neċessarji kollha li jinfurmaw lill-pubbliku inġenerali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Għajn Osiris ġewwa Marsaxlokk hiex ser issir, minħabba li fil-passat kienet triq li kellha ssir meta kien qed isir xogħol ma’ Triq il-Port Ruman?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali tal-Gvern għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin.
Bħalissa fil-fatt għaddejja bil-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq, fosthom Triq il-Kajjik, Triq iċ-Ċippi, triq bla isem ħdejn l-Island Sanctuary u triq rurali li twassal għal Delimara, fil-lokalità ta’ Marsaxlokk. It-triq indikata, Triq Għajn Osiris, hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabbiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-Kunsilli Lokali, dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir Triq San Franġisk fiż-Żejtun meta f’Novembru li għadda r-residenti kienu infurmati li ser issir?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali tal-Gvern għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. Bħalissa fil-fatt għaddejja bil-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq, fosthom Triq San Piju X, Triq San Profilju, Triq Santa Fawstina, Triq Santa Monika, Triq San Ġużepp, Triq Beland u Triq il-Ġiebja Rumana, fil-lokalità taż-Żejtun. It-triq indikata, Triq San Franġisk, hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabilità tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-Kunsilli Lokali, dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru mill-aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta f'parti minn Triq Mater Boni Consilii fil-Fgura, jista’ l-Ministru:
a. jagħti data meta ser jitlesta x-xogħol u t-triq terġa’ tinfetaħ mill-ġdid;
b. jinforma lill-Kamra jekk hemmx xi problemi tekniċi jew finanzjarji li permezz tagħhom ix-xogħol kellu jieqaf u dan b'iktar inkonvenjent għar-residenti ta' din it-triq u tal-madwar; u
ċ. jikkonferma jekk it-triq hijiex ser tkun lesta u miftuħa sal-festa tal-Fgura peress li din it-triq tifforma parti mir-rotta tal-purċissjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-lokalità tal-Fgura Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq San Tumas, Triq San Pietru, Triq Liedna, Triq Żabbar, Triq Hompesch, Triq Anġlu u Marianna Camilleri, Triq l-Għollieq, Triq il-Falkunier u Triq Rgħajja.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consili, Triq San Ġorġ Preca, Triq Pace u Grasso u Triq il-Kitba, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jibda x-xogħol Triq il-Kampanella, Triq Għajn Dwieli u Triq il-Velleran.
Ix-xogħlijiet minn Infrastructure Malta biex tinbena mill-ġdid it-triq indikata kienu jinkludu bdil ta’ servizzi tad-drenaġġ, ilma, telekomunikazzjoni, sistemi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita u bini ta’ bankini ġodda. Bħalissa qed jissaħħu l-pedamenti qabel ma t-triq isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt biex titlesta dan ix-xahar.
Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet — membri
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 695, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Konsultattiv għas-Servizzi dwar l-Utilitajiet u jekk dawn jirċevux xi forma ta’ ħlas għall-attendenza u l-ħidma tagħhom, u jekk iva f’kull każ kemm hu l-ħlas?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri huma kif indikat f’din it-tabella:
Isem u Kunjom
Posizzjoni fi ħdan il-Kumitat
Ing. Robert Schembri
Chairperson
Dr Rose Caruana Dalli
Member (representing MCA)
Ing Phyllis Micallef
Member (representing REWS)
Mr David Penza
Member (representing TM)
Mr Kevin Ciantar
Member (representing PA)
Dr Ing Paul Micallef
Member
Mr Christopher Muscat
Secretary
Ħlas għall-attendenza u l-ħidma tagħhom fis-sena huwa kif indikat f’din it-tabella:
Chariperson
€4,616.92
Member
€2,308.46
Secretary
€2,308.46
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1030, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat, nirreferih ukoll għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 675 dwar xogħlijiet li qegħdin isiru mal-kosta tal-Kottonera, li mhux biss se jagħtu aċċess bla interruzzjonijiet liż-żona mill-Kalkara sal-Isla, iżda wkoll tisbiħ u għamara tat-triq, kif qed jiġi ssuġġerit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1028, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna persuni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali tal-Gvern għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. Bħalissa fil-fatt għaddejja bil-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq, fosthom Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur u proġett ta’ €5 miljun biex tagħti ħajja ġdida lill-mollijiet u tagħmel prominad ġdid fl-inħawi ta’ Sally Port, il-Birgu. Għal dan ir-rigward, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi wkoll għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 675.
It-triq indikata, li mill-Bieb ta’ Sant Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu, hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħalaparti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-Kunsilli Lokali, dawn għandhom ir-riżorsimeħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
Is-Siġġiewi — Pjazza - Stallazzjoni ta' bus shelter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux mistenni jkun installat bus shelter fil-pjazza tas-Siġġiewi hekk kif ma teżisti l-ebda protezzjoni mill-elementi għall-passiġġiera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1351, din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati li daħlu mal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 54, din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlubatinsab fuq it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġu riveduti ċertu speed limits partikolarment f’żoni fejn se jsir użu minn speed guns?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport issegwi mal-iSpeed Management Policy and Technical Guidance Manual li jinkludi l-metodoloġija ta' kif jiġu eżaminati li-speed limits tat-toroq arterjali u dawk distributorji. Il-polza tinsab fuq il-website uffiċċjali tal-Awtorità tat-Trasport.
https://www.transport.gov.mt/strategies/road-safety/speed-management-1348
(Kopja tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Speed limits ezistenti jiġu riveduti meta f’każ li ssir road traffic accident analysis jew proġetti infrasttruturalli kbar u jkunu fl-stadju tal-ippjannar u d-disinn ta’ toroq.
Bormla – Triq San Franġisk u triq fil-madwar — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq ewlenija fejn il-Kottonera u l-madwar u ċjoè Triq San Franġisk f’Bormla tingħata wiċċ? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti indikazzjoni meta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 1025.