Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumitat tekniku għall-mediċini

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika jekk il-kumitat tekniku li jaġġudika liema mediċini jidħlu fuq il-formularju tal-Gvern, minbarra l-Bevacizumab (Avastin) hux qed jikkonsidra wkoll dawn il-mediċini: Brolucizumab (Beovu), Aflibercept (Eylea) u/jew Ranibizumab (Lucentis)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-Kumitat tekniku li jirrakkomanda dawk il-mediċini li jiġu approvati biex jidħlu fil-formularju tal-Gvern qiegħed jevalwa dawk il-mediċini kollha li jaqgħu fl-istess klassi.

Il-Qawra — Żbroff tad-drenaġġ - infezzjonijiet

Question

B’referenza għall-istqarrija numru PR220734, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ġewx rappurtati infezzjonijiet ikkawżati mill-iżbroff tad-drenaġġ fiż-żona tal-Qawra kif indikata fl-istess stqarrija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa investiga każ wieħed possibbli relatat ma' dan l-inċident, però dan irriżulta fin-negattiv.

Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni – talbiet għall-proċeduri ta’ IVF

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, kemm għall-proċeduri ta’ IVF li jsiru fil-privat u anke dawk provduti mis-settur pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sat--Tnejn 20 ta’ Ġunju, l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun kellha biss żewg (2) talbiet pendenti għal IVFs/ICSi li ser isiru fis-settur Pubbliku. Ma kien hemm l-ebda talba pendenti għas-Settur privat.

Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni – laqgħat u każijiet evalwati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il każ ġie evalwat u kkonsidrat f’kull laqgħa li saret quddiem l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni għal din l-aħħar sena, billi jipprovdi d-dati tal-laqgħat u t-total ta’ każijiet evalwati f’kull laqgħa rispettivament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2022 sa l-10 ta Ġunju saru 8 sessjonijiet ta' evalwazzjoni u approvazzjonijiet ta' proċeduri tal-IVF/ICSI ġodda li fihom ġew approvati 141 proċedura ta IVF kif deskritt fit-tabella hawn mehmuża: Date of EPA board meeting Procedure MDH Private Clinics 02/02/2022 ICSI/IVF 28 NIL 25/02/2022 ICSI/IVF 19 NIL 21/03/2022 ICSI/IVF 30 NIL 29/04/2022 ICSI/IVF 26 6 06/05/2022 ICSI/IVF 2 3 ONLINE 13/05/2022 ICSI/IVF 3 2 ONLINE 27/05/2022 ICSI/IVF 8 6 03/06/2022 ICSI/IVF 3 5 ONLINE

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sar l-ebda ħlas jew pagament mill-2017 sal-lum lil One TV jew One Productions biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — CEOs

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettivi tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 7 CEOs impjegati taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa f’dawn l-entitajiet: Primary Health care, Foundation for Medical Services, Mater Dei Hospital, Central Procurement and Supplies Unit , Sir Paul Boffa Hospital, Embryo Protection Authority and Mount Carmel Hospital.

Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete ġdida

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienu r-raġunijiet għall-azzjonijiet industrijali? Kemm damu għaddejjin dawn l-azzjonijiet? Jista’ jgħid x’kien il-ftehim li ġab fi tmiemha l-azzjoni industrijali? Jista’ jpoġġi dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-azzjonijiet ġew sospiżi wara li ntlaħaq ftehim mal-MUMN. Mhix prassi illi ftehim settorali ikun ppublikat.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – direct orders

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm direct orders ingħataw matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 65.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Inġinerija – union rikonoxxuta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema hija l-union li għandha rikonoxximent?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- aħħar ftehim ġie ffirmat mal- GWU u l UHM.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 46 u jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba tal-Ministeru għas-Saħħa u l-Entitajiet u Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Jannar sa April ta din s-sena.

Continuous Glucose Monitors – dijabete Type 1

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1086, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux pjan li l-Continuous Glucose Monitors u s-servizz relatat jingħata lill-persuni oħra barra lill-pazjenti bid-dijabete Tip 1 sal-età ta' 21 sena? Jekk iva, jista' jagħti dettalji dwar dan il-pjan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan tal-Gvern hu li l-pazjenti kollha bit-Type 1 diabetes jingħataw is-servizz tal-continuous glucose monitors. Dan jiġi estiż billi jiżdiedu l-etajiet li bihom ikun hemm intitolament għal dan is-servizz b’mod gradwali.

Gżira – poliklinika – ġbir tar-riżultati tal-X-Rays

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex il-pazjenti li jmorru jiġbru r-riżultati tal-X-Ray mill-Poliklinika fil-Gżira, fil-ġurnata u l-ħin li fih ġew infurmati biex imorru, kienu mġiegħla jistennew għal aktar minn erba’ sigħat qabel jingħataw ir-riżultat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema pazjent jew data qed jirreferi.

Twelid ta’ trabi permezz tal-IVF

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hawn twelid ta' trabi permezz tal-IVF matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ trabi imwielda mill-proċeduri tal- IVF (IVF u ICSi u IUI) mill- 2013 (minn meta giet stabilita l-Awotrita )sal-20 ta Gunju huwa ta 425 tarbija., Mic-ċikli li saru fi 2021, hu mistenni li jitwieldu 9 il-tarbija oħra minn MDH. Filwaqt li miċ-ċikli li saru fl-2022 sa issa hemm 18 nisa oħra tqal li qed jistennew 21 il-tarbija, 17 minn proċeduri f’Mater Dei u 4 minn proċeduri fil-Privat.

Tobba tal-familja li jinvistaw pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali fil-komunità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hawn tobba tal-familja li qed jinvistaw pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali fil-komunità u kemm qegħdin jitħallsu għal dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tobba tal-familja fil-privat għandhom il-possibbiltà li jaraw pazjenti bi problemi ta' saħħa mentali mingħajr ħlas. Il-Gvern iħallas €20 għal kull vista ta’ tabib. Fil- preżent hemm tabib wieħed li għażel li jara pazjenti taħt din l-iskema.

Għoti ta’ mediċini b’xejn

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta huwa ppjanat li jibdew jingħataw il-mediċini kollha b'xejn lill-anzjani kollha kif imwiegħed fil-programm elettorali tal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess imsemmi minnu qiegħed isir b’mod progressiv u gradwali u mħux f’data speċifika waħda.

Dipartiment tas-Saħħa — uniformijiet tal-impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-allied health professionals kollha ingħataw l-uniformijiet msemmija u meta sar dan lil kull allied health professional tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Allied Health Professionals l-aħħar li ngħataw l-uniformijiet kien fl-2020.

Roll out tal-Constant Glucose Monitors

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienet ir-raġuni li r-roll out beda u twaqqaf wara xi ġranet imma reġa’ beda xi jiem wara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rollout tal-Constant Glucose Monitors isir b’koordinament mal-ispeċjalisti kliniċi tad-Dipartiment tad-Dijabetè.

Strateġija Nazzjonali tad-Dijabete ġdida

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal l-aġġornament tal-Istrateġija Nazzjonali tad-Dijabete? Jista' jgħid jekk bdietx il-konsultazzjoni? Jekk iva, ma’ min? Jekk le, meta se tibda l-konsultazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li l-ispeċjalisti fis-Saħħa Pubblika ma baqgħux iffokkati kważi esklussivament fuq il-pandemija tal-Covid-19 issa reġa’ kompla x-xogħol fuq l-aġġornament ta’ strateġiji fis-Saħħa Pubblika inkluża dik tad-dijabetè.

Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-Ministeru għas-Saħħa u/jew mid-dipartimenti u entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma saru l-ebda attivitajiet fi Pjazza Tritoni, nitlobha biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Infermiera gradwati mill-MCAST

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il infermier iggradwa mill-kors offrut fis-settur mill-MCAST wara li ntlaħaq qbil mal-Università ta’ Northumbria? Kemm minnhom illum qed jaħdmu fis-settur pubbliku? Kemm hi n-nefqa ta’ dan il-kors fis-sena u kif inhi maqsuma l-ispiża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 38 studenti li gradwaw bħala infermiera mill-MCAST li minnhom 34 ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku. Għall-kumplament tat-tagħrif nitolbu jirreferi lill-Ministru kkonċernat.