Jista' l-Ministru jgħid:
a) jekk wara li l-persuna inkarigata mill-gvern f'Tar-Robba takkwista l-vetturi
ai fini
ta'
scrap
skont l-iskema tal-Unjoni Ewropea, dan hux intitolat ibiegħ l-istess vetturi;
b) jekk fl-affermattiv, huwiex eżentat milli joħroġ irċevuta tal-VAT; u
ċ) jekk fin-negattiv, fiż-żewġ istanzi x'passi se jieħu l-Ministeru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f' seduta oħra.
Divizjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — lista tal-vetturi u l-inġenji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-vetturi u l-inġenji li għandha d-Divizjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi? Liema huma dawk il-vetturi li jinsabu f'kundizzjoni tajba li jistgħu jiġu utilizzati ? Liema huma dawk li se jiġu scrapped u f'dan il-każ x'inhi s-sena li ġew manifatturati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-informazzjoni mitluba
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi hux beħsieba terġa' toħroġ l-iskema tal-panelli fotovoltaiċi matul din is-sena? Jekk iva, jista' jgħid f'liema żmien se toħroġ din l-iskema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi mistennija toħroġ skema ġdida li tagħti għajnuna għal xiri ta’ pannelli fotovoltajċi għal użu domestiku. Din l-iskema ħa tkun iffinanzjata minn fondi tal-ERDF. Hu ppjanat li l-iskema toħroġ għal nofs din is-sena.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24816, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kirjiet ta' coaches, ir-reklamar imsemmi fl-istess tweġiba u x-xogħol in konnessjoni mar-receptions eċċ. sarux permezz ta' sejħa għall-offerti jew inkella b'direct order? Min kienu l-kumpaniji li ngħataw ix-xogħol msemmi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-coaches li nkrew għall-Open Weekend marbuta mal-inawgurazzjoni tal-impjant kienu open top double deckers u li l-kiri sar mingħand Supreme Travel permezz ta' direct order. Skont il-pjan kellu jkun hemm coach wieħed u dan kien il-każ matul il-jum tas-Sibt iżda, fid-dawl tad-domanda qawwija tan-numru ta' nies li żaru l-impjant, kien deċiż li tiżdied coach oħra għall-jum tal-Ħadd
Il-pubbiċita' tal-avveniment kienet koperta mit-
tender
għal pubbliċità li kien 2008 lill-MPS. Dawn l-isemmija ħadu ħsieb li jikkordinaw ir-reklamar dwar l-Open Weekend f’Novembru li għadda.
Jista' l-Ministru jgħid ma' liema settur għandu dejn, jekk għandu, u kemm dawn is-setturi differenti għandhom jieħdu mill-Gvern Ċentrali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
In-natura tax-xogħol tal-Ministru titlob li ċerti każijiet ikun hemm ħlasijiet pendenti li jkunu dovuti lil xi settur partikolari u dan għal numru ta' raġunijiet fosthom verifika li tkun trid issir. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu qatt ma daħħal it-traċċibilità fuq il-prodotti li l-bdiewa jdaħħlu l-Pitkalija fil-kaxxi għall-bejgħ? Din hija rikjesta mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull kaxxa bil-prodott li tidħol għall-bejgħ fil-Pitkalija jitnizzel fuqha ta’ min hu l-prodott. Fil-fatt tinħareġ delivery note lill-bidwi tal-prodott li jkuni ddepożita għand kull Pitkal u invoice li tinħareġ lix-xerrej tal-biegħa li jkun xtara. Mis-sistema tal-'Pitkali Market Management System' (PMMS) kull bidwi u kull xerrej nistgħu nkunu nafu eżattament minn fejn ġie u fejn mar il-prodott u kemm gie ddikjarat li nbigħ.
Din is-sistema iddaħħlet hafna qabel ma Malta daħlet membru fl-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-water storage capacity ta' pajjiżna li jinkludi:
a) WSC potable water reservoirs;
b) WSC 2nd
class water reservoirs;
ċ) WSC
stormwater reservoirs
(
operational u non operational
);
d) Non WSC
stormwater reservoirs
(
operational u non operational
);
e)
agricultural reservoirs;
f)
treated sewage effluent reservoirs
; u
g)
dam capacity (operational u non operational
)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif indikat fl-istess mistoqsija tiegħu, il-partijiet kif jirreferu għall-Water Services Corporation għandhom ikunu referuti lill-Ministru konċernat.
Għar-rigward tal-ġibjuni għal skop agrikolu, id-Dipartiment tal-Agrikoltura għadu responsabbilta għal ħames ġibjuni b'kapaċita totali ta' 11,816 metru kubu u li kollha jinsabu fin-nofsinhar ta' Malta. L-ilma ta' dawn il-ġibjuni joriġina minn dak kollu prodott mis-Sewage Effluent Treatment Plant ta’ Wied il-Għajn.
Barraminhekk, f'kull proġett li twettaq mill-WasteServe, kien hemm enfasi biex l-ilma tax-xita li ġo fihomjinġabar. Għalhekk inbnew 15-il ġibjun varji biex jilqgħu fihom ilmijiet ta' kwalita' differenti u indirizzati għal skopijiet different. Il-kapaċita totali ta' dawn il-ġibjuni ilaħħaq għal iktar minn 9,700 metru cubu.
Fir-rigward ta’ gibjuni u lqugh li ma humiex tal-WSC dan il-Ministeru għad m' għandux kompletament din l-informazzjoni mitluba peress li għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet il-capacity tar-reservoirs agrikoli mibnija mir-Rural Development Funds minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea? Kemm saru verifiki biex jigi stabbilit kemm ġie harnessed ilma tax-xita minn dan kollu? Jista' jgħarraf lill-Kamra kemm mir-Rural Development Funds setgħu intużaw għax-xiri ta' reverse osmosis plants mill-bdiewa u jekk iva x’kien l-ammont f’termini ta' valur u/jew investiment f’dawn l-impjanti tar-reverse osmosis?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-volum tal-ilma tax-xita li jinġabar u jinħazen permezz tal-ġwiebi mibnija mill-fondi taħt il-Programmi ta’ l-Izvilupp Rurali 2004-2006 u dak kurrenti 2007-2013 jammonta għal 54,024.74 metri kubi ta’ ilma. Dan sar b’investiment ta’madwar ħames miljun Ewro.
Kull investiment li jiġi iffinanzjat jkun ikkontrollat minn ufficjali tal-Agenzija għal Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Rizorsi u Affarijiet Rurali. Dawn imorru fuq is-sit fejn sar l-iżvilupp u jivverifikaw li l-binja hija skont il-permessi maħruġa mill-MEPA. Wara li jitlesta l-proġett jibqgħu jsiru kontrolli għal perjodu ta’ 5 snin mit-tlestija tal-proġett.
Minn naħa l-oħra fejn jidħol investiment marbut ma’ impjanti tar-Reverse Osmosis l-investiment iffinanzajt kien jammonta għal madwar € 30,000.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — servizz ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ispiża ġlobali matul l-2010 għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt dan il-ministeru tleħħaq €678,202 fuq 243 karozza.
Gżira — Zuntier tal-Knisja - Urban Investment Fund
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq iz-zuntier tal-knisja tal-Gżira li qed jiġi kkordinat mill-Ministeru tiegħu huwiex funded mill-Urban Investment Fund jew minn xi sorsi oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-proġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant hu ffinanzjat minn voti kapitali ta’ dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fl-iskema 313 tal-fondi tal-Malta Enterprise hux possibbli li jkun hemm applikazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali u l-privat? Jista' jgħid jekk kunsill lokali li diġà bbenefika minn din l-iskema hux se jkun possibbli għalih li japplika għal skopijiet oħra taħt l-istess skema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li taħt l-Iskema 313 jista’ jkun hemm applikazzjonijiet bejn kunsilli lokali u l-privat. L-entitajiet privati rridu jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-Kummisjoni Ewropea 2003/361/EC, joperaw fis-setturi identifikati taħt NACE 55 (Lukandi u ristoranti) jew NACE 92 (attivitajiet ta' rekreazzjoni, sport u kultura) ta’ Regolament 1628/2006. Għal-applikazzjonijiet bejn il-kunsilli lokali u l-privat irid isir ‘management agreement’.
kunsill lokali li diġà bbenefika minn din l-iskema jista' biss jerga' japplika taħt l-istess skema ġalabarba jkun għalaq il-proġett li jkun ħa fondi għalih. Jigifiri, l-istess kunsill lokali ma jistax jibbenefika taħt l-istess skema b’żewġ proġetti kontemporanjament.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tmien snin kemm kien hemm entitajiet mhux tal-gvern li ingħataw permess jagħmlu attività fil-ġonna tal-Barrakka ta' Fuq? Jista' jgħid jekk kienx hemm fost dawn l-attivitajiet receptions ta' tieġ? Jista' jgħid xi kriterji jew proċeduri jsiru biex ikun deċiż kif u x'attività tkun organizzata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li biex jinħareġ permess għal attivita fil-Barrakka ta' Fuq organizzatur irid japplika l-uffiċċju tal-Malta Embellishment Landscaping Project. Kwalunkwe applikazzjoni għal attivita li ma tpoġġiex il-ġnien taħt riskji u li ma jaffettwawx l-egħluq tal-ġnien għall-pubbliku tkun aċċettata. L-unika eċċezzjoni rigward l-għeluq għall-pubbliku tal-ġnien tapplika biss għal dawk l-attivitajiet organizzati fuq skala uffiċjali mill-Gvern.
In-numru ta’ entitajiet mhux tal-gvern li ingħataw permess jagħmlu attivita fil-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq tul dawn l-aħħar 8 snin kienu kif ġej:
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
2010
9
13
12
18
35
29
18
28
Preżentement ma jiġux aċċettati talbiet għal
receptions
ta’ tiġijiet iżda matul dawn is-snin ingħataw biss 4 permessi għal tiġijiet bl-aħħar permess kien ingħata fl-2007.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li jiġi introdott il-grading fuq il-prodotti agrikoli kemm dawk importati kif ukoll dawk li jiġu prodotti lokalment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropeja (KE) Nru 1580/2007, dawk il-prodotti li huma koperti bl-istandards specifici tal-marketing għandhom jiġu ‘graded’ skont klassijiet differenti. Dawn il-prodotti huma tuffieħ, ċitru, kiwi, ħass, ħawħ/nuċiprisk, lanġas, frawli, bżar ikkulurit, għeneb tal-mejda u tadam. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħames snin ilu l-Gvern introduċa l-għaqdiet tal-produtturi sabiex jiggrejdjaw il-prodott lokali skont standards ewropej stabbiliti. L-istandards speċifiċi japplikaw kemm għal dawk il-prodotti impurtati u anke għal dawk prodotti lokalment. Teżisti deroga fejn prodotti mibjugha diretta mill-bidwi u dawk il-prodotti li jkunu indikati għall bejgħ bħala prodotti għal iprocessar domestiku, jkunu eżentati minn dawn l-istandards specifiċi. Il-Ministeru għandu pjan sabiex dawn l-istandards jidħlu fis-sehh u jiġu kkontrollati.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li s-saqaf tal-asbestos tal-Pitkalija fejn jitqiegħdu l-prodotti agrikoli Maltin, li ilu kkundanat għal snin kbar, jiġi mibdul?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern għaddej bi proċess li jbiddel xi soqfa tal-Pitkalija. Fil-fatt, fil-ġimgħat li ġejjin se tinħareġ sejħa pubblika għal dan il-għan. Fejn is-soqfa mhux ħa jinbidlu ser isir arranġament ħalli l-operaturioperaturi jiġu rilokati.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema tal-Pitkali Crate tħallew bla paga għal ġimgħat sħaħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-impjegati mhumiex impjegati tal-Gvern u għaldaqstant dan il-Ministeru m'għandux obbligazzjonijiet lejn dawn il-ħaddiema tal-Pitkali Crates li hija kumpanija privata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu flus f'idejh tal-kontribuzzjonijiet fuq il-kaxxi, kemm suppost ikollu u kemm għandu jagħti lill-Pitkali Crates?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li hemm proċess legali bejn il-Ministeru u l-kumapnija privata msemmija u kif ukoll hemm proċess quddiem l-Ombudsman relatat ma' dan il-każ, il-Ministeru mhux f'pożizzjoni jirrilaxxa tali informazzjoni.
Fir-rigward tad-direttiva li titlob li Malta jkollha riserva ta' enerġija (jew ħażna ta' żejt) mill-anqas għal 90 ġurnata, jista' l-Ministru jippreżenta d-dokumenti neċessarji fuq il-Mejda tal-Kamra? Fir-riserva li Malta għandha sabiex tassigura li jkollna ħażna ta' żejt, f'każ li jkun hawn skarsezza jew xi inkwiet ieħor li jiżolana sew mir-riżorsi fuq is-suq u sew minħabba ċirkustanzi oħra, kemm qiegħda tiswa f'terminu kapitali u kurrenti flus lill-poplu Malti sabiex inżommu din il-ħażna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab konvint li l-Onorevoli Interpellant jifhem li kif jindika l-istess isem tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja, dawn ir-regolamenti jaħsbu għal ħażniet minimi għal skop ta’ sigurta. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura sensitivita fir-rigward tas-sigurta tal-istat.
Minn naħa l-oħra għas-sodisfazzjon tal-istess Interpellant qiegħed nistiednu biex meta jixtieq noffrilu l-opportunita’ jara din informazzjoni mitluba.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta' art irrigata li żdiedet kemm ilna membri fl-Unjoni Ewropea u jindika jekk dan wassalx għal xi żieda f’dik li hija domanda agrikola fil-pajjiż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx informazzjoni klassifkata speċifikament kif mitluba peress li l-użu tal-art hija ħaġa dinamika li tista' tinbidel skont il-bżonn tal-bidwi. L-informazzjoni li għandu l-Ministeru hija dwar l-art li tinħadem indipendentement jekk hix raba saqwi.
Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — servizz ta' mobile phone
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-mobile phone mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu? Kemm kien in-numru ta' mobile phones in kwestjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li in-nefqiet globali għas-servizzi tal-mobile phone matul l-2010 u n-numru
ta' mobile phones involuti kienu kif ġej:
Ministeru u Dipartimenti €74,072.17 fuq 43 mobile phones
Awtorita ta' Malta għar-Riżorsi €5,443.81 fuq 6 mobile phones
WasteServe €23,404.67 fuq 80 mobile phone