Santa Venera — Triq Reġjonali - Bdil ta’ bozoz tal-fanali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba nbidlu l-bozoz tad-dawl tal-fanali li hemm fi Triq Reġjonali, f’Santa Venera, (il-globi suwed li jagħtu għal fuq il-mini) u jgħid kemm-il darba nqatgħu f’din l-aħħar sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera li l-prattika adottata mill-istess Kunsill Lokali fir-rigward it-tiswija ta’ lampi tat-triq, hija li dawn jiġu msewwija kemm jista’ jkun b'mod regolari tramite l-kuntrattur. Infurmat ukoll li l-aħħar li inbidlu tali lampi u ssewwew għaxra (10) minnhom kien propju fl-24 ta' Lulju li għadda. Finalment infurmat mill-istess Kunsill li jekk ikun hemm ammont kbir ta’ lampi ħdejn xulxin bi hsara, ikun ċar illi l-ħsara ma tkunx tiddependi mil-lampa per se`, iżda tali ħsara li tkun ġejja mit-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
Santa Venera — Triq Reġjonali - Tiswija tal-fanali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi solvuta darba għal dejjem il-problema tad-dawl tal-fanali li hemm fi Triq Reġjonali, f’Santa Venera, (il-globi suwed li jagħtu għal fuq il-mini)?
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir xogħol ta’ rinovar u tindif tal-latrini ta’ Ħaż-Żebbuġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ illi bħalissa għaddejjin xogħlijiet fuq dik li kienet qabel librerija sabiex ġewwa din il-parti jkun hemm inkluż fiha ukoll latrina ġdida. Infurmat ukoll li dawn ix-xogħlijiet mistennija jitlestew sa’ madwar sitt xhur oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għadx hemm l-intenzjoni li jsir trasferiment tal-Batterija tal-Qolla l-Bajda lill-NGO Din l-Art Ħelwa? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jżomm it-trasferiment milli jkun iffinalizzat, meta tieħu inkonsiderazzjoni li aktar ma jkompli jieħu fit-tul il-proċess, aktar hemm ċans li ssir ħsara irreparabbli? Jekk le, jista’ jispjega l-Gvern x'beħsiebu jagħmel dwar il-Batterija tal-Qolla l-Bajda, li bħalissa tinsab mitluqa u fi stat avvanzat ta’ deterjorazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
It-talba qed tiġi proċessata mal-awtoritajiet kompetenti.
Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi - Żmien ta’ servizz
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista, rispettivament għal kull Kunsill Lokali, ta’ kemm-il sena ilhom iservu s-Segretarji Eżekuttivi preżenti f’dak il-Kunsill Lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni skont kif mibgħuta mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali tinsab hawn taħt:
LC Name
Status
Executive Secretaries of Present Local Council since:
Il-Belt Valletta (Città Umilissima)
Segretarju Eżekuttiv
25 May 2011
L-Imdina (Città Notabile)
Segretarju Eżekuttiv
30 October 2015
Il-Birgu (Città Vittoriosa)
Segretarju Eżekuttiv
01 November 2021
L-Isla (Città Invicta)
Segretarju Eżekuttiv
01 December 2016
Bormla (Città Cospicua)
Segretarju Eżekuttiv
13 January 2017
Ħal Qormi (Città Pinto)
Segretarju Eżekuttiv
08 October 2018
Ħaż-Żebbuġ (Città Rohan)
Segretarju Eżekuttiv
20 February 2014
Iż-Żabbar (Città Hompesch)
Segretarju Eżekuttiv
10 April 2019
Is-Siġġiewi (Città Ferdinand)
Segretarju Eżekuttiv
11 October 2018
Iż-Żejtun (Città Beland)
Segretarju Eżekuttiv
22 November 2007
Ir-Rabat (Città Victoria)
Segretarju Eżekuttiv
01 February 2007
Ħ’Attard
Segretarju Eżekuttiv
02 June 2005
Ħal Balzan
Segretarju Eżekuttiv
14 September 2016
Birkirkara
Segretarju Eżekuttiv
03 April 2023
Birżebbuġa
Segretarju Eżekuttiv
02 May 2023
Ħad-Dingli
Segretarju Eżekuttiv
15 September 2016
Il-Fgura
Segretarju Eżekuttiv
04 July 2023
Floriana
Segretarju Eżekuttiv
01 February 2022
Il-Fontana
Il-Gudja
Segretarju Eżekuttiv
01 January 2020
Il-Gżira
Għajnsielem
Segretarju Eżekuttiv
29 September 2014
L-Għarb
Segretarju Eżekuttiv
26 June 2014
Ħal Għargħur
Segretarju Eżekuttiv
23 September 2016
L-Għasri
Ħal Għaxaq
Segretarju Eżekuttiv
13 January 2015
Il-Ħamrun
Segretarju Eżekuttiv
06 April 2023
L-Iklin
Segretarju Eżekuttiv
05 October 2011
Il-Kalkara
Ta’ Kerċem
Segretarju Eżekuttiv
15 February 2022
Ħal Kirkop
Segretarju Eżekuttiv
20 February 2014
Ħal Lija
Segretarju Eżekuttiv
13 May 2019
Ħal Luqa
Il-Marsa
Segretarju Eżekuttiv
14 September 2016
Marsaskala
Segretarju Eżekuttiv
16 April 2010
Marsaxlokk
Segretarju Eżekuttiv
13 May 2023
Il-Mellieħa
Segretarju Eżekuttiv
01 September 1994
L-Imġarr
Segretarju Eżekuttiv
05 August 2010
Il-Mosta
Segretarju Eżekuttiv
06 October 2016
L-Imqabba
Segretarju Eżekuttiv
27 April 2023
L-Imsida
Segretarju Eżekuttiv
22 October 2016
Il-Munxar
Segretarju Eżekuttiv
01 July 2020
In-Nadur
Segretarju Eżekuttiv
30 November 2015
In-Naxxar
Segretarju Eżekuttiv
01 January 2000
Paola
Pembroke
Segretarju Eżekuttiv
01 September 1997
Tal-Pietà
Segretarju Eżekuttiv
02 June 2011
Il-Qala
Segretarju Eżekuttiv
28 March 2023
Il-Qrendi
Ir-Rabat (Malta)
Segretarju Eżekuttiv
02 July 2018
Ħal Safi
Segretarju Eżekuttiv
01 October 2018
San Ġiljan
San Ġwann
Segretarju Eżekuttiv
03 September 2011
San Lawrenz
Segretarju Eżekuttiv
03 June 2020
San Pawl il-Baħar
Segretarju Eżekuttiv
25 May 2022
Ta' Sannat
Santa Luċija
Segretarju Eżekuttiv
04 April 2022
Santa Venera
Tas-Sliema
Segretarju Eżekuttiv
15 October 2019
Is-Swieqi
Segretarju Eżekuttiv
11 April 2023
Ta' Xbiex
Ħal Tarxien
Ix-Xagħra
Ix-Xewkija
Segretarju Eżekuttiv
13 May 2017
Ix-Xgħajra
Segretarju Eżekuttiv
15 February 2012
Iż-Żebbuġ
Segretarju Eżekuttiv
10 November 2020
Iż-Żurrieq
Segretarju Eżekuttiv
12 October 2009
L-Imtarfa
Segretarju Eżekuttiv
10 October 2011
Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
Segretarju Eżekuttiv
17 August 2018
Reġjun tat-Tramuntana / Northern Regional Council
Segretarju Eżekuttiv
10 October 2012
Reġjun tal-Lvant / Eastern Regional Council
Segretarju Eżekuttiv
26 June 2014
Reġjun tal-Punent / Western Regional Council
Reġjun tal-Port / Port Regional Council
Southern Regional Council / Reġjun tan-Nofsinhar
Gozo Regional Council / Regjun Għawdex
Segretarju Eżekuttiv
14 April 2023
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ftehim maqbul bejn il-Ministeru, l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali u/jew il-Kunsilli Lokali jew xi entità oħra dwar kemm għandu jkun hemm Bring-in-sites f'kull lokalità? Jekk iva, kif jiġi assigurat li l-Kunsilli Lokali differenti jimxu ma' dan il-ftehim?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li din il-materja hi regolata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, liema leġiżlazzjoni hi responsabbli għaliha l-Awtorità kkonċernata.
Infurmat li l-irwol tal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali (AKL), kif ukoll tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali kien li jinkoraġġixxi u jassisti lil-lokalitajiet kollha sabiex jaderixxi ma’ dan ir-Regolament, u ċjoè li kull lokalità jkollha n-numru ta’ Bring in Sites kif mitlub mill-istess regolamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Kappella tas-Sanċir fir-Rabat, qabel ma tintilef għal dejjem?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dwar is-sit imsemmi, kien hemm talba ta’ kustodja minn għaqda non-governattiva, liema talba ġiet ipproċessata mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Tali talba infurmat li issa għaddiet għand l-Awtorità kkonċernata sabiex tiġi debitament ipproċessata.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Remunerazzoni ta’ individwi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-impjegati fid-dipartimenti tal-Gvern għandhom pagi ppeggjati ma' skali taċ-ċivil filwaqt illi fir-rigward ta' entitajiet il-pagi huma riflessjoni tas-suq tax-xogħol fis-settur partikolari.
Kunsill tal-Arti – Għotjiet finanzjarji lill-għaqdiet mhux volontarji u/jew entitajiet li jagħmlu karità
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11805 ninforma lill-Ministru li qiegħda nirreferi għall-NGOs u allura jista’ l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tal-għotjiet finanzjarji jew ta’ xorta oħra mogħtija mill-Kunsill tal-Arti lill-NGOs u/jew entitajiet li jagħmlu karità matul is-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11080, jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ tas-servizzi kollha mogħtija lil kull debitur individwalment u jekk is-servizz għandu x'jaqsam ma’ żvilupp, jagħti d-dettalji tas-sit (indirizz) fejn sar/qed isir l-iżvilupp u n-numru rispettiv tal-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jagħti wkoll it-tqassim finanzjarju għal kull servizz, jekk l-ammont dovut minn xi debitur jikkonsisti minn aktar minn servizz jew sit wieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li d-dettalji relattivi huma skont kif jinsabu hawn taħt:
Operating Debtors
Total
Emmanuel Azzopardi (irreferi għan-nota numru 1)
170.22
Dylan Bugeja (irreferi għan-nota numru 2)
300.00
Infrastructure Malta (irreferi għan-nota numru 3)
701.50
MFF Ltd. (irreferi għan-nota numru 2)
3,000.00
Planning Authority (irreferi għan-nota numru 4)
15,611.18
Noti:
1. 5% Ħlas tal-Eżaminazzjoni f’termini tas-S.L. 35.03 Regolamenti dwar id-drittijiet għall-eżami ta’ Oġġetti tal-arti u ta’ antikità - L.N. 4 tal-1968, kif emendat bl-L.N. 104 tal-1981 u L.N. 407 tal-2007.
2. Talba għall-Obbligu tal-Patrimoju skont l-artikolu 59(3) tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali.
3. Servizzi mogħtija skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali re PA8622/20 - Bugibba Breakwater, Dawret il-Gżejjer, Buġibba, San Pawl il-Baħar
4. Talba għar-rimborż tas-salarju dovut lis-Sur Kurt Farrugia skont il-ftehim tal-loan.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Rendikont
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-passiv kurrenti (current liabilities) għas-snin 2022 u 2023 hekk kif imniżżel fl-estimi finanzjarji 2023 tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jista' jippreżenta lista:
a. ta’ individwi/dipartimenti/entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha tħallas €148,244 għas-sena 2022 u ta’ €184,182 għas-sena 2023; u
b. ta' individwi/ dipartimenti /entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlet proviżjonijiet għall-ħlas ta' €768,508 għas-sena 2022 u ta’ €986,567 għas-sena 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li fir-rigward tal-lista ta’ individwi/dipartimenti/entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha tħallas għas-sena 2022, din hi skont kif ġej:
1. Kredituri: €55,596
Gozo Pride Tours
€ 1,156
Arkafort
€ 5,000
VH Company Ltd.
€ 5,310
ICOM Malta
€ 673
Planning Authority
€ 40,082
Adrian Mifsud
€ 472
J&K Rentals
€ 336
Medicoop Ltd.
€ 1,800
Numerica Consultancy
€ 767
2. Irrecoverable VAT: €29,985 - l-ammont kollu hu dovut lid-Dipartiment tal-VAT, li tħallas fl-2023.
3. Accruals: €62,663
ARMS
€ 968
Epic Communiations
€ 200
M Company
€ 65
Industrial Motors
€ 203
J&K Rentals
€ 913
Mario Casha
€ 1,160
Adrian J. Miller
€ 3,776
Adrian Mifsud
€ 411
Numerica Consultancy
€ 767
Demetrius Buttigieg
€ 416
Arkafort
€ 82
Catherine Attard
€ 549
Commissioner for Revenue
€ 50,307
Lill-haddiema tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
€ 2,846
Fir-rigward tal-lista ta’ individwi/dipartimenti/entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha tħallas għas-sena 2023, infurmat li ċ-ċifra msemmija hija biss ‘stima’ u mhux ċifra ‘attwali’. Ma teżisti l-ebda lista ta’ individwi/dipartimenti/entitajiet eċċ. Il-figura hija bbażata fuq xejriet tas-snin preċedenti fir-rigward tal-kredituri tal-SCH (previżjon).
Intant infurmat ukoll li fir-rigward tal-lista ta' individwi/ dipartimenti /entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlet proviżjonijiet għall-ħlas ta' €768,508 għas-sena 2022, din iċ-ċifra hija l-ammont miġbur kollu mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali sal-31 ta’ Diċembru 2022 mill-obbligi tal-patrimonju, skont l-artiklu 59(3) ta’ l-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali.
Fir-rigward tal-lista ta' individwi/ dipartimenti /entitajiet eċċ. li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlet proviżjonijiet għall-ħlas ta' €986,567 għas-sena 2023, infurmat li din iċ-ċifra hija biss ‘stima’ mhux ċifra ‘attwali’. Il-figura hija bbażata fuq xejriet tas-snin preċedenti (previżjon).
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Belt Valletta – Triq in-NofsinNhar — tiswijiet fiċ-ċangatura
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9917 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li Triq in-Nofsinhar fil-Belt, minn Triq ir-Repubblika sa Triq Merkanti, tiġi rranġata billi ċċangatura qed tinqala’?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li kwalsiasi lment fir-rigward tat-triq imsemmija jiġi riferut mill-Kunsill Lokali lill-entitajiet kkonċernati.
Kunsill Lokali tal-Mosta – Xiri ta’ siġar taż-żebbuġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siġra taż-żebbuġ xtara l-Kunsill Lokali tal-Mosta? Jista’ jgħid ukoll fejn tħawlu, kemm ġiet tiswa kull siġra u minn fejn inxtraw? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-invoices biex juri meta nxtraw dawn is-siġar u jekk tħallsux mill-kunsill lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11128.
Iż-Żejtun — Kappella ta’ San Klement - Xogħlijiet ta’ restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru xi xogħlijiet ta’ restawr fil-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun, u meta huma mistennija li jkunu lesti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr tal-Kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun, liema xogħol jikkonsisti mir-restawr tal-faċċati esterni u l-bejt.
Infurmat ukoll li dan il-proġett ġie magħżul taħt l-Iskema tar-Restawr tal-Kunsilli Lokali u qed isir kompletament minn ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.
Finalment, infurmat li hu previst li ix-xogħol jintemm sal-aħħar ta’ Jannar 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid il-Gvern x'beħsiebu jagħmel dwar il-Batterija tal-Qolla l-Bajda, li bħalissa tinsab fi stat avvanzat ta’ deterjorazzjoni u jekk għadx hemm l-intenzjoni li jsir trasferiment lill-NGO Din l-Art Ħelwa, jgħid fiex wasal il-proċess ta' trasferiment, u jgħid meta huwa previst li jitlesta dan il-proċess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-talba magħmula minn Din l-Art Ħelwa qed tiġi analizzata u proċessata mill-awtoritajiet kompetenti.
Peress li l-Kunsill Lokali San Ġwann qal b’mod uffiċjali li kien hemm qbil dwar il-Green Project propost li jsir ġewwa San Ġwann, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Aġenda u/jew tal-Minuti tal-laqgħa ta’ meta ġie diskuss dan l-item u ta’ meta ttieħed il-vot fuq il-pjanti finali li tressqu lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li dwar dan il-proġett kien hemm qbil unanimu fost il-Membri tal-Kunsill Lokali. Dan jirriżulta mill-minuti tas-seduta datata 31 ta’ Jannar 2022.
Infurmat ukoll li f’laqgħa sussegwenti, datata 23 ta’ Jannar 2023, il-Kunsill ġie infurmat li ser issir laqgħa ta’ konsultazzjoni mar-residenti kif ukoll ser issir laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-ħwienet fil-viċinanzi tal-proġett propost.
In oltre infurmat ukoll li f’laqgha oħra li seħħet wara l-laqgħat hawn fuq imsemmija, kien hemm diskussjoni dwar dan il-proġett propost, u anke kien hemm qbil li jitħallas il-Perit għax-xogħol tiegħu fuq dan il-proġett. Infurmat li dan il-ħlas sar, wara proposta mill-Minority Leader.
Fuq nota finali infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li preżentement għaddejjin konsultazzjonijiet kontinwi ma’ Project Green dwar il-proġett, hekk kif il-pjanti mistennija jiġu ameljorati tul il-konsultazzjonijiet u l-proċessi uffiċjali tal-proċedura tal-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar fix-xhur li ġejjin.
Intant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratt mill-minuti relattivi tal-laqgħat tal-kunsill.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Ħal Mula kantuniera ma’ Triq Mamo - Miżuri ta’ traffic calming
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jitwaħħlu aktar traffic calming measures fi Triq Ħal Mula, kantuniera ma’ Triq Mamo, f’Ħaż-Żebbuġ minħabba sewqan eċċessiv, bħal mirja u tabelli li juru l-limitu ta’ veloċità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ illi t-traffic calming measures imsemmija mill-Onor. Interpellant jinsabu fil-pjan ta’ ħidma u implimentazzjoni tal-Kunsill u ser jiġu implimentati proprju fil-jiem li ġejjin.
Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali — Remunerazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9508, 10103, 10813 u 11079, u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 393, datata 20 ta’ Ġunju 2022, dwar ir-remunerazzjoni mogħtija lis-CEOs fis-settur kulturali, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-“Planning Authority benefits” li qed jirċievi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament waqt li qed jokkupa l-kariga ta’ Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandu? Jista’ jgħid għaliex l-aktar persuna influwenti fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna, qiegħed jingħata benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kemm jammontaw dawn il-benefiċċji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-benefiċċji, li huma ta’ EUR 550 per annum, EUR 1,600 per annum u EUR 816 per annum, huma skont il-ftehim kollettiv tal-grad sostantiv tal-individwu kkonċernat.
Nieħu l-opportunità biex insellem il-ħidma tas-Sovrintendent tal-Parimonju Kulturali li jwettaq xogħol b’mod professjonali u effiċjenti fis-settur tal-ħarsien tal-patrimonju kulturali.