Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsir l-ewwel ħlas għall-carers ta' persuna b’diżabilità severa matul din is-sena? Kemm se jkun dan il-ħlas lil kull ġenitur li hu carer ta' persuna b'diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Sussidju fuq il-Kont tad-Dawl għal persuni li jużaw il-magna tal-Isleep Apneoa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7368 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm nies li jużaw il-magna tal-isleep apneoa d-dar bħala kura u jieħdu sussidju fuq il-kont tad-dawl? Jista' jgħid ukoll liema huma l-kriterji biex wieħed jieħu dan is-sussidju?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — rapporti lill-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7119, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 7119.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella annessa. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ħlas li d-dettalji dwarhom qed jingħataw fit-tabella ta hawn taħt, huwa in konnessjoni mal-Uffiċċju tal-Arbitru, kif elenkat fl-Att tas-Sigurta’ Soċjali (Kap 318), appuntati kif elenkat fl-istess Att, f’artiklu 107:
107. (1) For the purposes of this Act, the Minister may appointone or more persons to serve as Umpires in cases that may bereferred to them from time to time, sohowever that -(a) in all cases the person so appointed shall have held awarrant to practise the profession of advocate in Maltafor at least seven years; and(b) the appointment shall be for a period of one year.
2020
Name and Surname of Ex-MP
Details
Amount in €
Dr Luciano Busuttil
HONORARIA DUE TO THE UMPIRE APPEAL BOARD FOR PERIOD FROM 01.04.2020 TO 30.04.2020
1,440
Dr Luciano Busuttil
HONORARIA DUE TO THE UMPIRE APPEAL BOARD FOR PERIOD FROM 01.05.2020 TO 31.08.2020
1,440
Dr Luciano Busuttil
HONORARIA DUE TO THE UMPIRE APPEAL BOARD FOR PERIOD FROM 01.09.2020 TO 31.12.2020
1,287
2021
Details
Amount in €
Dr Luciano Busuttil
HONORARIA DUE TO THE UMPIRE APPEAL BOARD FOR PERIOD FROM 01.01.2021 TO 30.04.2021
1,323
2022
Details
Amount in €
Dr.Luciano Busuttil
HONORARIA DUE TO THE UMPIRE APPEAL BOARD FROM 01.09.2021 TO 31.12.2021
1,395
Dr.Luciano Busuttil
HONORARIA DUE TO THE UMPIRE APPEAL BOARD FROM 01.01.2022 TO 30.04.2022
1,569.67
Dr.Luciano Busuttil
PE NO 432267 - HONORARIA DUE TO THE UMPIRE APPEAL BOARD FROM 01.05.2022 TO 30.08.2022
1,461.67
Dr.Luciano Busuttil
HONORARIA DUE TO THE UMPIRE APPEAL BOARD FROM 01.09.2022 TO 31.12.2022
1,497.66
Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6195, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6214 u jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a. mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b. kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tliet karozzi li jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt:
Għamla
Mixtrija/Mikrija
Data
Tender/Direct Order
Ditta
Prezz
(VAT eskluża)
Peugeot
2008
Mikrija
18/10/2022
Direct Order
IC Car Rental
€13 kull ġurnata
Peugeot
108
Mikrija
15/11/2022
Direct Order
IC Car Rental
€13 kull ġurnata
Peugeot
108
Mikrija
24/10/2022
Direct Order
IC Car Rental
€13 kull ġurnata
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6588, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f’Malta u Għawdex, b’mod seperat, li huma fuq is-servizzi soċjali li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jagħti l-kategorija kollha ta’ dawn is-servizzi soċjali u jgħid kemm hemm persuni f’kull kategorija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema servizzi soċjali qiegħed jirreferi. Is-servizzi soċjali li jingħataw mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli huma ħafna minbarra li hemm servizzi soċjali mogħtija minn Ministeri oħra.
Rapport “The drug situation and responses in Malta 2022”
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport “The drug situation and responses in Malta 2022”?
Response (FALZON, MICHAEL)
Waqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li r-rapporti msemmija huma wkoll aċċessibbli online għal kulħadd fuq is-sit elettroninku tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-Rapport Nazzjonali - ‘The Drug Situation and Responses in Malta 2022’ kif ukoll kopja tar-Rapport ‘Key Issues Drug Situation in Malta 2022’.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6666, jista’ l-Ministru jgħid jekk bit-tweġiba tiegħu huwiex qiegħed jikkonferma li sa mill-ġurnata li wieġeb il-mistoqsija parlamentari 3275 ma kien hemm l-ebda żviluppi relatati mal-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’dan li stadju m'hemmx informazzjoni oħra x’tiġi miżjuda.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6667, peress li l-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentrari 3275 u din ma twieġeb xejn dwar konsultazzjonijiet li saru rigward dan il-proġett, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija li saritlu u jgħid jekk sarux aktar konsultazzjonijiet dwar il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa wara l-laqgħa li saret mar-residenti tal-Imtarfa f’Awwissu tal-2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6933.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6668, jista’ l-Ministru jgħid mill-artijiet tal-Gvern madwar Malta u Għawdex għalfejn intgħażel is-sit partikolari fl-Imtarfa għall-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba, u dan peress illi t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3275 li rreferieni għaliha l-Ministru ma tispjegax ir-raġunijiet wara din l-għażla imma tgħid biss li s-sit fl-Imtarfa ġie kkunsidrat flimkien ma’ siti oħra, li huma wkoll proprjetà tal-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għażla tas-sit tal-Imtarfa saret wara li ttieħdu inkonsiderazzjoni diversi fatturi.
Infakkar illi dan huwa sit tal-Gvern u dan iċ-ċentru qed isir għal skop pubbliku.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi.
Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu.
Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju fejn mexa s-servizz.gov fi Triq Rodolfu (li qabel kien jingħata fi Triq Dingli u Triq tal-Katidral) f'Tas-Sliema, huwiex aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5907, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir iċ-Ċentru Terapwetiku fl-Imtarfa u meta se jibda x-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 3275.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5780 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm dewmien twil (saħansitra snin sħaħ ta’ dewmien) fl-għotja ta’ Atti ta’ Kurazija (Guardianship deeds) lil NGOs? Fejn qegħdin jeħlu dawn il-proposti? Jista’ jgħid ukoll jekk dan id-dewmien huwiex ġustifikat jew le? Jista’ jiċċara f’isem il-Gvern jekk hemmx jew le r-rieda politika biex ikomplu jingħataw Atti ta’ Kurazija lil NGOs?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Liġijiet/linji gwida li għandhom jiġu segwiti mis-social workers
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6721 u jelenka lista ta' liġijiet u/jew linji gwida uffiċjali li s-Social Workers għandhom isegwu f'każijiet ta' vjolenza domestika li jiltaqgħu magħhom? Jista' jgħid liema huma u fejn jistgħu jinstabu l-linji gwida u/jew proċeduri li s-Social Workers għandhom isegwu meta jiltaqgħu ma’ każijiet ta' vjolenza domestika u kif tali każijiet għandhom jiġu rapportati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.