Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9243 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — każ

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-Awtorità tad-Djar indikat separatament għal persuna li tinstab fil-bżonn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjoni tal-persuna indikata qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa. Informat ukoll li din il-familja joqgħodu ġo appartment tal-Gvern fit-tieni sular bi tlett kmamar tas-sodda. Wieħed mill-membri ta’ din il-Familja għandu problema ta’ mobilita’ u fis-16 ta’ Lulju 2008, ġew offruti appartment li jinsab fil-pjan terran ġo l-istess blokka. Dan ġie irrifjutat. Fil-mument m'hemmx postijiet battala fejn jixtiequ din il-familja u għalhekk ikollhom jistennew sakemm ikun hemm opportunita’ oħra.
Leg 11 PQ #9244 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa' tiġi kkonsidrata t-talba għal reserved parking tal-persuna indikata separatament peress li din hi persuna b'diżabilità u qed tkun problema għaliha biex tipparkja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-persuna konċernata applikat għal Karta tal-Identità Speċjali u l-Blue Sticker. It-tabib tal-Kummissjoni ddeċida li ma tikkwalifikax għalihom it-tnejn minħabba li ma jidhirx li hemm problemi ta' mobilita. Hi għandha dritt tappella billi tikteb lill-Kummissjoni f'dan is-sens. Ir-reserved parking li jingħata lil min għandu problemi severi ta' mobilita, hu amministrat mill-Awtorita tat-Trasport. Pero biex tapplika l-ewwel irid ikollok il-Blue Sticker.

cruiseliners- medical officers — Messikani li daħlu Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8901 u 8663 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'assigurazzjoni qed tingħata mill-Medical Officers ta' cruiseliners li qed jidħlu fil-Port il-Kbir meta fost it-turisti li jinżlu l-art ikun hemm numru mdaqqas ta' Messikani, bħalma ġara nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

djar tal-anzjani — sħubija bejn il-gvern u l-privat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8835 u jgħid kemm hemm djar tal-anzjani li fihom hemm sħubija bejn il-Gvern u l-privat? Liema huma? Kemm hemm anzjani fiħom f'kull każ u x'inhi r-rata li titħallas kuljum f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħażna ta' Cord blood

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8383 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jinċentiva lill-koppji jaħżnu cord blood tat-trabi tagħhom? Kemm-il koppja għamlet dan fl-aħħar snin, sena b'sena? Hemm il-ħsieb li dan jibda jkun maħżun f'banek apposta f'pajjiżna stess? Kiem hemm talbiet minn intrapriżi lokali jew barranin f'dan is-sens?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9272 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata dak mitlub minnha? Tista' din il-persuna tiġi aġġornata bl-aħħar żviluppi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9290 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal għajnuna biex tirranġa d-dar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikat għall-għajnuna biex tirranġa d-dar? Jista' jgħid meta l-persuna se tingħata dan is-sussidju?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi “ is-sinjura tefgħat l-applikazzjoni tagħha fl-20ta’ Frar 2009 u ġie stmat li x-xogħlijiet meħtiega jammontaw għal Euro 991. L-Awtorita’ fil-preżent qegħda tivverifika id-dokumenti ta’ l-assi ta’ din is-sinjura. Kif dan il-proċess jitlesta l-applikant jiġi mitlub jiffirma ftehim u jsir il-pagament.
Leg 11 PQ #9292 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bereġ tad-distrett — servizzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' servizzi jingħataw minn dawk li qabel kienu magħrufin bħala l-bereġ tad-distrett? Kull meta jinfetħu dawn il-bereġ u min ikun hemm fihom? Hemm preżenza ta' tabib f'dawn il-bereġ? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li dawn il-bereġ jingħalqu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9295 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

persuni boared out

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom inqas minn 45 sena meta kienu boarded out? Kemm kien hemm persuni ta' din l-età li ġew boarded out kull sena mill-2005 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta' persuni li kellhom inqas minn 45 sena u ġew boarded out u ingħataw il-pensjoni tal-Invalidita' fis-snin imsemmija hu hekk :- 2005 - 98 2006 - 46 2007 - 44 2008 - 56 2009 - 9(sal-5 ta' Ġunju).
Leg 11 PQ #9296 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

single mothers — childrens' allowance

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' single mothers li qed jirċievu ċ-childrens' allowance? Kemm minn dawn l-ommijiet għandhom tifel/tifla waħda, tnejn, tlieta, erbgħa u iktar minn erbgħa rispettivament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9308 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri u Bereġ — tibdil fil-ħinijet u l-ġranet tal-infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-futur qarib hux se jkun hemm xi bdil fil-ġranet u l-ħinijiet li jaħdmu l-infermiera fiċ-Ċentri u fil-bereġ li jaqgħu taħthom? Jekk fl-affermattiv fiex se jkun jikkonsisti dan it-tibdil, minn meta se jibda u jekk dwaru sarux konsultazzjonijiet mal-Union tal-Infermiera u l-pożizzjoni li ħadet din il-union?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9311 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol, kull sena, fl-aħħar ta' kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9312 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single mothers — forom ta' għajnuna mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008) x'kien, kull sena, in-numru ta' single mothers u kemm minnhom kienu jirċievu xi forom ta' għajnuna mill-Gvern u kemm ma kenux jirċievu għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qasam tas-saħħa — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8151 u jgħid jekk inbediex xi eżerċizzju ġdid illi jonqsu in-nies minn fuq il-waiting list li hemm ġewwa l-Qasam tas-Saħħa, waiting list għall-operazzjonijiet u interventi mediċi oħrajn? Meta, jekk sejjer issir, xi riforma din sejra tkun fis-seħħ? Meta jaħseb li sejjer jsir it-tibdil neċessarji ħalli waiting list jonqsu b'nota magħġla iktar milli kien qed jonqsu bih sas-sena 2008? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar San Vinċenż de Paule — sehem fit-tmexxija tal-post

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8153 u jgħid jekk l-pazjenti u l-anzjani li hemm ġewwa l-isptar San Vinċenż de Paule għandhomx sehem mit-tmexxija tal-post? Jista' jgħid jekk għadhomx sehem fit-tfassil tal-programmi ta' kura u tal-programmi edukattivi li jiġu organizzati? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pilloli li ma jiġux kkunsmati mill-pazjent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8156 u jgħid: Fl-Ingilterra huwa stmat li Stg 500 miljun f'pinnoli mhux kunsmati mill-pazjenti wara li jkunu ttieħdu minn fuq l-National Health Services.Jista' jgħid jekk għandux jew jekk huwiex beħsiebu jagħmel studju ta' kemm jiġu kkunsmati l-pilloli li jittieħdu b'xejn minn fuq il-kartuna r-roża u s-safra? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kemm jiġi jiswa pazjent li jieħu l-mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8157 u jagħti statistika ta' kemm jiġi jiswa kull pazjent kull sena li qiegħed jieħu l-mediċina b'xejn minn fuq l-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9007 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Foster Carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-etajiet tal-foster carers li qed jieħdu ħsieb it-tfal li m’humiex tagħhom? Kemm hemm foster carers li t-tfal li kienu jieħdu ħsiebhom issa għalqu aktar minn 18-il sena u għadhom jgħixu fl-istess dar tal-foster carers? X'tip ta' għajnuna dawn il-foster carers qed jirċievu jew jistgħu jirċievu mingħand l-Aġenzija Appoġġ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-etajiet tal-foster carers ivarjaw minn 29 sena sa 73 sena. F’dan l-aħħar 12-il sena 31 żgħażugħ għadhom qed jgħixu mal-foster carers wara li għalqu it-18-il sena filwaqt li kien hemm 30 żgħażagħ li għażlu li jgħixu ħajja ndipendenti jew li marru lura mal-familja oriġinali tagħhom. l-aġenzija Appoġġ toffri servizzi ta’għajnuna varji lill- Foster carers li jinkludu: superviżjoni minn Social Workers , taħriġ t’inizjazjoni u taħriġ kontinwu, mogħti kemm minn għalliema lokali kif ukoll barranin (e.g. IFCO Conference), Servizzi psikoloġiċi, Terapija tal-Familja, servizzi ta’ pediatrician, gruppi ta’ support, servizz ta’librerija għal referenza (kotba u DVDs). Il-Gvern joffri ukoll support finanzjarju biċ- Child in Care Benefit li jammonta għal Eu40.