Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Persuni li qed jiskontaw sentenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs għal raġuni ta’ użu personali tad-droga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sal-mument li nġabret din l-informazzjoni ma kien hemm ħadd li qed jiskonta sentenza għal raġuni t’użu personali tad-droga.
Jista' l-Ministru jipprovdi l-ammonti ta' nies li huma globalment impjegati f'Identità u/jew preċedentement minn Identity Malta, fl-aħħar ta' Settembru ta' dawn l-aħħar ħames snin - u jaqsam l-ammonti għal kull sena rispettivament - u jaqsam dawn l-impjiegi skont il-job description tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 21632.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċelel fil-ħabs ta' Kordin li għandhom arja kundizzjonata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija kontinwament għaddejja b’eżerċizzju biex ittejjeb il-ventilazzjoni. Ittieħdet deċiżjoni fejn filwaqt li fil-passat min ma kienx jaffordja fan ma kienx ikollu wieħed, illum provdut mill-Aġenzija bla ħlas. Ukoll Infurmat li hemm seba’ diviżjonijiet fejn hemm jew qed issir l-arja kkundizzjonata.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin – numru ta’ residenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jinżammu fil-ħabs ta' Kordin sal-aħħar ta' Diċembru tal-aħħar 10 snin, u jaqsam tali ammonti kemm minnhom kienu qegħdin jiskontaw sentenza u kemm oħrajn kienu qegħdin jinżammu pendenti l-proċeduri Ġudizzjarji?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru tal-aħħar 10 snin, il-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin kien hemm dawn il-persuni:
Data
Proċeduri Pendenti
Sentenzjati
Total
Erbgħa, 31 ta’ Diċembru 2014
131
450
581
Ħamis, 31 ta’ Diċembru 2015
129
440
569
Sibt, 31 ta’ Diċembru 2016
127
426
553
Ħadd, 31 ta’ Diċembru 2017
171
420
591
Tnejn, 31 ta’ Diċembru 2018
192
427
619
Tlieta, 31 ta’ Diċembru 2019
245
509
754
Ħamis, 31 ta’ Diċembru 2020
260
604
864
Ġimgħa, 31 ta’ Diċembru 2021
194
420
614
Sibt,31 ta’ Diċembru 2022
212
347
559
Ħadd, 31 ta’ Diċembru 2023
277
395
672
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna telqet jew tneħħiet mill-Akkademja għal Korpi Dixxiplinati, billi jipprovdi d-data tat-terminazzjoni u r-raġuni, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fis-sena 2022 kien hemm persuna li spiċċala l-kuntratt. Infurmat li fis-sena 2023 kien hemm żewġ persuni li rtiraw bil-pensjoni, persuna oħra li ġiet transferita lejn entità oħra u żewġ persuni li rriżenjaw. Infurmat li fis-sena 2024 kien hemm 2 persuni li rriżenjaw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet relatati mal-ambjent, inkluż ksur tar-regolamenti tal-immaniġġjar/ġbir tal-iskart sal-aħħar ta' Ottubru 2024, u jaqsam dan it-tagħrif, lokalità lokalità, separatament għal kull sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn is-sena 2022 u l-aħħar ta’ Ottubru 2024 inħarrġu tnax il-elf, sitt mija u disa’ (12,609) ċitazzjonijiet dwar kontravenzjonijiet relatati ma l-iskart permezz ta’ sistema elettronika minn uffiċċjali tal-Aġenzija LESA u membri tal Korp tal-Pulizija, kif ukoll taħrikiet maħruga ta’ każijiet li kienu identifikati permezz ta’ CCTV, kif indikat fl-ewwel parti tat-tabella.
Barra min dan kien hemm mija u disa’ u ghoxrin (129) każ ieħor fejn persuni ġew mħarrka u ttieħdu l-Qorti jew it-Tribunal mill-Pulizija għal reati relatati, kif jidher fit-tieni parti tat-tabella. Fiż-żewġ każijiet, it-tagħrif ingħata lokalità lokalità, separatament għal kull sena.
PQ 22606 - Ġbir tal-iskart – Kontravenzjonijiet maħruġa – Każi mressqa l-Qorti jew Tribunal
Offence Locality / Offence202220232024202220232024
SAN ĠWANN330450280100
MSIDA230422186110
ĦAMRUN388271105310
MARSASCALA304273153110
SLIEMA256296115110
MELLIEĦA89159246011
NAXXAR152173152070
SAN GILJAN24513284201
SAN PAWL IL-BAĦAR21016369320
QORMI16915759221
ŻEJTUN12917274032
MARSA2345962131
PAOLA10914779011
BALZAN1607960001
MQABBA13010957020
SANTA VENERA4917171200
ŻEBBUĠ-Gozo13412923001
ŻEBBUĠ8712273000
BIRŻEBBUĠA1159264110
RABAT1016991010
GŻIRA1428541000
KALKARA938431000
SIĠĠIEWI795443071
ŻABBAR576925110
SWIEQI484441010
GUDJA545028000
XAGĦRA-Gozo962300001
TA` XBIEX562034000
VALLETTA3332442163
KIRKOP245430000
PEMBROKE453429020
ŻURRIEQ186720033
MOSTA64287100
BIRKIRKARA441931203
GĦARGĦUR65420000
BORMLA173525020
TARXIEN221930000
DINGLI48184000
MUNXAR-Gozo321819000
FGURA142626000
MĠARR729230 00
NADUR-Gozo4890000
FLORIANA281711841
LUQA162217000
GĦAXAQ162513000
SAFI33119010
SANTA LUĊIJA281113000
MTARFA32119010
QALA-Gozo4271010
ATTARD112612000
LIJA32711000
PIETÀ6284000
QRENDI7227000
SANNAT-Gozo2351000
ISLA4318000
GĦASRI-Gozo9121000
BIRGU1245000
XGĦAJRA1281000
IKLIN1452000
MARSAXLOKK597000
RABAT-Gozo793010
KERĊEM-Gozo751000
MDINA364000
GĦARB-Gozo147000
XEWKIJA-Gozo131000
GĦAJNSIELEM-Gozo020000
SAN LAWRENZ-Gozo001000
FONTANA-Gozo010000
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22437 u jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ storbju eċċessiv bejn Jannar 2022 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? F’liema lokalità ġie rrapportat kull wieħed minn dawn il-każijiet u għal liema tip ta’ storbju kien qed jirreferi r-rapport? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jikkonċernaw ħsejjes wara l-11.00 p.m. u wara s-1.00 a.m. separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba parlamentari 20379 u 21896.
Third Country Nationals li ngħataw il-permess biex jaħdmu f’Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22433 u 22548 u jgħid kemm kien in-numru ta' Third Country Nationals (TCNs) li ngħataw il-permess biex jiġu jaħdmu hawn Malta matul is-sena 2023, u matul is-sena 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn il-persuni għadhom hawn Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fis-sena 2023 in-numru kien 19,130 u 2024 sa Settembru 8,256. Dan ma jinkludix permessi oħra li ġew revokati jew skaduti fl-istess perjodu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret dwar l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva tal-UE numru 2022/255 (l’hekk imsejħa ‘Direttiva NIS 2’) li kellha tiġi adottata minn kull pajjiż membru tal-UE sas-17 ta’ Ottubru 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika rigward il-liġi in-kwistjoni ġiet konkluża u li issa qed isiru l-aħħar preparamenti sabiex din il-liġi tidħol fis-seħħ. Barra minn hekk, matul dawn l-aħħar xhur saru diskussjonijiet fi ħdan entitajiet governattivi sabiex iwitti t-triq għall-implimentazzjoni amministrattiva ta’ din il-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-Car Allowances li ngħataw lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2021, 2022, 2023 u 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom.
Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett.
Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid.
Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli.
L-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi dwar il-car allowance. Infurmat li fis-sena 2021 kienet 4658.81, 2022 kienet 4658,81, 2023 kienet 4658,81 u 2024 sal-ġurnata li nġabet din l-informazzjoni 3942.07.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.
Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi.
Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730.
Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-Car Allowances li ngħataw lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie ffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom.
Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett.
Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid.
Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli.
L-Onor. Interpellant qiegħed jistaqsi dwar il-car allowance. Infurmat li fis-sena 2013 kienet 612.01, 2014 u 2015 ma kienx hemm, 2016 kienet 1956.39, 2017 kienet 4680.81, 2018 kienet 4680.81, 2019 kienet 4658.81, u 2020 kienet 4658.81,
Infakkar lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.
Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi.
Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730.
Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-community working scheme li kienet immexxija mill-General Workers’ Union twaqqfitx? Jekk le, jista’ jgħid hiex qiegħda tilqa’ klijenti ġodda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-implimentazzjoni tal-Community Work Scheme għadha għaddejja. Klijenti ġodda jiġu rreferuti minn Jobsplus skont il-kriterji stabbiliti.