Jista' l-Ministru jgħid lil min Transport Malta għaddiet ix-xogħol ta’ konkos u l-qlugħ ta' bus shelters? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għal dan ix-xogħol jew jekk ingħatatx b’direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fl-1 ta' Marzu 2010 kienet ħarġet talba lill-kuntratturi kollha li għandhom liċenzja sabiex iwettqu xogħlijiet fit-toroq u li għandhom l-assigurazjoni li tkoprihom meta jkunu qegħdin iwettqu dan ix-xogħol. It-talba kienet sabiex jesprimu id-disponibbilita’ tagħhom biex iwettqu ix-xogħlijiet relatati mal-preparamenti tas-sit biex jiġu nstallati bus shelters bir-rati hekk kif stipulati minn Transport Malta.
Infurmat ukoll li dawk il-kuntratturi kollha li esprimew id-disponibbilta’ tagħhom hekk kif kien rikjest sabiex iwettqu dawn ix-xogħlijiet, ġew mogħtija xogħol inkonessjoni ta’ preparazzjoni tal-installar ta’ bus shelters.
Il-lista ta’ kuntratturi li ġew mogħtija dawn ix-xogħolijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Barraminnhekk, xogħol ta’ qlugħ ta’ bus shelters tal-ġebel u/jew tal-ħadid ingħata lill-kuntrattur wieħed permezz ta’ direct order hekk kif muri fil-lista msemmija.
Transport Malta — pagi għal min jassisti lill-klijenti tal-Arriva
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa minn Transport Malta f'pagi għall-impjegati li ġew ingaġġati minn kumpanija privata sabiex jassistu lill-klijenti tal-Arriva f’isem l-awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa sabiex ġiet ingaġġata kumpanija privata biex tingħata assistenza lill-pubbliku rigward ir-rotot il-ġodda tat- trasport pubbliku kienet ta’ €20,450.14.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30645 u 30455 u jagħti lista ta' persuni li jokkupaw karigi maniġerjali (inkluż direttur u assistenti diretturi) fi Transport Malta? X'allowance u benefiċċji oħra jingħataw lil dawn il-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Nefqa Globali fuq Mobile Phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30637 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kazijiet ta' rakkmandazzjoni ta' studji għal inqas periklu li jeżisti fit-toroq għar-rigward tat-traffiku skont teżi matul din is-sena? Jista' l-Ministru jinforma bid-dettal tat-triq? Jista' ukoll jipprovdi n-numru ta' ilmenti pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jikkjarifika l-informazzjoni li qed jitlob.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' liċenzji ta' taxis li kienu jitħallsu sal-2010? Xi ħtieġa nbidlet biex tali liċenzja tkun tista' tiġi mġedda din l-istess l-liċenzja? Kif kienu nfurmati dwar il-bidliet li kienu ser iseħħu fil-mod ta' kif toħroġ il-liċenzja, dawk li kellhom liċenzja preċedentement? Kemm minn dawn il-liċenzji ġew imġedda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sal-31 ta' Ottubru 2010 kienu jeżistu 200 liċenzja ta' taxi f'Malta u 50 f'Għawdex. It-tiġdid ta' dawn il-liċenzji kien isir flimkien mat-tiġdid tal-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni bħal kull vettura privata oħra.
Ir-regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi (L.S. 499.59) li daħlu fis-seħħ nhar l-1 ta' Novembru 2010 ma' bidlu xejn fil-proċess ta' tiġdid ta' dawn il-liċenzji, għalkemm żiedu dritt annwali ta' tiġdid ta' €250 għal kull vettura biex tkopri l-ispejjez relatati mat-trażmissjoni ta’ informazzjoni mit-tassimetru u t-
tracking
system
. Din il-bidla kienet diskussa u maqbula mar-rappreżentanti tas-settur qabel ma' ġew ippubblikati dawn ir-Regolamenti.
Mid-data tad-dħul tar-Regolamenti hawn fuq imsemmija, il-liċenzji kollha li kienu diġà eżistenti ġew imġedda, ħlief għal tliet liċenzji ta' taxis f’Għawdex li huma attwalment iggaraxxjati.
Jista' l-Ministru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ħsara li hemm fi Triq il-Biżbiżija minn fejn tgħaddi l-X3 tkun irranġata għaliex jidher li l-Kunsill Lokali tal-Mosta mhux qed juri interess li jirranġa din il-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — xogħol ta' back office
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Ministeru u dipartimenti u uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jagħmlu xogħol ta' back office?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant hija mitluba tkun aktar speċifika dwar liema tip ta' xogħol qed tirreferi għalih.
Billi riċentement ġew introdotti rotot li miċ-Ċirkewwa/Mellieħa jmorru direttament fil-venda tal-Qawra, jista' l-Ministru jinvestiga l-possibbilità li uħud mill-karozzi tal-linja li jmorru f'din il-venda, jgħaddu minn Triq Toni Bajada San Pawl il-Baħar imbagħad matul l-kosta biex il-persuni li joqogħdu f'dawn l-inħawi jkollhom servizz dirett lejn Buġibba/Qawra bħalma kellhom qabel l-introduzzjoni tal-Arriva f'Lulju 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rriferejt it-talba tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel għandhiex proċeduri ta' sigurtà u salvataġġ stabbiliti għal każ ta' inċidenti fuq jew ħdejn il-mollijiet użati mill-kumpanija? Jista' jippubblika l-manwal ta' dawn il-proċeduri u rapporti li jiċċertifikawh? Jista' jgħid jekk dawn humiex rikjesti minn Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
moll taċ-Ċirkewwa — sigurtà u standards internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-moll taċ-Ċirkewwa huwiex mgħammar bis-sinjali u strutturi kollha ta' sigurtà rikjesti mil-liġi u minn standards internazzjonali? Jista' jippubblika rapporti li jiċċertifikaw dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
moll tal-Imġarr — sigurtà u standards internazzjonali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-moll tal-Imġarr huwiex mgħammar bis-sinjali u strutturi kollha ta' sigurtà rikjesti mil-liġi u minn standards internazzjonali? Jista' jippubblika rapporti li jiċċertifikaw dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-rapport Yachting Development Subject Plan li saret referenza għalih fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30657, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx proposti, anke minn dawk diġà approvati, ta' yacht marinas li ġew jew li qed jiġu studjati minn Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rapport tal-1996 Yachting Development in Malta jsemmi 4 siti speċifiċi li jitqiesu li għandhom il-potenzjal għall-marina. Dawn huma:
· Dockyard Creek
· Lazzaretto Creek
· Kalkara Creek
· Xemxija, San Pawl il-Baħar.
Kif diġa' magħruf, Dockyard Creek u Lazzaretto Creek ġew żviluppati, filwaqt li Kalkara Creek ingħatat konċessjoni għall-marina. Minn dawn l-erbgħa, x-Xemxija hija żona li tirrikjedi l-aktar investiment u studji dettaljati, inkluż il-bini ta’
breakwater
,
dredging
u land reclamation
. Dan apparti l-istudji li jkunu meħtieġa mill-MEPA għal dak li jirrigwarda l-effetti ambjentali fuq dan is-sit (
Environmental Impact Assessment – EIA
). Bħalissa Transport Malta qegħdha tagħmel l-istudji għal Sa Maison fejn l-investment huwa aktar sostenibbli. S’issa, Transport Malta mhix qed tikkunsidra żvilupp infrasttuturali ta’ marina fix-Xemxija minħabba r-raġunijiet kif spjegati.
Yachting Development Subject Plan — marina fix-Xemxija
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30657 fejn hemm referenza għal Yachting Development Subject Plan, u li issa ġiet approvata ukoll, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx possibbilità li tiġi kkunsidrata f'iktar dettal il-proposta għall-marina fix-Xemxija?
Mosta — Triq il-Qalbiena Mostin - speed cameras jew sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jintervjeni biex jittieħdu passi ħalli Triq il-Qalbiena Mostin, Mosta ma tibqax qisha korsa tal-karozzi u jsiru speed cameras u/jew sleeping policeman ġo fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li rreferejt it-talba tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi ħalli jsiru traffic lights fi Triq il-Qalbiena Mostin, il-Mosta kantuniera ma' Triq il-Mitbaħ peress li ħafna tfal, anzjani u persuni oħrajn jagħmlu użu minn din il-cross road biex imorru l-mużew jew il-knisja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Arriva ġietx immultata għas-servizz ħazin li tat s'issa? Jekk le, meta din se tiġi mmultata għas-servizzi medjokri tagħha?
Issa li t-tieħdet id-deċiżjoni li s-sistema tat-trasport pubbliku reġgħet ġiet imreġġa' għall-istat li kienet qabel it-3 ta' Lulju, jista' l-Ministru jgħid kemm sa jibda jkun in-numru ta' vetturi?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ewwel nett ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ikkommettiet ruħha li ddaħħal lura, kif għamlet, ir-rotot diretti għal Belt u mhux li treġġa' lura s-sistema ta' trasport kif jallega l-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat li minħabba t-tibdil fir-rotot li hemm ippjanati, hemm probabbilità li dan jirriżulta fi bżonn li jiżdiedu l-karozzi tal-linja. Madankollu, kemm se jkun dan in-numru hi r-responsabbiltà tal-operatur, li biex jevita multi jrid ikollu biżżejjed karozzi biex ilaħħaq mal-maximum waiting time.