Skema ta’ self għall-anzjani fuq id-dar li huma sid tagħha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni anzjani għamlu użu mill-iskema ta’ self għall-anzjani fuq id-dar li huma sid tagħha, kif imħabbra fil-baġit għas-sena 2019, bir-regolamenti relatati ma’ dan is-self imdaħħla fis-seħħ mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), fl-1 ta’ Settembru 2019?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s’issa istituzzjoni waħda wriet interess biex toffri dan il-prodott u għaddejjin diskussjonijiet mal-Awtorita’ (MFSA).
L-applikazzjoni għadha mhux finalizzata u jiddependi mill-prijoritajiet ta’ din l- istituzzjoni meta dan il-prodott ħa jiġi zviluppat, speċjalment bl-isfidi li qed jiffaċċjaw l-istess istituzzjonijiet konsegwenza tal-impatt tal-Covid 19.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Employment Licenses mill-Jobsplus, sena b’sena mill-2017 ’il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna li nħarġitilha l-liċenzja?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-
Employment Licenses
mill-Jobsplus, u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-applikant/a?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm persuni li jaħdmu fil-Gaming Industry? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Kemm kien dan in-numru fl-2017?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ Maltin u barranin li jaħdmu fil-Gaming Industry sal-aħħar ta’ Dicembru 2017 u Settembru 2020.
Maltin
Barranin
Total
Dicembru 2017
2,309
5,071
7,380
Settembru 2020
2,648
5,711
8,359
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna? Kemm kien dan in-numru fl-2017?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni li kienu qed jaħdmu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji sal-aħħar ta’ Diċembru 2017 u Settembru 2020.
Sena
Total
Diċembru 2017
10,799
Settembru 2020
12,969
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.
Skema tal-Ħaddiema tal-Komunità – ingaġġ ta’ nies ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda fl-iskema tal-ħaddiema tal-komunità fl-2020 u fl-2021? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu minn Għawdex u kemm minn Malta? Jista' jgħid x'inhuma r-rekwiżiti biex wieħed ikun jista' jiġi ngaġġat f'din l-iskema? Kemm hu l-perjodu minimu li wieħed irid ikun ilu jirreġistra biex jiġi ngaġġat f'din l-iskema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2020 u Jannar 2021 daħlu 177 persuna; 102-il persuna f’ Malta u 75 persuna f’Għawdex.
Ir-rekwiziti biex wieħed ikun jista' jiġi ingaġġat f'din l-iskema huma:
- persuni li kienu fl-iskema qabel it-twaqqif tal-
Community Work Scheme Foundation
;
- persuni vulnerabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li qed jaħdmu fis-settur pubbliku? F’liema gradi huma impjegati dawn il-persuni b’diżabilità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ir-Raba’ Distrett Elettorali – persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fir-Raba’ Distrett Elettorali li qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru? Kemm kien hemm fl-2019 u 2020? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? Jistax jipprovdi n-numru għal kull lokalità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi n-numru ta’ nisa u rġiel, li huma residenti fir-Raba’ Distrett Elettorali u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru sal-aħħar ta’ Diċembru 2019 u Diċembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta’ ’l fuq minn 62 sena li kienu għadhom qed jaħdmu bħala part-time jew full-time sal-aħħar ta’ Diċembru 2020? Jista’ jindika kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi n-numru ta’ nisa u rġiel ’l fuq minn 62 sena li kienu qed jaħdmu part-time biss jew full-time sal-aħħar ta’ Settembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità li qed jieħdu taħriġ fl-IT jew biex ikollhom aċċess għal xogħol diġitali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni b’dizabilità li preżentament qed jieħdu taħrig fl-IT huwa ta’ 16-il persuna Persuna tista’ tipparteċipa f’izjed minn taħriġ wieħed.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 19253.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati direct orders mill-Ministeru għall-Finanzi mill-2010 'l hawn, sena b'sena u Ministeru b'Ministeru? Kemm huwa l-ammont ta' dawn id-direct orders, sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li ninforma li l-informazzjoni, li qed tintalab, tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern, kif jesiġu l-Public Procurement Regulations, nitlob lill-Onorevoli interpellant ikun izjed speċifiku.
Impjegati ingaġġati ma’ kuntratturi li jaqdu dmirijiet ma’ xi dipartiment tal-Gvern jew entità pubblika
Question
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema illi huma impjegati ma' kuntrattur u li qegħdin jaqdu d-dmirijiet tagħhom ma' xi dipartiment tal-Gvern jew entità pubblika oħra, sena b'sena mill-2010 'l hawn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus sabiex jgħinhom isibu impjieg matul is-sena li għaddiet? Fuqiex kien jikkonsisti l-kors u fejn sar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li tilfu l-impjieg tagħhom matul is-sena li għaddiet u liema xogħol kienu jagħmlu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont it-tagħrif ta’ JobsPlus, kien hemm 5,928 persuna individwali li tilfu x-xogħol li kien ivarja minn dak ta’ maniġers sa xogħol elementari.
L-impjiegi kienu wkoll mifruxin fuq għadd ta’ setturi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità li qed jaħdmu fis-settur pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ persuni b’diżabilità li kienu qed jaħdmu fis-settur pubbliku sal-aħħar ta’ Diċembru 2020 kien ta’ 1,239.
L-aħħar ċifri maħduma huma ta’ Diċembru 2020.