Dwana – persuni li kienu qed iġorru somma ta’ valur ta’ €10,000 jew aktar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna li kienet dieħla jew ħierġa minn Malta, jew li kienet għaddejja fi transitu minn Malta ddikjarat lill-Kontrollur tad-Dwana li kienet qiegħda ġġorr somma ta' valur ta' €10,000 jew aktar? Jista' jgħid minn liema pajjiż kienu ġejjin jew sejrin l-imsemmija persuni u kemm kien il-valur li ġie ddikjarat minnhom lill-Kontrollur tad-Dwana?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm qabad flus il-Kontrollur tad-Dwana liema flus ma ġewx iddikjarati minn persuni li kienu deħlin jew ħerġin minn Malta, jew li kienu għaddejjin fi transitu minn Malta? Jista' jgħid f'kemm-il każ ġie maqbud l-ammont kollu minħabba li l-flus kienu indiviżibbli? Jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiż kienu ġejjin jew sejrin il-persuni li mingħandhom ġew maqbuda l-flus?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu sejħiet permezz tad-‘Dynamic Purchase System' sena b'sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull sejħa? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn is-sejħiet permezz tad-'Dynamic Purchase System' u fiex kienu jikkonsistu dawn is-sejħiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm sejħa waħda li saret permezz tad-Dynamic Purchase System, liema sejħa saret f’Awwissu 2018.
Aktar dettalji qed jiġu mogħtija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Estensjonijiet ta’ perjodu ta’ validità ta’ konvenju ta’ bejgħ jew trasferiment ta’ proprjetà immobbli
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il estensjoni tal-perjodu ta' validità ta' konvenju ta' bejgħ jew trasferiment ta' proprjetà immobbli jew ta' xi dritt reali fuq proprjetà immobbli, ġew notifikati lill-Kummissarju tat-Taxxi, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kummissarju tat-Taxxi – ħlas lura ta’ taxxa mħallsa fuq konvenji ta’ bejgħ — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba saret lill-Kummissarju tat-Taxxi għall-ħlas lura ta' taxxa mħallsa provviżorjament wara li jkun ġie reġistrat konvenju ta' bejgħ jew trasferiment ta' proprjetà immobbli jew ta' xi dritt reali fuq proprjetà immobbli, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,? Jista' jgħid kemm minn dawn it-talbiet kienu minħabba li l-konvenju kien skada u kemm kienu minħabba li l-partijiet ikunu qablu li jxolju l-obbligazzjoni ta' bejniethom? Jista' jgħid x'kien l-ammont totali ta' taxxa mħallsa provviżorjament li ġie mħallas lura sena b'sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet biex isiru korrezzjonijiet ta' konvenji, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rekords ta’ korrezzjonijiet ta' konvenji bdew jinzammu minn Lulju 2016. It-talbiet li saru hu kif jidher fit-tabella mehmuża hawn taħt.
SENA
KORREZZJONIJIET TA’ KONVENJI
2016 (minn Lulju)
344
2017
919
2018 (sat-18 ta’ Dicembru)
1,052
Jista' l-Ministru jgħid id-disa' miljun ewro approvati fl-estimi supplimentari għas-sena 2018 għall-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fiex ġew utilizzati u jagħti dettalji dwar kull nefqa? Jista' jgħid kif il-budget oriġinali kif approvat minn din il-Kamra għall-FIAU kien €1.6 miljun u dan f'sena sploda għal iżjed minn sitt darbiet għal €10.6 miljun?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-FIAU talbet għal budget addizzjonali matul is-sena 2018 minħabba dawn ir-raġunijiet:
· Titjib fil-kontrolli tas-sigurtà ġewwa l-FIAU, kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni kunfidenzjali, il-bini ta’ l-FIAU, u anke s-sigurtà tal-impjegati ta’ l-FIAU;
· Żieda ta’ riżorsi umani u tibdil ieħor magħmul skont il-Pjan tar-Riżorsi Umani, kif ukoll;
· Ingaġġ ta’ “International Skilled Persons” sabiex jassistu l-FIAU fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ supervizjoni ta’ Money Laundering u Financing of Terrorism, għajnuna fil-pjan ta’ ħidma ta’ l-FIAU, assistenza fil-preparazzjonijiet tal-Moneyval u review oħra etc.
Dan kolllu sar sabiex l-FIAU timplementa r-riformi u r-rakkomandazzjonijiet neċessarji sabiex jissaħħaħ l-operat tagħha u anke sabiex jinlaħqu l-obligazzjonijiet istituzzjonali kurrenti u futuri tagħha.
L-FIAU tixtieq tinforma li ma’ tistax tagħti iktar dettalji dwar ix-xogħol li sar minħabba l-obbligi ta’ kunfidenzjalita li joħorġu minn CAP 373 tal-liġijiet ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' ‘Negotiated Procedure' u x'tip ta’ Negotiated Procedure kienu u dan sena b'sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull tender? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Konvenji dwar bejgħ jew trasferiment ta’ proprjetà immobbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji dwar bejgħ jew trasferiment ta' proprjetà immobbli jew ta' xi dritt reali fuq proprjetà immobbli u għal kull sena jindika l-ammont li tħallas bħala taxxa provviżorja u l-valur totali tal-proprjetà, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 6346. It-taxxa provviżorja tammonta għal 1% tal-valur dikjarat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu l-Gvern jieħu flus is-sena l-oħra mill-arretrati? Minn min għandu jiġbor dawn l-arretrati? Kemm ġabar is-settur pubbliku f’arretrati s-sena l-oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għal liema tip ta' arretrati qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Malta Investments ġewwa Għawdex sena b’sena mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid xi proġetti hemm ippjanati li ser isiru matul is-sena 2019 ġewwa Għawdex?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara sew għal liema entità qed jirreferi fil-mistoqsija.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8071, jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex l-uniku pajjiż Membru Stat tal-Unjoni Ewropea li tneħħa kompletament mill-Whitelist (jiġifieri lanqas fil-Whitelist b’eċċezzjonijiet kif hemm pajjiżi oħra)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha dwar Malta ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 8071.
L-interess tal-Ministeru hu ta pajjiżna u se naraw li dawn l-interessi jiġu mħarsa f’diskussjonijiet li se jsiru fil-ħin opportun.
B'referenza għal dak li kien ġie rrapportat fl-artiklu bit-titlu ‘Malta Islamic Finance Association backed by Maltese Government’ li deher on-line fil-ġurnal ‘Independent’ datat 26 ta’ Ġunju 2018, jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi saru minn dakinhar sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi applikazzjonijiet mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul l-2018 fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji Islamiċi? Jekk iva, kemm daħlu u kemm minnhom ġew approvati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' ‘Accelerated Open Procedure sena b'sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x' kienet ir-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull tender? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigwardanti s-sejħiet għall-offerti ppubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti għan-nom ta’ Awtoritajiet Kontraenti varji, fejn l-estimu tal-valur involut ikun daqs, jew aktar minn €144,000.
Ta’ min jinnota li t-terminu ‘
accelerated open procedure
’ kien introdott permezz tal-avviż legali 352/2016 li daħal fis-seħħ fit-28 t’Ottubru 2016.
Approvazzjoni sabiex tintuża din il-proċedura, għal xiri pubbliku fejn l-estimu tal-valur involut ikun daqs, jew aktar minn €144,000, tingħata mid-Direttur tal-Kuntratti hekk kif stipulat fis-sotto regolament 116(3) tal-imsemmija Regolamenti għax-Xiri Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma għamlu ebda trasferimenti u/jew pagamenti lill-bank imsemmi fil-Mistoqsija.
Bank Ċentrali ta’ Malta — Gvernatur u Deputati Gvernaturi laqgħat ma’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur flimkien ma’ wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal laqgħat ma' uffiċjali, avukati, accountants, awdituri, konsulenti, ħaddiema, diretturi jew azzjonisti tal-bank li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid meta u fejn saru dawn il-laqgħat, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal dawn il-laqgħat, min talab li jsiru dawn il-laqgħat u x'kienu l-iskop ta’ dawn il-laqgħat? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal laqgħa, min talab li ssir il-laqgħa u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħa ma saritx?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Gvernaturi rispettivi (2013 - 2018), la waħedhom u lanqas mad-Deputati Gvernaturi ma kellhom talbiet għal laqgħat ma' uffiċjali jew rappreżentanti oħra tal-bank li dwaru saret din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe impact assessment li sar mill-Gvern fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Iżvezja li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-Whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8071.