Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsa FC – art

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 630, ġaladarba l-Gvern wiegħed li jgħaddi l-art inkwistjoni lil Marsa FC jista’ l-Ministru jagħti d-data sa meta ser jiġi ffirmat il-kuntratt tat-trasferiment?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi SportMalta bdiet il-proċess, skont ir-rekwiżiti rikjesti mil-ligi, biex tgħaddi l-art inkwistjoni lil Marsa FC u se tkun qed tagħmel dan mill-aktar fis possibbli.

Użu ta’ trasport tal-iskejjel li jkun supervised

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student applika għall-użu tat-trasport tal-iskejjel li jkun supervised, kemm-il student qed jagħmlu użu minn dan it-tip ta’ trasport, kemm-il skola qiegħda tiġi moqdija bi trasport li jkun supervised u kemm-il supervisor huwa ingaġġat jew qed jagħti dan is-servizz?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qed tirreferi għall-applikazzjoni tat-trasport tal-iskola li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (DES) ħareġ f'April li għadda. Infurmat li għal din l-applikazzjoni onlajn applikaw 8,869 student biex jagħmlu użu mit-trasport. Infurmat ukoll li din l-applikazzjoni, li kopja tagħha qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ma tispeċifikax li t-trasport ser ikun b’superviżjoni. Attwalment 12,372 student jagħmlu użu mit-trasport provdut. It-trasport kollu tal-ħames Resource Centres huwa supervised minħabba d-diffikultajiet ta’ mobilità u kundizzjonijiet li għandhom l-istudenti. Hemm rotot oħra tal-mainstream fejn hemm supervisor individwali ma’ studenti li huma statemented.

Għalliema shared

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem qiegħed shared bejn skola u oħra, f’liema sena jgħallmu u s-suġġetti li jgħallmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fit-12 ta’ Ottubru kien hemm 129 għalliem li huma shared bejn skola u oħra. Dawn jinkludu 25 għalliem li huma shared bejn żewġ skejjel li qegħdin fl-istess kumpless, bħal Ħandaq Sekondarja u Ħandaq Middle School. L-għalliema jgħallmu snin varji u s-suġġetti li jgħallmu huma kif ġej: Suġġett Numru ta' Għalliema Accounts 3 Agribusiness (VET) 2 Arabic 7 Art 7 Biology 2 Business Studies 1 Chemistry 3 Classical Studies 1 Computer Studies 3 Design & Technology 4 Drama 2 Engineering Technology (VET) 4 Ethics 15 European Studies 1 French 3 Geography 5 German 4 Graphical Communication 1 Health & Social Care (VET) 2 History 4 Home Economics 8 ICT 4 Integrated Science 1 Italian 2 Maltese 2 Maths 1 Music 10 Nurture Group Teacher 5 PE 4 Personal Social Career Development (PSCD) 3 Philosophy 1 Religion 4 Social Studies 4 Spanish 5 Theatre Studies 1

Skejjel — Għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem għandu nieqes u mil-liema skejjel u f’liema suġġett jew sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Jiena konvint li l-Onor. Interpellant tapprezza li dan huwa proċess ongoing u l-figura ta’ nuqqas ta’ għalliema tvarja kontinwament. Infurmat li fit-12 ta’ Ottubru kien hemm nieqsa 19-il għalliem full-time u 4 part-time. Dawn huma maqsuma kif gej: Peripatetic: Għalliema li jagħmlu lezzjonijiet ta’ suġġetti partikulari fil-Primarja 2 Mużika 1 PSCD Resource Centre: 4 għalliema li huma class teachers (simili għal tal-Primarja) 3 ICT 1 Xjenza 1 Design & Technology Sekondarja: 1 Għarbi 2 Xjenza 1 PSCD 2 għalliema part-time (jew wieħed shared) għal Computer Studies 1 għalliem part-time għal ICT 1 għalliem part-time għal Mużika 1 Customer Care 1 Multimedia 1 Welding

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.

Jobs Plus – ingaġġ ta’ ħaddiema barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Jobs Plus jagħmlux aċċertazzjoni li f’kumpaniji tal-manifattura ma jkunx qed jintuża l-ingaġġ ta’ ħaddiema barranin biex jitbaxxew ir-rati li jitħallsu bihom il-ħaddiema Maltin fuq l-istess xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proċedura ta’ ħruġ ta’ permessi ta’ Residenza/Xogħol (Single Permit) ir-rwol ta’ Jobsplus hu li jagħmel dak li jissejjaħ Labour Market Test. Dan it-test maqsum fuq tliet partijiet: 1. Jobsplus tivverifika li l-individwu għandu l-kredenzjali/kapaċitajiet meħtieġa li jagħmel ix-xogħol rikjest; 2. Jobsplus tara s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol; 3. Jobsplus tivverifika li min iħaddem ma jkunx għamel redundancies ta’ ħaddiema eżistenti biex idaħħal ħaddiema barranin fl-istess xogħol. Minbarra dan, Jobsplus tagħmel ċert ukoll li l-paga dikjarata ma tkunx anqas mill-paga minima stabbilita mil-Liġi. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-iċċekjar fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ma jsirx minn Jobsplus iżda mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol (DIER).

Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti – rwol u funzjoni tal-istaff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol u l-funzjoni ta’ kull membru tal-istaff fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rwol u l-funzjoni ta’ kull membru tal-istaff fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi huwa kif ġej: Assistant Director Administration & Management Senior Principal Permanent Secretary Secretariat Principal Permanent Secretary Secretariat Office Management Assistant Permanent Secretary Secretariat Enrolled Nurse Event coordinator Principal Event coordinator Officer in scale 16 (driver) Driver

Skola Sekondarja tal-Ħandaq – periklu għall-għalliema u l-istudenti – ilma tax-xita

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq, eks-skola tas-subien hemmx periklu għall-għalliema u l-istudenti minħabba l-ammont ta’ ilma tax-xita li daħal fl-aħħar jiem (l-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru 2017) tant li daħal l-ilma fil-klassijiet, fil-foyer u l-kuritur tal-iskola? Jista’ jgħid liema xogħol ta’ manutenzjoni sar matul dan is-Sajf fuq din l-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li wara li saret spezzjoni fuq il-post mill-Perit tad-Dipartiment, ma jirriżultax li hemm periklu għall-għalliema u l-istudenti. Ninsab infurmat li għaddej xogħol ta’ intervent ta’ tqegħid tal-membrane fuq is-saqaf, li kellu jiġi mwaqqaf minħabba l-maltemp tal-aħħar ġranet. Bħala miżura temporanja ġie mqiegħed qatran fuq is-saqaf. Matul dan is-Sajf sar dan ix-xogħol ta’ manutenzjoni f’din l-iskola: Ristrutturar ta' żewġt ikmamar tal-banju Tikħil u tibjid ta' tletin klassi Tikħil u tibjid ta' tmien kurituri u żewġ turġien Tikħil u tibjid fis-Sala, il-kappella u t- tuck shop Membrane ġdid fuq is-saqaf tal-iskola ( in progress)

ALP – full complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għalliem huwa nieqes fl-ALP issa fl-ewwel ġimgħa tas-sena akkademika 2017/2018 u meta se jkun hemm il-full complement tal-għalliema li hemm bżonn biex isir it-tagħlim tas-suġġetti kollha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fit-12 ta' Ottubru kien hemm tliet għalliema neqsin fl-ALP Paola, f’dawn is-suġġetti: Customer Care, Welding u Multimedia. Bħalissa qed isiru l-intervisti biex jimtlew dawn il-vakanzi.

Programm My Journey – applied teaching – taħriġ lill-għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata taħriġ lill-għalliema dwar il-metodu ta’ applied teaching li sejjer jintuża fil-programm My Journey li għandu jibda fl-iskejjel mis-sena akkademika li ġejja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm My Journey mistenni jibda fl-iskejjel f’Settembru 2019. It-taħriġ tal-għalliema konċernati se jingħata fix-xhur li ġejjin. Bħalissa qiegħdin isiru tħejjijiet ta’ programmi ta’ tagħlim ta’ suġġetti vokazzjonali u applikati, kif ukoll ta’ ħruġ ta’ tenders għal refurbishment ta’ kmamar fl-iskejjel sabiex jintużaw għat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali u applikati fl-iskejjel.

My Journey — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema se tkun l-età, jew is-sena ta’ skola u liema studenti se jiġu separati fil-binarju offrut taħt il-My Journey u kif se ssir din is-selezzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm My Journey se jiġi offrut għal studenti fit-Tielet sena tas-Sekondarja, minn Settembru 2019 ‘l quddiem. L-istudenti kollha jkunu offruti suġġetti vokazzjonali u applikati fil-firxa ta’ suġġetti options li l-istudenti jingħataw lejn tmiem it-Tieni sena tas-Sekondarja. L-istudenti kollha se jibqgħu fl-istess skola u jingħataw l-opportunità li jagħżlu x-xeħta ta’ suġġetti li jixtiequ jitgħallmu u li jħossuhom komdi fihom.

My Journey – skejjel/kulleġġi – suġġetti mgħallma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema skejjel jew kulleġġi se jiġu mgħallma s-suġġetti taħt il-programm My Journey u jekk hux is-suġġetti kollha se jiġu mgħallma f’kull skola? Jista’ jgħid ukoll jekk l-istudenti humiex se jibqgħu jattendu l-kulleġġi skont il-catchment area li jaqgħu fiha jew le?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskejjel sekondarji kollha tal-Istat se jkunu qegħdin joffru s-suġġetti vokazzjonali u applikati minn Settembru 2019 ‘l quddiem. B’kollox hemm 12-il skola Sekondarja u fihom kollha se jkun offrut il-programm tal-My Journey. L-iskejjel Sekondarji kollha, barra dik ta’ Għawdex, se jingħaqdu fi gruppi ta’ tlieta jew erba’ skejjel flimkien u fihom kull suġġett vokazzjonali u applikat jiġi mgħallem f’żewġ skejjel minn tlieta jew erba’ minnhom. Fis-sekondarja ta’ Għawdex se jkunu mgħallma s-suġġetti kollha vokazzjonali u applikati. B’hekk se jkun hemm l-inqas ċaqliq ta’ studenti possibbli bejn it-Tieni u t-Tielet sena tas-Sekondarja minn kulleġġ għall-ieħor. Student jibdel biss il-kulleġġ tiegħu jekk is-suġġett/i li jixtieq ma jkunux mgħallma fl-iskola Sekondarja tal-kulleġġ tiegħu.

Imqabba – Klabb 3-16

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx pjani biex jingħata servizz ta’ Klabb 3 – 16 fl-Imqabba?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, l-Imqabba hija waħda mil-lokalitajiet ikkunsidrati minn pjan iktar wiesgħa ta' ċentri proposti mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES).

Għalliema fis-servizz tal-edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ dawk l-għalliema li diġà kienu impjegati fis-servizz tal-edukazzjoni iżda li għas-sena 2017-2018 jew ġie imġedded il-kuntratt tagħhom, jew ri-impjegati għal perjodu ieħor, u jgħid f’liema grad ġew impjegati, x’responsabilitajiet ingħataw, fejn ġew mitluba jirrapportaw għas-servizz, xi kwalifiki għandhom u x’ġew mitluba jgħallmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru n-numru ta’ għalliema li diġà kienu impjegati u li reġgħu ġew impjegati għas-sena 2017-2018, skont il-grad għal kull skola u għal kull suġġett. Rigward kwalifiki, dawk fil-grad ta’ Għalliem b’kuntratt definit kollha għandhom il-kwalifiki neċessarji biex ikollhom il-Warrant Permanenti ta’ Għalliem u dan ifisser li b’mod ġenerali għandhom il-B.Ed (Hons), il-PGCE jew ekwivalenti. Dawk fil-grad ta’ Għalliem Supply għandhom jew first degree jew żewġ ‘A’ Levels.

Ilmenti dwar għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dwar kemm-il għalliem id-dipartiment irċieva xi forma ta’ ilment matul is-sena skolastika 2016-2017, u jgħid kemm minn dawn l-ilmenti ġew investigati, kif u x’passi ttieħdu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2016/2017 il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema rċieva żewġ (2) ilmenti fuq għalliema u ilment wieħed fuq assistent kap ta’ skola mid-Direttur Ġenerali fuq allegat ksur ta’ kodiċi ta’ etika. Preżentement għaddejjin tliet inkjesti separati mill-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema sabiex ikun stabbilit jekk kienx hemm ksur tal-kodiċi ta’ etika kif allegat.

Impieg ta’ LSAs ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ dawk l-LSAs li ġew impjegati għall-ewwel darba fis-sistema edukattiva għas-sena skolastika 2017-2018, f’liema grad ġew impjegati, x’responsabbiltajiet ingħataw, fejn ġew mitluba jirrapportaw għas-servizz, u xi kwalifiki għandhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-total ta’ Learning Support Assistants ġodda impjegati fis-sena skolastika 2017-2018 s'issa (sal-5 ta' Ottubru) huwa 94. Il-kumplament tat-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-minimu tal-kwalifiki huwa skont kif ħarġu s-sejħiet għall-impjieg fil-gradi differenti.

Ilmenti minn Heads, Assistant Heads u Prinċipali dwar għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva matul is-sena skolastika 2016-2017 minn Heads jew Assistant Heads jew Prinċipali dwar għalliema fl-iskejjel tagħhom, x’passi ttieħdu u x’kienet il-konsegwenza għal jew l-azzjoni li ttieħdet fil-konfront ta’ dawn l-għalliema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika 2016/2017 il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema ma rċieva ebda talba minn Heads, Assistant Heads, u Prinċipali dwar Għalliema biex ikunu investigati xi għalliema.

Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti — staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-uffiċjali li kienu jiffurmaw l-istaff tal-ex Segretarju Permanenti f’Mejju 2017 u x’kien il-grad tagħhom? Jista’ jgħid kemm hu n-numru tal-membri li jiffurmaw l-istaff fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħu ta’ bħalissa u kemm minnhom kienu jagħmlu parti mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ta’ qabel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ uffiċjali li kienu jiffurmaw l-istaff tal-ex Segretarju Permanenti f’Mejju 2017 kien jammonta għal tmienja (8). Il-grad tagħhom kien: Assistant Director: 1 Senior Principal: 1 Principal: 1 Assistant Principal: 1 Office Management Asst: 1 Senior Clerk: 1 Messenger: 1 Driver: 1 In-numru tal-membri li jiffurmaw l-istaff fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ta’ bħalissa jammonta għal sebgħa (7). Persuna (1) minnhom kienet tagħmel parti mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti ta’ qabel.

Post of Special responsibility – għalliema librara, guidance teachers u complementary teachers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li tneħħilhom il-Post of Special Responsibility bħal teachers, librarians, guidance teachers, complementary teachers u oħrajn minħabba nuqqas ta’ għalliema fis-suġġett rispettiv tagħhom? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-iskejjel fejn dawn l-għalliema qegħdin joffru s-servizzi tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm żewġ (2) għalliema li kienu qed iservu fis-servizz tal-complementary li qiegħdin jaqdu r-rwol ta’ class teacher fil-Primarja. Iż-żewġ skejjel huma il-Primarja tal-Msida u l-Primarja ta’ Ħal Għaxaq. Barra minn dawn hemm tliet (3) għalliema, li kienu se jibdew iservu f’servizz, li baqgħu fl-iskola fejn kienu (bħala class teachers fil-Primarja) sakemm ikun jista’ jintbagħat għalliem minflokhom. Dawn huma fl-iskejjel Primarji ta’ San Ġwann, Ħal Għargħur u l-Imġarr. Dawn l-għalliema kienu se jibdew iservu fis-servizzi ta’ Hospital Classes, Maths Support u Science Peripatetic rispettivament. Bħalissa qed isir ir-reklutaġġ ta’ għalliema supplenti biex b’hekk ikun possibbli li jiġu rilaxxati dawn l-għalliema.

Jobsplus – Estimi Finanzjarji — Staff - Course Fees Local

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 910, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk l-‘Istituti Professjonali oħra’ li huma msejjħa f’punt tlieta bħala li taw taħriġ outsourced u jindika kemm tħallas kull istitut?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ‘l-Istituti Professjonali oħra’ msemmija fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 910 huma kif imsemmija fit-tabella t’hawn taħt: Supplier Ammont Malta Forum for Internal Auditors 85 CSB Group 1126 Malta Institute of Accounts 473 International Train Safety Centre Ltd 440 OASI Foundation 300 Foundation for Human Resources Development 2669 Mental Health Association Gozo 60 ADHD Malta 1000 Public Policy Exchange Ltd 690 Institute of Computer Education Ltd 350 Pricewaterhouse Cooper 240 Idea Management Consultancy Services Ltd 900 Society Educational Services Ltd 352 Richmond Foundation 705 Ms Jo Christine Scicluna 40 Ernest & Young 1280 Street HR 1921 Total €12,631