Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #18869 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18046 fejn intqal li qed isir rinnovar fil-Ministeru għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża totali? Dan ir-rinnovar qed isir minn fondi lokali jew Ewropej?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li x-xogħol ta' rinnovazzjoni għadu fl-istadju tal-offerti. L-istima għax-xogħlijiet strutturali, l-M&Es, il-LAN u r-restawr tal-faċċata tal-btieħi hija ta’ €6,639,667 (VAT Eskluż) u se tkun iffinanzjata minn fondi lokali. Dan il-proġett huwa maħsub biex itejjeb l-aċċessibbilita tal-Binja Amministrattiva, u biex tkun aktar sigura u konformi mal-istandards tas-saħħa u s-sigurtà. Apparti hekk, tramite dan il-proġett il-binja ser ikollha l-infrastruttura teknoloġika meħtieġa skont l-istandards pre¿enti. B’hekk minn dan il-proġett se jigwadanja kemm il-pubbliku ġenerali li jżur il-Ministeru biex jaċċessa xi wiehed mis-servizzi, kif ukoll l-impjegati kollha sabiex ikomplu jaħdmu f’ambjent iżjed sigur u dinjituż.
Leg 13 PQ #19619 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għoti ta’ tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CT2094/2020 - Renovation and Structural works including the use of Environment Friendly paint material at the Administration Centre within the Ministry for Gozo' u jgħid fiex wasal il-proċess biex din l-imsemmija tender tiġi awarded?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender jinsab fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Leg 13 PQ #19650 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Belt Victoria – Triq Enrico Mizzi — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru matul ix-xahar ta' Lulju 2020 mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq Enrico Mizzi ġewwa l-Belt Victoria, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa dan ix-xogħol u jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #19755 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd – audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd. għas-sena 2018? Jista' jindika għala l-audited accounts għas-sena 2019 għadhom ma ġewx iffinalizzati u meta ser jiġu ffinalizzati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja ta’ Gozo Channel (Operations) Ltd 2018 audit accounts qed jigu impoġġija fuq il-Medja tal-Kamra. Rigward l-audit accounts ta’ 2019, dawn ġew iffinalizzati u pprezentati lil Malta Business Registry.
Leg 13 PQ #19266 Sitting 438 2021-03-10 Oral · Final From: THERESE COMODINI CACHIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 19253.
Leg 13 PQ #19614 Sitting 438 2021-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kerċem – Triq Għajn Abdul u x-Xagħra – Triq ta’ Stellini — toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Triq Għajn Abdul ġewwa Ta' Kerċem u Triq ta' Stellini fix-Xagħra Għawdex jinbnew mil-ġdid peress li partijiet minnhom huma ta' periklu għal minn jgħaddi minnhom? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn it-toroq hux ser isiru matul is-sena 2021 u jekk iva f’liema xahar mistenni jibda x-xogħol fuq din l-imsemmija toroq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet fuq dawn it-toroq qegħdin fi stadju inizjali.
Leg 13 PQ #19615 Sitting 438 2021-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rivista Proġett Għawdex

Question

B'referenza għar-rivista 'Proġett Għawdex' li l-ewwel ħarġa tagħha kienet f'Novembru 2019 u fejn f'din ir-rivista kien hemm miktub li din ħa tibda tkun ippubblikata minn żmien għall-żmien biex jinżamm kuntatt mar-residenti Għawdxin kif ukoll ikunu infurmati fuq proġetti li jkunu qed jitwettqu madwar Għawdex, kif ukoll fuq diversi skemi li huma intiżi għar-residenti Għawdxin, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ħarġet matul is-sena 2020 din ir-rivista u jgħid kemm-il darba hemm ippjanata li toħroġ din ir-rivista matul is-sena 2021? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali sal-lum fuq din ir-rivista liema spiża tkun tinkludi stampar, posta u xogħol?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #19617 Sitting 438 2021-03-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Segretarjat Privat – użu ta’ karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qegħdin jintużaw karozzi mis-Segretarjat Privat tiegħu u jagħti wkoll in-numru tar-reġistrazzjoni u l-mudell ta' kull karozza li qed tintuża mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jista' jgħid, fejn hu l-każ, min qed juża l-istess karozzi? F'kull każ jista' jgħid jekk il-karozzi humiex proprjetà tal-Ministeru jew inkella humiex mikrija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tliet karozzi li qed jintużaw mis-Segretarjat Privat. Waħda mill-karozzi hija proprjeta’ tal-Ministeru, filwaqt li t-tnejn l-oħra huma mikrija. L-ebda’ karozza ma hi tintuża minn l-istess individwi.
Leg 13 PQ #19752 Sitting 438 2021-03-10 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd – fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħliet fuel il-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd fis-sena 2020 vapur b'vapur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 il-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd ħliet l-ammont ta' fjuwil kif indikat: Vapur Litri MV Ta’ Pinu 2.4 miljun litri MV Gaudos 1.8 miljun litri MV Malita 2.7 miljun litri MV Nikolaos 0.7 miljun litri
Leg 13 PQ #19574 Sitting 437 2021-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq il-Vajringa – perit inkarigat mix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru għal Għawdex fuq Triq il-Vajringa fir-Rabat t’Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #19575 Sitting 437 2021-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq Għajn Qattet – perit inkarigat mix-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq Għajn Qattet fir-Rabat, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kuntratt ġie mogħti għas-somma ta’ Euro 530,531.92 (excl VAT) filwaqt li l-kuntrattur s’issa tħallas l-amont ta’ Euro 150,281.25 (excl VAT). It-testijiet saru għand l-MCCAA. Kopja tat-testijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #19576 Sitting 437 2021-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – uffiċjali – rimborż għall-użu tal-karozza privata tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, qegħdin jiġi rimborżati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Jista’ jgħid x’inhu l-grad tagħhom u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw, kif ukoll l-ammont ta’ flus li rċevew matul is-sena 2020 għal dan il-għan? Jista’ jgħid ukoll min ta l-approvazzjoni tiegħu għal tali rimborż f’kull każ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #18851 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — proġetti mill-fondi tal-EU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’proġetti saru mill-fondi tal-EU 2014-2021?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 18838.
Leg 13 PQ #19516 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-Pavimentar tal-Menqa – organizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament min organizza ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-Pavimentar tal-Menqa ġewwa Marsalforn fil-bidu ta' Novembru 2020? Jista’ jagħti rendikont ta’ kemm ġiet tiswa din iċ-ċerimonja u fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-Pavimentar tal-Menqa ġewwa Marsalforn ġiet organizzata mill-Ministeru għal Għawdex, u n-nefqa totali kienet dik ta’ €13,138.50 (VAT eskluż).
Leg 13 PQ #19573 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – contracts of service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw contracts of service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti ukoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 10896, tlabt biex il-kumplament tat-tagħrif jinġabar. Appena dan ikun disponibbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #19719 Sitting 436 2021-03-08 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema taħt il-Community Scheme Workers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18105 u 16997 u jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema tal-Iskema (Community Scheme Workers) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid taħt liema Direttorat jiffurmaw parti dawn il-ħaddiema, kif ukoll jgħid x'inhu xogħolhom, kif ukoll jgħid x'korsijiet sarulhom sa issa lil dawn il-ħaddiema u x'korsijiet hemm ippjanati li jsirilhom matul is-sena 2021 mill-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #19245 Sitting 435 2021-03-03 Oral · Final From: THERESE COMODINI CACHIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #19513 Sitting 435 2021-03-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Riabilitazzjoni tal-Wied tar-Ramla

Question

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-aħħar ġranet ta’ Awwissu 2020 rigward proġett ta’ iktar minn żewġ miljun euro ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għar-riabilitazzjoni tal-Wied tar-Ramla fejn kien intqal li kellu jibda x-xogħol, jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex dan ix-xogħol fuq dan il-proġett u jekk iva x’sar sa issa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar xogħol fuq id-disinn tal-istruttura tal-ħitan tas-sejjieħ li se jinbnew. Dawn id-disinni ivarjaw skont l-għoli tal-ħamrija minn mal-wiċċ tal-blat u ivarjaw ukoll minn parti għal oħra. Dawn id-disinni issa tlestew u x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġranet li ġejjin.
Leg 13 PQ #19514 Sitting 435 2021-03-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Dar San Ġużepp — tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Tender to Finish, Furnish, Equip, Operate, Manage, Maintain and Transfer Back Dar San Ġużepp, Għajnsielem, Gozo as a Long Term Care Facility for Elderly with Environmental Friendly items' (CfT CA Unique ID: CT2281/2019) li għalqet fit-22 ta' Settembru 2020 u jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni ta' din l-imsemmija tender u meta hu maħsub li tiġi awarded din it-tender u tibda tiġi imwettqa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Leg 13 PQ #19395 Sitting 434 2021-03-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nagħmel referenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 2541, 11393 u 16602, ninfurmah li minn Ottubru ta’ din is-sena sal-lum, il-Ministeru għal Għawdex irċieva erba talbiet skont il-Freedom of Information Act. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.