Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1763 Sitting 29 2008-07-07 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mument — Editur/Aġent Editur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni reġistrati bħala editur jew aġent editur tal-gazzetta "Il-Mument" mid-9 ta' Lulju, 1972 'l hawn u l-perjodu li damu f'din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1293 Sitting 28 2008-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna Sospiża — Tingħata full pay

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 889, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hiex il-prassi normali kemm fil-MEPA kif ukoll fit-tmexxija tal-gvern li persuni li jkunu sospiżi jibqgħu jingħataw full pay? Jekk ma jsibx oġġezzjoni, jista' jgħid min hi l-persuna u x'xogħol kien jagħmel fil-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-azzjonijiet li l-MEPA tieħu fuq każijiet ta' persuni li jkunu sospiżi huma regolati bil-provvedimenti tal-Collective Agreement bejn il-MEPA u l-union konċernata. Fil-każ imsemmi, li jikkonċerna persuna fil-grad ta' Principal Technical Officer, il-każ tiegħu qed ikun rivedut
Leg 11 PQ #1296 Sitting 28 2008-07-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri ta' l-Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-Membri ta' l-Armata li jitilqu mill-armata u jerġgħu jidħlu lura xi żmien wara, fosthom anke snin, iż-żmien li jkunu għamlu qabel ma jgħoddx bħala servizz b'detriment li uħud minnhom jispiċċaw lanqas jilħqu 25 sena servizz? X'inhi r-raġuni li s-suldati u l-pulizija minkejja li t-tnejn huma korp dixxiplinat qed jiġu trattati b'mod differenti minħabba li fil-każ ta' pulizija s-servizz ta' qabel jgħodd?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-pensjoni tas-servizz fil-Forzi Armati ta’ Malta hija regolata skond it-Tielet Skeda ta’ l-Avviz Legali 91 ta’ l-1970. Din telenka ċ-ċirkostanzi li fihom membri tal-Forzi Armati ta’ Malta jistgħu jkunu ntitolati għall-pensjoni tas-servizz f’kaz li s-servizz tagħhom ikun ġie maqtugħ. Jirrizulta wkoll li m’hemmx differenzi jew diskrepanzi bejn iz-zewġ forzi msemmija għajr għal klawsola waħda li tikkonċerna biss lil membri fir-riserva regolari u dan fil-kaz li wieħed jew aktar minn dawn il-membri ‘ jissejjaħ minnha għal servizz permanenti’.

Kaċċa u insib

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond il-liġi, id-deċizjoni dwar il-ftuħ ta’ l-istaġun tal-kaċċa u l-insib issir mill-Gvern wara rakkomandazzjoni ta’ l-ORNIS. Din ir-rakkomandazzjoni għadha ma tressqitx quddiem il-Gvern.
Leg 11 PQ #1415 Sitting 28 2008-07-02 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diving Sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jsir investiment ġdid biex jiġi żviluppati diving sites ġodda, madwar Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1416 Sitting 28 2008-07-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Service Providers

Question

Bħala parti mill-investiment tal-gvern fil-qasam turistiku, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-flus li jitħallsu f'liċenzji mid-diversi service providers għal-liċenzji tagħhom, fil-fatt jgħaddu għand il-kunsilli lokali rispettivi biex dawn ikunu jistgħu jinvestuhom fl-istess lokalita' fejn hemm in-negozju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-rakkomandazzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant ser tiġi mressqa lill-Unit li twaqqfet apposta biex tirċievi il-proposti fil-proċess tar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Il-proposti kollha ser jiġu evalwati sabiex dawk li jkunu fattibbli jiġu implimentati.
Leg 11 PQ #1436 Sitting 28 2008-07-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti Finanzjati mill-EU

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-proġetti li ser jiġu finanzjati mill-Unjoni Ewropea fil-fatt issa ġewx approvati? Jekk iva, liema proġetti fil-fatt ġew approvati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ proġetti li ġew approvati sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008.
Leg 11 PQ #1483 Sitting 28 2008-07-02 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tour agencies — Ħlas addizzjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jiddikjara jekk il-Gvern huwiex edatt mill-fatt li hemm tour agencies lokali li qegħdin jitolbu ħlas addizzjonali għas-surcharge u mbagħad meta l-konsumatur jiċċekkjaw ma' l-Airmalta jiġi ndikat lilu li din mhijiex ġejja mill-Airmalta? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-prassi ma taqbadx art fost l-operaturi fis-settur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1506 Sitting 28 2008-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Shipyards

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif fil-gazzetta "The Times" tas-7 ta' Ġunju 2008 huwa ġie rraportat jgħid li: "The government was looking at all possibilities when it came to the shipyards but it was still too early to comment" iżda mbagħad 11- il jum biss wara, fit-18 ta' Ġunju 2008, il-Gvern ħabbar li t-tarzna se tkun privatizzata? Jista' jgħid liema kienu l-possibilitajiet kollha li l-gvern kien qed iħares lejhom? Jista' jgħid x'ġara matul dawn il-11- il jum biex il-Gvern iddeċieda li mill-possibilitajiet kollha li kien qed iħares lejhom, jagħżel dik tal-privatizzazzjoni ? Jista' jgħid kif fis-7 ta' Ġunju huwa qal li kien għadu kmieni ħafna biex wieħed jikkumenta, iżda mbagħad 11- il jum biss wara l-Gvern ħabbar id-deċiżjoni tiegħu favur il-privatizzazzjoni tat-tarzna ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inżid ma’ l-istqarrijiet pubbliċi li diġa għamilt fejn spjegajt b’mod eżawrenti l-possibbiltajiet kollha li ġew kunsidrati.
Leg 11 PQ #1407 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gżejjer ta' San Pawl — Dawl

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li permezz ta' l-MTA jieħu l-passi neċessarji biex il-Gżejjer ta' San Pawl fil-fatt jinxtegħlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt is-suġġeriment lill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.
Leg 11 PQ #1450 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gnejna — Slipway

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li ssir investigazzjoni permezz tal-MEPA sabiex isir magħruf x'kienet ir-raġuni li fil-Ġnejna, fl-inħawi ta' slipway magħrufa bħala it-Trozz, fejn kien hemm taraġ li kien ilu hemm għal dawn l-aħħar 40 sena u li qabel ma sar fl-istess post kien hemm passaġġ permanenti li kienu jgħaddu minnu s-sajjieda u l-bdiewa, dan l-aħħar tneħħa bir-riżultat li issa min irid jgħaddi minn naħa għall-oħra jrid jimxi max-xifer tal-baħar jew mill-baħar stess? Jista' jara li ssir din l-investigazzjoni ħalli jkun magħruf għaliex dan it-taraġ/passaġġ issa m'għadux jeżisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1452 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Frontex

Question

Jista' Prim Ministru jgħid xi sforzi konkreti saru biex pajjiżna jingħata aktar minn €12,500 li ġie indikat f'risposta parlamentari mill-Unjoni Ewropea in konnesjoni mal-Frontex? Jaħsibx li l-ammont ta' €12,000 huwa wieħed miżeru ? Kemm hi n-nefqa tal-gvern Malti fit-tħaddim taċ-ċentru tal-Frontex f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn din is-sena l-Forzi Armati ta' Malta ser jiġu rifonduti l-ispejjeż kollha relatati ma’ Frontex, kemm dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet kif ukoll dawk li jikkonċernaw iċ-Ċentru tal-Frontex u li jammontaw ferm aktar mill-figura msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Fir-rigward taċ-Ċentru ta’ l-operazzjonijiet din il-figura tkopri spejjeż ta’ natura amministrattiva kif ukoll xiri ta’ Office Equipment, bħal lap tops u apparat ieħor relatat. Ir-referenza li għamel l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari mill-Unjoni Ewropea mhix ċar u għaldaqstant nitolbu jkun aktar speċifiku.
Leg 11 PQ #1502 Sitting 27 2008-07-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal ta' għall-Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-konfront ta' każijiet fejn deċiżjonijiet tat-Tribunal għall-Investigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji baqgħu qatt ma twettqu, fid-dawl tad-dikjarazzjoni li għamel is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Joe Saliba fuq TVM fis-17 ta' Ġunju 2008, li stqarr li huwa jemmen li n-nies involuti f'dawn il-każijiet għandhom jingħataw rimedju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm 13-il każ fejn ir-rakkomandazzjoni tat-Tribunal għall-Investigazzjonijiet ta’ l-Inġustizzji għadha mhix implimentata. Ir-raġunijiet għal dan jinkludu li hemm kawżi pendenti l-Qorti fejn ir-rakkomandazzjoni tat-Tribunal qed tiġi kkontesta, minħabba li hemm kumpaniji li m’humiex tal-Gvern u oħrajn fejn il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku ma qablitx mar-rakkomandazzjoni suġġerita.
Leg 11 PQ #1279 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' skejjel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjoniet għall-bini u/jew għall-alterazzjonijiet fil-bini ta’skejjel? Liema huma l-iskejjel, min għamel kull applikazzjoni u meta saret kull waħda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skond is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha erba' u tletin (34) applikazzjoni għall-bini u/jew alterazzjonijiet ta’ skejjel kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "school", "skola", "skejjel" jew "class room".
Leg 11 PQ #1346 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Greenhouse Emissions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi konkreti se jieħu l-Gvern fil-ħames snin li ġejjin biex inressqu lil pajjiżna lejn low carbon economy fid-dawl li l-greenhouse emissions f'pajjiżna jiżdiedu qegħdin minflok jonqsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Membru li għadu kif twaqqaf kumitat ta’ esperti li xogħolhom se jkun li jfasslu strateġija nazzjonali għat-tnaqqis fl-emissjonijet skond l-obbligi li għandu pajjiżna. Dan il-kumitat beda jiltaqa’ nhar is-26 ta’ Ġunju u l-pjan hu li wara għoxrin ġimgħa jkun preżentat abbozz għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern.
Leg 11 PQ #1348 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

NGOs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk l-NGOs li f'dawn l-aħħar ħames snin ibbenifikaw minn fondi mill-Community Chest Fund? Dawn l-NGOs li bbenifikaw minn fondi huma obbligati li jagħtu rendikont ta' kif jintefqu l-flus u jibagħtu Audited Income u Expenditure Account? Jekk iva, l-NGOs li ħadu fondi mill-Community Chest Fund taw dan ir-rendikont? Kien hemm NGOs li ħadu fondi, imma ma tawx rendikont?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-Malta Community Chest Fund mhix entità governattiva m’iniex f’pożizzjoni li nagħti risposta għal din il-mistoqsija.
Leg 11 PQ #1353 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xogħol ta' kostruzzjoni — Storbju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-regolamenti preżenti tal-kostruzzjoni għadhom jippermettu li xogħol storbjuż jibda fis-7.00 a.m. f'inħawi residenzjali u anke qrib lukandi, bħalma qed jiġri bħalissa fil-każ tal-lukanda Qawra Palace, b'inkonvenjent kbir għat-turisti li qed jilmentaw ħafna u jieħdu impressjoni ħażina ta' pajjiżna? Meta se jinbidlu u jiġu nfurzati r-regolamenti biex nevitaw problemi bħal dawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-regolamenti viġenti il-ħin permessibbli sabiex isir xogħol ta' kostruzzjoni li joħloq ħsejjes u li jinstemgħu minn barra is-sit ta' fejn qed isir ix-xogħol, huwa ristrett li jsir biss bejn is-sebgħa ta' filgħodu u t-tmienja ta' filgħaxija minn barra l-ħdud u l-festi meta m'ghandu jsir xejn. Dan jgħodd għal dawk l-inħawi kollha li huma definiti fl-Iskeda VII Regolament 3 ta' l-Avviż Legali LN 295/07 u li fost oħrajn jinkudu l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar. Għaldaqstant, jekk fil-każ inkwistjoni ix-xogħol qed jibda' fis-7AM, skond kif infurmat l-Onorevoli Interpellant, dan ikun fil-parametri tar-regolamenti preżenti u allura ma jkun qed isir l-ebda ksur tal-liġi.
Leg 11 PQ #1370 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji parastatali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet paralmentari 1162 u 904 u jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' l-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1373 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtoritajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1163 u 905 u jgħid kemm hemm awtoritajiet? Liema huma? Kemm nies kienu jimpjegaw fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April, 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1495 Sitting 26 2008-06-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġonna — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni tal-ġnien a) Kottonera u b) Sta Margerita? Jista' jara li jinqata' l-ammont kbir ta' ħaxix ħażin li hemm, u jinbidlu l-bozoz maqtugħin li hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ġnien Kottonera Ninsab infurmat li r-responsabbiltà tal-manutenzjoni ta' dan il-Ġnien fil-preżent hija tal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. F'dan ir-rigward l-uffiċjal inkarigat ser jiġi mitlub li jispezjona s-sit ħalli jara x'hemm bżonn isir biex isir ix-xogħol li hemm bżonn. Ġnien Santa Margerita Ninsab infurmat ukoll li l-manutenzjoni tal-Ġnien Santa Margerita taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali. Il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali għaddej b’ħidma sabiex id-dwal ta’ dan il-Ġnien jinxtegħlu.