Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-garage indikat fuq is-site plan li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għaliha hemm ukoll korrispondenza, huwiex proprjeta' tal-gvern?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal żvilupp ta' bini fi Triq l-Ilqugħ, Swieqi? X'tip ta' permessi ħarġu, għal kemm-il sular u jekk ġewx sodisfatti l-kriterji kollha tal-MEPA?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew salvati immigranti illegali mill-Forzi ta' l-Ordni din is-sena? Kemm ġew salvati minn Maltin, kemm minn barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li sat-3 ta’ Lulju 2008, il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 614-il immigrant irregolari.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali din is-sena? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern fuqhom is-sena l-oħra? Jista' jgħid fejn qed jinżammu u jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex ikabbar jew iżid in-numru ta' akkomodazzjoni għalihom? Jekk iva, fejn se jsir?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet paralmentari 1370, 1162 u 904 u jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' l-2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 904 u 905, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant li turi liema huma l-awtoritajiet u kumpaniji parastatali li għandu l-Gvern u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema fl-1 ta’ Jannar 2008 u fl-1 ta’ April 2008.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi trasferiment ta' proprjetà tal-Gvern saret lill-kunsilli lokali? Xi proprjetà ngħatat? X'kien l-użu tagħha (jekk fil-fatt kienet qed tiġi użata)? Lil liema kunsill lokali ngħatat u meta ngħatatlu? Hemm xi ħlas fuqha u għalxiex qed tintuża llum? Hemm xi talbiet għal xi trasferiment ta' proprjetà oħra? Xi proprjetà qed jitolbu? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta hemm il-ħsieb li jsir dan it-trasferiment? Il-kunsilli lokali li qed jitolbu tali proprjetà għalxiex se juzawha? Min-naħa tiegħu, il-Gvern għandu xi ħsieb li jittrasferixxi proprjetà tiegħu mhux użata jew mhux użata tajjeb lil xi kunsill lokali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kunsilli lokali ngħataw jew għandhom id-delega ta' amministrazzjoni, tmexxija jew ħarsien tal-librerija pubblika lokali jew regjonali? Meta kull kunsill lokali ingħata din id-delega? Hemm xi talbiet pendenti? Xi progress sar fejn ingħatat id-delega u x'inhi l-policy tal-Gvern f'dan ir-rigward?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet, sena b'sena, l-allokazzjoni finanzjarja diretta u indiretta li ngħata kull kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom 'il hawn? Hemm il-ħsieb li jinbidel il-mod ta' kif tinħadem l-allokazzjoni? Jekk fl-affermattiv, kif se tinħadem u minn meta?
Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tagħhom 'l hawn kemm-il elezzjoni saret għall-kunsilli lokali? Meta saret kull elezzjoni? Kemm-il kandidat ikkontesta kull elezzjoni? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kellu kandidati kull partit f'kull elezzjoni? Kemm kienu eletti kandidati f'kull elezzjoni u f'isem min kienu eletti?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1483 u jiddikjara jekk il-Gvern huwiex edatt mill-fatt li hemm tour agencies lokali li qegħdin jitolbu ħlas addizzjonali għas-surcharge u mbagħad meta l-konsumatur jiċċekkjaw ma' l-Airmalta jiġi ndikat lilu li din mhijiex ġejja mill-Airmalta? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-prassi ma taqbadx art fost l-operaturi fis-settur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni tissorvelja r-reklami li jiġu ppubblikati fil-gazzetti lokali rigward ivjaġġar. Fl-eżerċizzju ta’ din is-sorveljanza d-Diviżjoni diġà infurmat lill-operaturi ta’ dan is-settur biex jindikaw il-prezz totali li għandu jinkludi t-taxxi kollha u spejjeż kollha relattivi. Dan l-eżerċizzju għadu għaddej u nħarġu xi twissijiet lil xi kumpaniji biex jirregolarizzaw xi reklami.
Fir-rigward ta’ pakketti ta’ l-ivjaġġar, kemm-il darba jiġi stipulat fil-kuntratt li l-prezz jista’ jiġi modifikat minħabba, fost affarijiet oħra hemm indikati, żieda fil-
fuel
costs
, dan jista’ jsir sa għoxrin (20) ġurnata qabel it-tluq. F’dan ir-rigward id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni ġieli rċeviet xi ilmenti.
Kemm-il darba dan is-
surcharge
mitlub mill-aġent ikun aktar milli xieraq, wara konferma mal-linja ta’ l-ajru konċernata, il-konsumatur jista’ jressaq l-ilment tiegħu lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni.
Sakemm saret din it-tweġiba jirriżulta li d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni rreġistrat ilment wieħed li jista’ jiġi kklassifikat taħt il-prattika kummerċjali li għaliha tirriferi din il-mistoqsija parlamentari, liema ilment qiegħed jiġi investigat. Din il-prattika kummerċjali tista’ tiġi identifikata biss wara li l-konsumatur iressaq l-ilment tiegħu lid-Diviżjoni u għalhekk huwa essenzjali li l-konsumatur iressaq l-ilment tiegħu lid-Diviżjoni.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' permessi għall-bini ta' industrial areas lokali fuq art tal-gvern bħal fil-każ tal-Mellieħa? Meta hu mistenni li jinħarġu l-permessi għal dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għandha żewġ applikazzjonijiet ssottometti mill-gvern, fuq art tal-gvern, ta' bini ta' industrial areas magħrufa aħjar bħala SME's. Dawn huma tal-Mellieħa u tax-Xewkija.
Fil-każ tal-Mellieħa l-Awtorità għaddeja konsultazzjonijiet ma’ l-Enemalta u ma’ l-Awtorità tat-Trasport. Hu mistenni li jekk ma jkunx hemm ħtieġa ta’ aktar konsultazzjonijiet jew bdil fil-pjanti, r-rakkomandazzjoni mid-direttorat toħroġ fiż żmien xahar minn meta l-perit ta' l-applikazzjoni jagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtorità.
Għar-rigward tax-Xewkija, id-direttorat qed tistenna lill-perit jissotometti dokumenti mitluba xi żmien ilu biex tkompli għadejja bil-proċess ta' l-applikazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol tal-Marfa Action Plan li kienet qed taħdem fuqu l-MEPA? Meta ġie ppublikat l-ewwel draft ta' dan il-pjan u x'ġara fuqu matul iż-żmien sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Public Consultation Draft tal-Marfa Action Plan ġie ppubblikat għal konsultazzjoni pubblika f'Ġunju ta’ l-2002. L-Awtorità rċeviet 23 sottomissjoni mill-pubbliku li ġew analizzati u ġew ifformolati proposti għar-reviżjoni tal-Pjan rigward ħarsien ta' art agrikola u art saqwija, żvilupp turistiku, żvilupp għal camping u għal caravans, ħarsien tal-wirt storiku u żvilupp ta' kmamar viċin il-baħar (beachrooms). Dawn ir-reviżjonijiet jinvolvu konsultazzjoni u diskussjoni kemm interni fi ħdan il-MEPA kif ukoll ma’ diversi dipartimenti u aġenziji tal-Gvern li għadhom ma ġewx konklużi.
Kif jiġu solvuti d-diversi punti li għadhom pendenti, l-Pjan jiġi approvat mill-Bord u mbagħad jintbagħat għall-approvazzjoni tal-Prim Ministru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-bord u l-awtorita' kellhom il-membri mibdula jew konfermati? Min huma l-membri ta' kull bord? Min minnhom servew f'bordijiet oħra qabel u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull membru f'kull bord?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm CEOs, bordijiet u awtoritajiet mal-Gvern? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni u perks ta' kull CEO? Meta ħadu l-appointments u għal kemm tul ta' żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li t-tabella mehmuża turi l-informazzjoni rigward CEO’s fuq bordijiet, awtoritajiet u units fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Rigward informazzjoni relatata ma’ bordijiet li jaqgħu taħt ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Jista' l-Prim MInistru jgħid x'qed jagħmel bħala Ministru tat-Turiżmu flimkien ma' ministeri oħra kkonċernati biex isiru effiċjenti s-sistemi ta' ħruġ ta' visa għall-pajjiżi non-EU biex turisti jiġu minn dawk il-pajjiżi peress li operaturi ta' l-ivvjaġġar qed jilmentaw li qed jitilfu n-negożju għax pajjiżi oħra anki fl-EU qed ikunu iżjed effiċjenti minna biex jiġbdu turisti minn pajjiżi mhux mill-EU?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan is-suġġett jiġi diskuss regolarment bejn l-awtoritajiet turistiċi u dawk ta’ l-immigrazzjoni abbażi ta’ feedback li jinġabar mingħand operaturi fis-swieq konċernati. Ninsab infurmat li dan l-arranġament qiegħed jagħti l-frott u li l-maġġoranza ta’ l-ilmenti u teething troubles li seta’ kien hemm meta bdiet tiffunzjona s-sistema l-ġdida issa ġew indirizzati. Il-partijiet kollha jibqgħu impenjati li jsegwu l-iżviluppi f’dan il-qasam sabiex, fejn possibbli u prattiku, jintroduċu t-tibdil neċessarju sabiex il-ħruġ tal-visa għal turisti minn dawn il-pajjiżi jiġi simplifikat mingħajr ma nikkompromettu s-sistema Schengen.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, mit-twaqqif tal-kunsilli lokali fl-1993 'l hawn, x'kienu l-funzjonijiet, ir-responsabilitajiet eċċ li ngħataw? Hemm il-ħsieb li l-kunsilli lokali jingħataw xi funzjonijiet, responsabbiltajiet eċċ oħra? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma u meta se jingħatawlhom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu s-sindki tal-lokalitajiet kollha fejn hemm il-kunsilli lolaki mit-twaqqif tagħhom 'l hawn? Kemm dam kull sindku fil-kariga u f'isem liema partit kien elett?
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu s-segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali kollha mit-twaqqif tagħhom 'l hawn u kemm dam kull segretarju eżekuttiv fil-kariga?
Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tagħhom 'l hawn kemm kien hemm riżenji minn kull kunsill lokali, min kienu s-sindki jew kunsilliera li rriżenjaw u meta rriżenjaw?
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ma laqax il-proposta tal-GWU sabiex issir task force nazzjonali biex isir pjan dwar il-futur tat-tarzna? Jista' jgħid x'għamel il-Gvern biex jgħin ħalli t-tarznara jsiru produttivi? Jista' jgħid kemm kellu involviment biex jiġi xogħol lejn dawn it-tarznari? Jekk iva, liema xogħol ġie lejn it-tarzna ta' Malta wara l-intervent tal-Gvern? Liema xogħol seta' ġie u ma ġiex għaliex ma konniex tajbin biżżejjed? X'seta sar aħjar f'dawn iċ-ċirkostanzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-politika li “l-Gvern iġib ix-xogħol” m’għadhiex tapplika għaż-żminijiet tal-lum. Illum pajjiżna jeħtieġ li jkollu azjendi li kapaċi jikkompetu fir-realtajiet tas-swieq li noperaw fihom.