Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1743 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq Ta' Mlit

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttur, Transport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1762 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

In-Nazzjon — Editur/Agent Editur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni reġistrati bħala editur jew aġent editur tal-gazzetta "In-Nazzjon" mill-1 ta' Lulju, 1970 'l hawn u l-perijodu li damu f'din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #1763 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mument — Editur/Aġent Editur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni reġistrati bħala editur jew aġent editur tal-gazzetta "Il-Mument" mid-9 ta' Lulju, 1972 'l hawn u l-perjodu li damu f'din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #1798 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Funzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, mit-twaqqif tal-kunsilli lokali fl-1993 'l hawn, x'kienu l-funzjonijiet, ir-responsabilitajiet eċċ li ngħataw? Hemm il-ħsieb li l-kunsilli lokali jingħataw xi funzjonijiet, responsabbiltajiet eċċ oħra? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma u meta se jingħatawlhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Intepellant illi mat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, ir-responsabbilitajiet elenkati f’Artikolu 33 ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali ġew mgħoddija lill-Kunsilli Lokali fuq medda ta’ tlett snin. Barra minn hekk, matul iż-żmien żdiedu ukoll dawn il-funzjonijiet: · Id-delega lill-Kunsilli Lokali ta’ l-infurzar ta’ kontravenzjonijiet relatati ma’ vetturi bil-mutur (Avviż Legali 128 ta’ l-1994); · Id-delega tal-funzjoni li l-Kunsilli Lokali jiġbru, f’isem il-Kummissarju tal-Pulizija, il-ħlas għat-tiġdid tal-liċenzji tal-Pulizija (AL 204 ta’ l-1996); · L-introduzzjoni ta’ l-infurzar lokali ta’ kontravenzjonijiet bl-użu tas-servizzi ta’ Gwardjani Lokali (b’effett mill-1999); · Il-kisi jew l-asfaltar tal-mogħdijiet u toroq, li ma jinkludux ir-rikostruzzjoni tagħhom (emenda fil-liġi li saret permezz ta’ l-Att XXI ta’ l-1999); · Id-delega lill-Kunsilli Lokali ta’ l-infurzar tal-Bye-Laws (AL 32 ta’ l-2000); · Id-delega ta’ l-infurzar dwar sinjali tat-traffiku (A L 32 ta’ l-2000) ; · Id-delega ta’ l-infurzar relatati ma’ żibel u skart (AL 32 /2000); · Id-delega ta’ l-infurzar relatati ma’ l-assentiżmu tat-tfal minuri mill-iskola (AL 32/2000); · Id-delega ta’ l-infurzar relatati ma’ l-użu taċ-ċintorin tas-sigurezza (seat belt) (AL 32/2000); · Id-delega ta’ l-infurzar relatati ma’ l-kontroll tal-klieb (AL 242/2000); · Il-fakultà li kull Kunsill li jkun irid japplika l-Bye-Laws li jirregolaw it-tqegħid ta’ skips m’għandhomx il-ħtieġa li jagħmlu Bye-Laws partikolari iżda japplikaw il-Bye-Laws maħruġa b’mod ġenerali (AL 241/2000); · Delega lill-Kunsilli Lokali għat-twaqqif u bdil tal-bus shelters u l-manutenzjoni tagħhom (AL 292/2001); · Skemi ta’ ipparkjar kontrollat (controlled parking schemes) – 2001; · Permessi li jinħarġu mill-Kunsilli Lokali għal attivitajiet fil-lokalitajiet tagħhom, fosthom (AL 119/2002): § Permessi għal kiddy ride machines u makni tal-bejgħ awtomatiċi; § Id-depożitu ta’ materjal tal-bini u materjal ieħor; § Id-depożitu jew użu ta’ krejn jew makkinarju goff; § Permessi għat-tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet biex jingħata servizz ta’ ikel u xorb f’xi ġurnata jew ġranet speċifiċi (eż. festi, karnival, eċċ); § Twaqqif ta’ xi posta jew kjosk f’xi ġurnata jew ġranet speċifiċi; § Divertiment okkażjonali (eż tombla, fiera, esebizzjoni, logħob żgħir) f’xi ġurnata jew ġranet speċifiċi; § Delega tal-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni relatati ma’ kummerċ minn xi post jew xi suq fil-beraħ · Delega tal-permessi relatati mal-ftuħ tal-uċuħ tat-toroq (AL 313/2002); · Delega lill-Kunsilli Lokali dwar stallazzjonijiet u manutenzjoni tat-tidwil tat-toroq (AL 114/2002); · Żieda mad-delega ta’ l-infurzar lokali, li permezz tagħha Gwardjan Lokali jista’ waqt xi attività jew okkażjoni partikulari li għaliha jkun inħareġ permess jew f’ċirkostanzi ta’ emerġenza, jikkontrolla, jidderieġi u jagħti kull ordni xierqa lil sewwieqa ta’ vetturi (AL 256/2002); · Delega lill-Kunsilli Lokali, li fuq bażi volontarja, jagħmlu kuntratt ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ toroq għan-nom tal-Awtorità tat-Trasport (li għaliha dawn il-Kunsilli Lokali ingħataw is-somma ta’ Lm75,000 fuq medda ta’ 3 snin) – 2003; · Id-delega ta’ kklampjar u tneħħija ta’ oġġetti ta’ ingombru (inklużi vetturi abbandunati u dawk li l-liċenzja tagħhom ma tkunx tħallsitilha liċenzja ta’ triq għal xi sena meta din tkun skadiet b’aktar minn 3 xhur) mill-Kunsill Lokali b’żieda mal-funzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija (AL 405/2003); · Restrizzjoni ta’ dħul tal-vetturi fl-Imdina, liema delega ngħatat lill-Kunsill Lokali Mdina minflok il-Kummissarju tal-Pulizija (AL 359/2004); · Id-delega ta’ l-infurzar lill-Kunsilli Lokali dwar it-tqegħid ta’ billboards fit-toroq (AL 518/2004); Il-Kunsilli Lokali, permezz ta’ arranġamenti amministrattivi ngħatatilhom ukoll il-fakultà li: · Jitolbu għad-devoluzzjnoi ta’ l-amministrazzjoni ta’ proprjetà pubblika b’titolu legali maqbul bejn il-Kunsill Lokali partikulari u d-Dipartiment ta’ l-Artijiet. Dan sar possibbli permezz tal-Policy dwar “Devoluzzjoni Lokali” li daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Marzu 1999 permezz ta’ ċirkulari maħruġa lill-Kunsilli Lokali kollha (Memo 24/1999). Din il-policy tagħti l-fakultà lil kull Kunsill Lokali li jitlob għall-amministrazzjoni ta’ proprjetà pubblika skond 3 kriterji prinċipali, u ċioe’, jekk il-proprjetà tkun: · i. Mitluqa u/jew mhux żviluppata ii. Użata ħażin (misused) jew li tista’ tiġi żviluppata aħjar; jew iii. B’xi mod relatata ma’ xi funzjoni tal-Kunsill Lokali skond il-funzjonijiet statutorji tal-Kunsilli Lokali (dawk stabbiliti fil-liġi tal-Kunsilli Lokali); u · Jagħmlu arranġament mad-Dipartiment tal-Libreriji u l-Arkivji sabiex jamministraw Libreriji Reġjonali u Libreriji Friegħi. Dwar jekk hemmx il-ħsieb li l-Kunsilli Lokali jingħataw xi funzjonijiet u/jew responsabbilitajiet oħra, għadhom qed jidħlu l-proposti fid-dawl tar-riforma li qed isir fil-gvern lokali. Il-proċess għandu jiġi finalizzat lejn l-aħħar ta’ din is-sena fejn jiġi deċiż x’emendi u funzjonijiet ġodda, jekk ikun il-każ, għandhom jidħlu.
Leg 11 PQ #1800 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Sindki

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu s-sindki tal-lokalitajiet kollha fejn hemm il-kunsilli lolaki mit-twaqqif tagħhom 'l hawn? Kemm dam kull sindku fil-kariga u f'isem liema partit kien elett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1800, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi s-Sindki ta’ kull Kunsill Lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum u f’isem liema partit kienu eletti.
Leg 11 PQ #1806 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Proprjeta'

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi trasferiment ta' proprjetà tal-Gvern saret lill-kunsilli lokali? Xi proprjetà ngħatat? X'kien l-użu tagħha (jekk fil-fatt kienet qed tiġi użata)? Lil liema kunsill lokali ngħatat u meta ngħatatlu? Hemm xi ħlas fuqha u għalxiex qed tintuża llum? Hemm xi talbiet għal xi trasferiment ta' proprjetà oħra? Xi proprjetà qed jitolbu? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta hemm il-ħsieb li jsir dan it-trasferiment? Il-kunsilli lokali li qed jitolbu tali proprjetà għalxiex se juzawha? Min-naħa tiegħu, il-Gvern għandu xi ħsieb li jittrasferixxi proprjetà tiegħu mhux użata jew mhux użata tajjeb lil xi kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li turi t-transferimenti jew id-devoluzzjoni ta’ proprjetà tal-Gvern li saret lill-Kunsilli Lokali. F’din il-lista hemm il-proprjetà li ngħatat, meta ngħatat u għalxiex qed tintuża. Nixtieq inżid li meta kienu ġew stabbiliti l-Kunsilli Lokali l-Gvern kien ħa wkoll ħsieb li jipprovdilhom il-bini ta’ l-uffiċċji minn fejn jiffunzjonaw. Dwar talbiet pendenti għat-trasferiment ta’ proprjetà oħra qed inpoġġi fuq il-Mejda, Tabella B li fiha l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Id-Devoluzzjoni ta’ l-amministrazzjoni ta’ propjetà pubblika lill-Kunsilli Lokali issir permezz ta’ ftehim ta’kiri, liema ftehim jiġi ffirmat mid-Direttur ta’ l-Artijiet, is-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #1809 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Amministrazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kunsilli lokali ngħataw jew għandhom id-delega ta' amministrazzjoni, tmexxija jew ħarsien tal-librerija pubblika lokali jew regjonali? Meta kull kunsill lokali ingħata din id-delega? Hemm xi talbiet pendenti? Xi progress sar fejn ingħatat id-delega u x'inhi l-policy tal-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-libreriji kollha, kemm dawk friegħi, kif ukoll dawk Reġjonali, li ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali u bid-data ta’ meta seħħ dan. Preżentament hemm interess mill-Kunsilli Lokali ta’ Santa Venera, Marsaxlokk u Ħal-Tarxien għad-devoluzzjoni ta’ libreriji. Nixtieq inżid li d-Dipartiment għal-Gvern Lokali jalloka ammont ta’ flus kull sena speċifikament lill-Kunsilli Lokali, ħalli dawn ikunu jistgħu jintużaw għal dawn il-libreriji. Isiru ukoll donazzjonijiet ta’ kotba minn diversi entitajiet, inkluzi ambaxxati, għal-libreriji tal-Kunsilli Lokali. Il- policy tal-Gvern hija dik li jappoġġa talbiet għat-twaqqif ta’ libreriji reġjonali jew friegħi. Id-Dipartiment tal-Libreriji jassisti f’għajnuna fl-ixkaffar kif ukoll fil- mentoring u l-ħlas tal-librara kif ukoll klassifikazzjoni tal-kotba. Hi wkoll il- policy tal-Gvern li l-libreriji lokali joffru faċilitajiet ta’ photocopying u riċerka permezz ta’ l- Internet .
Leg 11 PQ #1812 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet, sena b'sena, l-allokazzjoni finanzjarja diretta u indiretta li ngħata kull kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom 'il hawn? Hemm il-ħsieb li jinbidel il-mod ta' kif tinħadem l-allokazzjoni? Jekk fl-affermattiv, kif se tinħadem u minn meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1871 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fairmount

Question

Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx l-Prim Ministru li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1873 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Direct Action

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493 tal-leġislatura l-oħra li kienet ġiet mwieġba mill-Ministru ta' dakinhar responsabbli mill-MEPA, x'qed iżomm lill-MEPA milli tieħu l-passi meħtieġa dwar il-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn allegatament qed jiġu akkomodati persuni barranin f'basement li dwaru suppost ittieħdet direct action, li jinsab taħt żewġ basements oħrajn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1874 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Riklamar fil-ġurnali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kunsiderazzjoni finanzjarja li qed tadotta l-MEPA dwar riklamar fil-ġurnali? Jekk dawn inbidlu milli kienu sa ftit żmien ilu, meta nbidlu u meta ġew fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità tippubblika żewġ tipi ta’ riklami fil-ġurnali, riklami li l-Awtorità hija marbuta legalment li tippubblika (kif speċifikat fl-Att dwar l-Ippjannar ta’ l-Iżvilupp) u riklami oħra li minn żmien għal ieħor l-Awtorità tippubblika bħala parti minn xi kampanja ta’ informazzjoni. L-ewwel tip ta’riklami huma direttament marbuta ma’ l-avviż ta’ l-applikazzjonijiet il-ġodda ta’ l-iżvilupp li l-Awtorità tirċievi ta’ kull ġimgħa. Dawn sa minn meta twaqqfet l-Awtorità ta’ l-Ippjanar sal-ġurnata ta’ llum dejjem ġew ippubblikati fil-gazzetta ta’ nhar ta’ Sibt The Malta Independent . F’Mejju tal-2007, l-Awtorità xtaqet tesplora l-possibilità li tibda tippubblika dawn l-avvizi f’gazzetta bil-Malti. Għalhekk l-Awtorità daħlet f’kuntratt mal- Management tal-gazzetta Illum għal perjodu ta’ sitt xhur. F’Ġunju 2008, l-Awtorità evalwat jekk dan l-avviz fuq din il-gazzetta kienx qed jilħaq il-mira tiegħu għal prezz li kienet qeghda tħallas. Fl-24 ta’ Ġunju l-Awtorità ddeċidiet li twaqqaf dan ir-riklam minħabba raġunijiet finanzjarji. It-tieni tip ta’ riklami, huma dawk ir-riklami li l-Awtorità tippubblika sabiex tinforma lill-pubbliku fuq xi inizzjattiva li tkun qegħda tipprommwovi jew għal xi kampanja ta’ informazzjoni li tkun qegħda tagħmel. F’dawn il-każi l-Awtorità timxi fuq il-prattika li tipprova tifrex ir-riklami fil-ġurnali kollha biex twassal il-messaġġ tagħha. Hawnhekk il-MEPA qegħda marbuta mad-daqs tal-kampanja kif ukoll il-finanzi li jkunu allokati għaliha.
Leg 11 PQ #1889 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwidi — Persuni Liċenzjati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni liċenzjati biex jaħdmu bħala gwidi turistiċi u f'liema lingwi huma liċenzjati biex jagħmlu dan? X'inhu l-impenn tal-Gvern biex jikkontrolla l-abbużi f'dan il-qasam u cioe' biex Maltin u barranin li m'humiex liċenzjati bħala gwidi ma jkomplux jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1907 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Parroċċa ta' Ħal-Tarxien — Permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal-Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1945 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Immigranti Illegali — Mediċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1578 u jgħid kemm huwa stmat li ngħataw mediċini lill-immigranti illegali fis-sena 2007 u fl-ewwel 5 xhur ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1962 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri ta' l-Armata

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1296, jista' l-Prim Ministru jikkonferma allura li ġaladarba m'hemmx differenzi jew diskrepanzi bejn il-forzi msemmija se jibda' jitħallas l-overtime lis-suldati b'mod immedjat u li fil-budget li jmiss għas-sena 2009 se jibda jkun hemm line item għall-overtime bħal tal-pulizija? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx suldati fil-preżent qed jitħallsu ta' l-overtime kemm mill-finanzi ta' l-armata jew minn x'imkien ieħor? Jekk iva, fejn qegħdin jaħdmu dawn is-suldati u min qed iħallashom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1963 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna sospiża — tingħata full pay

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1293, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilha sospiża din il-persuna li tinsab fil-grad ta' Principal Technical Officer? Jista' jgħid ukoll f'liema sens dan il-każ qed ikun rivedut? Kemm tħallset flus din il-persuna minn kemm ilha sospiża sal-ġurnata tal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsilliera — Onorarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li lill-kunsilliera jagħtihom xi forma ta' onorarja? Jista' jgħid jekk kunsillier għandux dritt li jitħallas għall-mobile calls li jagħmel u tal-fuel li juża' waqt il-qadi ta' dmirijietu? Jista' jgħid jekk dawn l-allowances humiex se jiġu reġolarizzati b'xi mod?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), Kunsillier li jkun għamel spejjeż relatati max-xogħol tiegħu bħala Kunsillier, għandu dritt li jagħmel talba għal rifużjoni tagħhom. Wara li s-Segretarju Eżekuttiv ikun ivverifika u iċċertifka dawn l-ispejjeż, dawn jgħaddu għar-rifużjoni. Dwar jekk kunsilliera jingħatawx xi forma ta’ onorarja, din il-proposta hija waħda minn dawk li ser jiġu diskussi fid-dawl tar-riforma tal-Kunsilli Lokali.

Raids

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid kemm saru raids mill-armata matul is-sena 2007? Fejn saru u jekk f'dawn ir-raids sabux affarijiet irregolari u kontra l-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika iktar xi jrid ifisser bil-kelma RAIDS.
Leg 11 PQ #1707 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — twinning agreement

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom twinning agreement ma' kunsilli oħra u ma' fejn ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru: (a) dawk il-Kunsilli li għandhom ġemellaġi u (b) dawk il-Kunsilli li għandhom l-approvazzjoni biex jagħmlu ġemellaġġ imma s’issa għadhom ma ffirmawx tali ġemellaġġ.
Leg 11 PQ #1709 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Surplus u Dejn

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li għandhom surplus illum u kemm? Kemm min-naħa l-oħra għandhom dejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni finanzjarja uffiċjali ta’ kull Kunsill Lokali hi indikata fl-Annual Audited Accounts. L-aħħar Audited Accounts ikopru sal-31 ta’ Marzu 2007 (peress li dawk li jkopru sal-31 ta’ Marzu 2008 għadhom m’humiex finalizzati). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi: waħda li turi dawk il-Kunsilli li kellhom bilanċ pożittiv fil-working capital tagħhom (58 Kunsill) – Lista A; u l-oħra li turi dawk il-Kunsilli li kellhom żbilanċ fil-working capital tagħhom (10 Kunsilli) – Lista B.