Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1951 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diskoteka fil-Mistra — Spjegazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-Ministru preċedenti għall-Ambjent kienx talab spjegazzjoni formali mill-MEPA dwar dak kollu li deher fil-media dwar il-każ tad-diskoteka tal-Mistra fil-leġislatura l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif taf tajjeb il-Gvern mill-ewwel kien talab lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga l-allegazzjonijiet mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ta’ dakinhar.
Leg 11 PQ #1952 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett Fort Cambridge

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għall-allegazzjoni serja tal-kumitat tal-ġurnalisti u ta' l-istitut tal-ġurnalisti Maltin li l-inċident marbut mal-press release dwar l-approvazzjoni tal-proġett Fort Cambridge tefa' dubju serju fuq it-trasparenza u l-integrita' tal-laqgħa tal-bord tal-MEPA u ċ-chairman il-ġdid tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2016 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Akkomodazzjonijiet Battala

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn djar jew postijiet t'akkomodazzjoni battala f'Malta u Għawdex? Liema huma l-għaxar irħula li fihom hemm l-aktar djar jew postijiet battala? Kemm intlaqgħu applikazzjonijiet għall-bini ta' units ġodda (jiġifieri postijiet ta' akkomodazzjoni ġodda) kull sena mill-MEPA għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2132 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ilma minn Pjazza San Gwann Battista

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1982 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Peress li l-ilma li jinżel minn Pjazza San Gwann Battista fix-Xewkija, Għawdex ħafna minnu jispiċċa fi Triq il-Knisja u din it-triq iżżomm ħafna ilma b'inkonvenjent kbir għall-pubbliku speċjalment l-anzjani,jista' jara li tinsab soluzzjoni għal din il-problema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2166 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bajjiet pubbliki

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2043 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurari u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il bajja pubblika hawn fil-gżejjer Maltin? F'kemm minnhom sar xogħol ta' manutenzjoni qabel dan is-sajf? Liema huma? Kemm minnhom huma aċċessibli għal: i) persuni mingħajr bżonnijiet speċjali ii) persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2259 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liċenzja ta' ħanut

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix liċenzja għall-bar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-permessi fuq il-mejda tal-Kamra , ċioe' it-trade licence li kienu joħorġu oriġinarjament u jgħid meta ħarġu dawn il-permessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2301 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Giljan — Zebra Crossing

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1102, fejn hemm indikat li se jsiru railings fi Triq Angelo Pullicino, nixtieq ninforma lill-Prim Ministru li dawn ir-railings qatt ma saru. Jista' jinfurmani liema permit number inħareġ mill-MEPA fuq dan ix-xogħol li sar f'dawn ir-rampi stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Żoni Turistiċi — Fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ivvotati fondi aktar lill-kunsilli lokali ta’ dawk il-bliet u rħula li huma meqjusa bħala żoni turistiċi, speċifikament biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet li din l-industrija titlob fiż-żona tagħhom, għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena, b’sena, lokal, lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2427 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' djar/appartamenti quddiem l-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent ? Kemm hi l-aktar waħda antika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2428 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Minor amendments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta' minor amendments quddiem l-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2429 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Persuni impgejati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-MEPA maqsumin skond ir-responsabbiltajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2430 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Triq Santa Liena - Ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ġibjun li hemm f'Santa Liena, Bormla, hux responsabbilità tal-Kunsill Lokali ta' Bormla jew tal-Gvern Ċentrali? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li kulmin ifettillu jista' jmur u jiġbed l-ilma għal ġol-bowser mingħajr kontroll? Jista' jgħid jekk hemmx xi kontrolli sanitarji fuq dan l-ilma, li fl-akbar probabilità qed jinbiegħ għall-konsum domestiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1415 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diving Sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jsir investiment ġdid biex jiġi żviluppati diving sites ġodda, madwar Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta żviluppat diving site ġdida fiċ-Ċirkewwa billi għarraqna l-patrol boat P29. Qed isiru studji u permessi sabiex tkun tista’ tegħreq l-patrol boat P31 biex b’hekk jinħolqu artificial reefs / wrecks ġodda. Barra minn hekk qiegħed jitjieb l-aċċess għal dive sites eżistenti fosthom iċ-Ċirkewwa. Qiegħed isir improvement ta’ sigurtà fuq is-siti permezz ta’ installazzjoni ta’ cameras. Ser isir ukoll investiment ġdid fl-aċċess tal-ponta tal-Qawra bil-għajnuna ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk dalwaqt ser toħroġ tender sabiex jiġi kkummisjonat Diving Master Plan għal Malta fuq l-istess linji ta’ dak li ġie kkummisjonat għal Għawdex. Din il- Master Plan qed taħseb sabiex jiġu identifikati dawk ix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru fuq id- diving sites eżistenti u anke jiġu identifikati diving sites ġodda.
Leg 11 PQ #1450 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gnejna — Slipway

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li ssir investigazzjoni permezz tal-MEPA sabiex isir magħruf x'kienet ir-raġuni li fil-Ġnejna, fl-inħawi ta' slipway magħrufa bħala it-Trozz, fejn kien hemm taraġ li kien ilu hemm għal dawn l-aħħar 40 sena u li qabel ma sar fl-istess post kien hemm passaġġ permanenti li kienu jgħaddu minnu s-sajjieda u l-bdiewa, dan l-aħħar tneħħa bir-riżultat li issa min irid jgħaddi minn naħa għall-oħra jrid jimxi max-xifer tal-baħar jew mill-baħar stess? Jista' jara li ssir din l-investigazzjoni ħalli jkun magħruf għaliex dan it-taraġ/passaġġ issa m'għadux jeżisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret spezzjoni minn uffiċjali ta’ l-Infurzar tal-MEPA fil-lok indikat fil-Mistoqsija jiġifieri qrib is-slipway fin-naħa tal-Ġnejna magħrufa bħala t-Trozz. Però ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta’ taraġ li ġie maqlugħ fl-inħawi. Għaldaqstant intalbet l-għajnuna kemm ta’ nies midħla tal-post u kemm tal-Kunsill Lokali. Barra minn hekk ġew ukoll konsultati ritratti uffiċjali meħuda mill-ajru u xorta waħda dan it-taraġ li allegatament twaqqa’ ma kienx identifikat. Għaldaqstant ikun apprezzat li, jekk hu possibli, l-Onorevoli Interpellant jipprovdi aktar informazzjoni sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa.

Ħidma Komuni

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk l-Armata u l-Pulizija jikkonrdinawx ħidma komuni flimkien? Jekk iva, f'liema oqsma? Kemm tkun regolari din il-ħidma komuni matul s-sena kalendarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iva, ninsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) u l-Pulizija jikkordinaw ħidma flimkien fl-oqsma tas-sigurtà u ta’ l-immigrazzjoni rregolari. Fil-qasam tas-sigurtà ta’ min isemmi l-ħidma konġunta bejn iż-żewġ forzi waqt iċ-CHOGM2005, Euro Changeover u l-Elezzjonijiet Ġenerali. Ta’ min isemmi s- support kontinwu li tagħti l-iskwadra ta’ l- Explosives Ordnance Disposal (EOD) lill-Pulizija waqt żjarat statali u uffiċjali minn dinjitarji barranin kif ukoll waqt investigazzjonijiet li jikkonċernaw theddid ta’ bombi li jkun hemm minn żmien għal ieħor. Qasam ieħor ta’ kollaborazzjoni huwa fejn jidħlu roadblocks li tagħmel l-Armata b’koordinazzjoni ma’ l-istess Pulizija. Fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni rregolari, wieħed irid isemmi l-ħidma konġunta u kontinwa matul l-operazzjoni Nautilus 2008 fejn membri tal-korp tal-Pulizijja jaħdmu spalla ma’ spalla ma’ membri tal-FAM ġewwa l- Operations Centre tal- FAM. Wieħed jista’ faċilment jgħid li l-ħidma komuni hija kontinwa, tkopri s-sena kollha u li m’hiex limitata għal xi perjodi partikulari.
Leg 11 PQ #1718 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Flus minn ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus kull kunsill lokali miċ-ċitazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1718 nitlob lill-Onorevoli Interpellant ġentilment jindika għal-liema perjodu qed jirreferi.
Leg 11 PQ #1719 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nisa Impjegati maċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn nisa impjegati maċ-ċivil illum u xi grad għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi hemm 11,713 impjegati nisa fis-Servizz Pubbliku. Informazzjoni dwar il-gradi tagħhom u kemm hemm persuni f’kull grad tinstab fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1722 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każi Quddiem il-PSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każi quddiem il-PSC illum? Minn liema dipartiment huma u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.