Legislature:
Category:
Reset
Active:

Payroll tal-Gvern u Kuntratturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13023 u 13108 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza rispettivament u jgħid in-numru ta’: 1. Ċittadini Maltin li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 2. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 3. Ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 4. Maltin li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi); 5. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi) u 6. Ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi)?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Baġit 2024 - Spiża fuq Reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12904 u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li saret mill-Gvern wara d-diskors tal-bagit, li sar nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2023, b’rabta mal-Baġit 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

San Pawl il-Baħar — Uffiċċju tas-‘servizz.gov’

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’servizzi ser ikunu qed jingħataw mill-uffiċċju tas-‘servizz.gov’ li nfetaħ ħdejn il-knisja parrokjali ta’ San Pawl il-Baħar u liema minn dawn is servizzi kienu jingħataw mill-istess uffiċċju fil-Qawra? Jista’ jgħid ukoll jekk is-servizzi li kienu jingħataw mill-Qawra hux ser jibqgħu jingħataw minn hemm ukoll?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ċ-ċentru reġjonali l-ġdid ġewwa San Pawl il-Baħar jipprovdi firxa estensiva ta’ servizzi governattivi, fosthom Sigurtà Soċjali, Taxxa, Anzjanità Attiva, u VAT Grants. Dawn is-servizzi jikkonsolidaw dawk li qabel kienu disponibbli fiċ-ċentru reġjonali tal-Qawra. Bħalissa l-Aġenzija servizz.gov qed twettaq eżerċizzju fost individwi li jżuru ċ-ċentru ta’ San Pawl il-Baħar biex tara mil-liema parti tal-lokalità jkunu ġejjin. Mat-tlestija ta’ dan l-eżerċizzju, l-Aġenzija tkun f’pożizzjoni aħjar biex tiddetermina l-bżonn jekk iċ-ċentru tal-Qawra għandux jerġa’ jiftaħ f’jiem speċifiċi fil-ġimgħa. L-Aġenzija servizz.gov tibqa’ kommessa li tissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini billi tipprovdi servizzi governattivi effiċjenti u ċċentrati fuq iċ-ċittadin.

Linja tat-telefon 153 — Telefonati rigward Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fuq il-linja tat-telefon 153 fuq kwistjonijiet relatati mal-akkomodazzjoni soċjali mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li għas-snin 2020-2022 nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4239, rigward l-2023 ninsab infurmat li kien hemm 61 telefonata.

Applikazzjonijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12156, jista’ l-Prim Ministru jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin il-25 applikazzjonijiet pendenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-korrispondenzi pendenti li għandu l-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq Malta, ġejjin mil-lokalitajiet tal-Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Ħad-Dingli, Ħal Għargħur, Ħal Għaxaq, Il-Gżira, Ħal Lija, Il-Marsa, Marsaskala, Il-Mellieħa, L-Imġarr, Il-Mosta, Paola, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Ħal Tarxien, Ta’ Xbiex, Ħaż-Żebbuġ u ż-Żurrieq. Mill-Mistoqsija Parlamentari 12156 sal-lum ħames Kunsilli Lokali bagħtu risposta għall-pendenzi li kellhom. Il-lokalitajiet li wieġbu għall-korrispondenza li bagħat il-Kumitat huma Ħ’Attard, Ħal Kirkop, Tas-Sliema, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pozizzjonijiet ingaġġati fuq bazi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Monument lil Daphne Caruana Galizia

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet konkreti biex isir monument li jfakkar lil Daphne Caruana Galizia, ġurnalista li ġiet assassinata fis-16 ta’ Ottubru, 2017? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx diskussjoni mal-familja dwar dan? Jekk ma hemmx pjanijiet konkreti, x’qed jistenna l-Gvern biex jibda dan il-proċess?

Response (ABELA, ROBERT)

Diġà kont għamilt il-pożizzjoni tiegħi ċara pubblikament u nibqa’ konsistenti magħha.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Nefqa fuq reklmar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet in-nefqa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Minimum Wage Agreement iffirmat mill-imsieħba soċjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Minimum Wage Agreement iffirmat mill-imsieħba soċjali?

Response (ABELA, ROBERT)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-ftehim li l-Oppożizzjoni kienet mistiedna għall-iffirmar tiegħu u m’attenditx.

Relattività tal-pagi għas-settur pubbliku u s-settur tas-servizzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex se tintilef ir-relattività tal-pagi għas-settur Pubbliku u għas-settur tas-Servizzi? Jista’ jgħid ukoll għaliex ma ddaħħal l-ebda mekkaniżmu kif kien hemm fil-baġit preċedenti?

Response (ABELA, ROBERT)

Pubblikament magħruf li hemm laqgħa skedata mal-unions.

Med9 — Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11628 u 12352, u jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mas-summit tal-Med9? Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmi summit?

Response (ABELA, ROBERT)

Din is-sena kienet waħda importanti ħafna għal-pajjiżna, hekk kif tul is-sena Ministri mill-pajjiżi tal-Mediterran iltaqgħu f’pajjiżna biex iddiskutew diversi suġġetti bil-għan li fil-fora Ewropea nippreżentaw numru ta’ pożizzjonijiet komuni. Fl-aħħar waħda minn sensiela ta' dawn il-laqgħat ġew f’pajjiżna l-Presidenti / Prim Ministri ta’ tmien pajjiżi Mediterranji bħalna; Franza, Spanja, Kroazja, Slovenja, il-Greċja, Ċipru, il-Portugall u l-Italja u l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kummissjoni Ewropea. Lil hinn mid-diskussjoni u qbil dwar diversi temi kienet ukoll okkażjoni biex pajjiżna juri prova ta’ suċċess li qed nagħmlu bl-użu tal-ikbar pakkett ta’ Fondi Ewropew li qatt ġab pajjiżna, u kien hemm l-ewwel żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropea f’Għawdex. It-tagħrif li qed jitlob l-Onor. Interpellant dwar dan l-avvenimenti ta’ suċċess qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Budget 2024 - Spiża fuq Reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li saret mill-Gvern wara d-diskors tal-budget, li sar nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2023, b’rabta mal-Budget 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Monument bħala tifkira ta’ Jean Paul Sofia

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex ikun hemm monument għal Jean Paul Sofia li jkun iddedikat għall-vittmi kollha tal-kostruzzjoni, u simbolu kontra r-regħba u l-egoiżmu li teqred ħajjet in-nies?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-familja ta’ Jean Paul Sofia kienet esprimiet ix-xewqa li fuq is-sit tal-inċident isir ġnien. Il-Gvern huwa miftuħ għal din l-idea.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li minn 69 talba kien hemm 30 li kienu meqjusa bħala konformi mal-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, filwaqt li ħamsa oħra għadhom qed ikunu evalwati.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — defibrillators

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9868 u risposti oħra minn Ministri oħra fuq dan is-suġġett, peress li jidher ċar li fid-dekasteri u l-entitajiet diversi hemm nuqqas serju ta' defibrillators li jistgħu jsalvaw il-ħajja, jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjan hemm, jekk hemm, biex dawn id-defibrillators jiżdiedu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li hemm pjanijiet biex dawn jiżdiedu.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - defibrillators

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9869, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan ifissirx li m'hemm l-ebda defibrillator fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-MCESD hija l-unika entità fid-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

FIAU – Deċiżjonijiet bi Ksur tal-Kostituzzjoni

Question

Fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Qrati ta’ pajjiżna li sabu li deċiżjonijiet tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) kisru l-Kostituzzjoni ta' Malta, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi t-triq ’il quddiem f’dan ir-rigward u x’inhu l-pjan tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12542.

Rapporti dwar jekk high rising buildings humiex earthquake-proof

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10822 dwar rapporti li jindikaw jekk high rising buildings humiex earthquake-proof, jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa l-Ministru responsabbli?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11863.

Summit tal-Med9 — Rendikont

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11628 u jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mas-summit tal-Med9? Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmi summit?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.