Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li talbu għajnuna minħabba problemi ta' saħħa mentali

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15277, peress li fir-risposta qed jingħataw biss il-figuri totali, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-figuri xahar, b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabelli t’hawn taħt, ninfurmaha ukoll illi n-numri ta’ persuni li rrikorrew għal għajnuna permezz tal-helpline 1770 f’Marzu ta’ din is-sena kienu 48, f’April 152 u f’Mejju 138. 2019 Jan Feb Mar Apr May Jun Jul Aug Sep Oct Nov Dec Admissions at MCH 162 157 151 164 162 163 199 174 163 161 151 140 CYPS 46 29 24 30 43 29 30 38 35 32 20 13 Psychology Dept at MCH ( GP referrals) 18 9 22 37 19 22 31 39 36 34 26 15 POP (MDH) & HC mental clinics 101 119 116 146 163 123 171 161 151 163 146 122 2020 Jan Feb Mar Apr Admissions at MCH 163 170 111 91 CYPS 28 24 11 39 Psychology Dept at MCH ( GP referrals) 32 29 25 104 POP (MDH) & HC mental clinics 131 128 48 88

Ministeru għas-Saħħa — tħawwil ta' siġar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-afforestazzjoni ma tagħmilx parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.

Budget 2020 — Saħħa Mentali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14445, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika xi twettaq sa issa dwar il-qasam tas-saħħa mentali din is-sena? Meta se jibda l-bini ta’ sptar ġdid għal kura akuta psikjatrika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-bidu tas-sena bdiet tiġi mplimentata l-Istrateġija tas-Saħħa Mentali. Bdiet tiġi msaħħa l-preżenza fil-komunita’, u s-servizz qiegħed gradwalment jitmexxa biex iseħħ fuq bażi ta’ tliet reġjuni madwar Malta. Dan sabiex is-servizz ikun f’ambjent eqreb u iktar aċċessibli. Meta bdiet il-pandemija tal-Covid, il-Psychiatric Outpatients ġew totalment trasferiti għall-kliniċi ta’ Saħħa Mentali fil-Komunita’. Peress li il-pazjenti li ddaħlu l-isptar kienu qed jidħlu f’’cohorts biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni bil-covid, kellu jitwaqqaf il-proċess li l-pazjenti jiddaħlu taħt it-tim tar-reġjun tagħhom. Bħalissa għaddejin minn ħidma sabiex dan il-proċess jerġa jibda. Ta’ min jgħid li fl-Isptar Monte Karmeli ukoll saret ħidma intensa sabiex dan l-isptar ukoll ikun ippreparat għall-pandemija tal-Covid. Fl-istess waqt saru tibdiliet strutturali kbar kif ukoll ingħata training lill-istaff peress li kellhom jinbidlu l-prattiċi tal-ħidma.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Open Data - datasets

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d- datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna. F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avvi¿ legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il- portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-ka¿ fuq portal jew siti oħrajn.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — konsulenti ingaġġati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti fi ħdan il-Ministeru huma ngaġġati skont il-Manwal rispettiv. Minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt. SENA KONSULENT NATURA TAL-KONSULENZA SKALA RIMARKI 15 ta' Lulju 2018 Mariella Scerri Konsulenza fuq Steward Health Care 3 Part Timer Glenn Bedingfield Konzulenza Inġenerali 4 Part Timer 4 ta’ Settembru 2017 1 ta' Ġunju 2020 Charles Debattista Konsulenza fuq Proġetti 3 Part Timer

Ministeru għas-Saħħa — impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma għandha l-ebda mpjieg jew kuntratt mal-Ministeru għas-Saħħa.

Ministeru għas-Saħħa — ħlas lil persuna

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant ma sar l-ebda ħlas mill-baġit tal-Ministeru tiegħi lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum.

Ministeru għas-Saħħa- karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Raħal Ġdid — Ċentru tas-Saħħa Ġdid - spejjeż

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi spejjeż saru sal-aħħar ta’ April 2020 fil-proġett li qiegħed jsir għal Ċentru tas-Saħħa Ġdid f’Raħal Ġdid? Jista’ jindika kemm huwa previst li jiġi minfuq u jekk il-miri finanzjarji humiex jinżammu jew superati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għal-proġett tal-Paola Hub sal-aħħar t’April 2020, tħallset is-somma ta’ €728,296 f’xogħol ta’ kostruzzjoni kif ukoll fi spejje¿ preliminarji bħal studji u investigazzjonijiet għal Impatt tat-Traffiku, Nar u Ventilazzjoni, Ġeotekniċi, Stħarriġ fuq l-Art, Kontaminazzjoni ta 'Artijiet, Cost Benefit Analysis u Konsulenza dwar Applikazzjoni tal-Unjoni Ewropeja. Minn dan l-ammont, €449,882 ġew minn Fondi Ewropej. Dan il-proġett se jkun jiswa madwar €39 miljun ewro.

HIV — Post-Exposure Prophylaxis

Question

B’referenza għar-risposti parlamentari 15087, 15088 u 15090, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se titlesta l-istrateġija tal-HIV u x’se jiġri minn dawk il-persuni infettati li ma jistgħux jixtru l-mediċini u li bħalissa qed jiddependu minn NGOs li jaħdmu f’dan il-qasam?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15388, ninfurmaha ukoll illi l-istrateġija tal-HIV mistennija tkun mnedija fit-tieni nofs ta’ din is-sena.

HIV – persuni infettati

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15086, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-persuni infettati kienu nisa, kemm irġiel, kemm kienu omosesswali u kemm kienu eterosesswali? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll, għall-istess perjodu (Jannar 2015 sa April 2020) kemm kien hemm każijiet ta’ AIDS f’pajjiżna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Total number of cases HIV AIDS 326 11 Gender Males Females Unknown 275 59 3 Transmission Mode Heterosexual transmission Homosexual transmission Through drugs Through blood products Mother passing it to child transmission Unknown transmission 93 216 1 0 5 22

Imwiet ta’ pazjenti fl-Isptarijiet u Kliniċi tas-Saħħa – żbalji mediċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ żbalji mediċi li wasslu għall-mewt ta’ xi pazjenti fl-Isptarijiet u Kliniċi tas-Saħħa ta’ pajjiżna f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm ebda sentenza mill-qrati ta’ Malta jew Għawdex li kkonfermat mewt ta’ xi pazjent fl-Isptarijiet u Kliniċi tas-Saħħa ta’ pajjiżna li rriżulta minn żball mediku li sar f’dawn l-aħħar ħames snin.

STD — żjarat ta’ klijenti f’massage parlours

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15095, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-GU Clinic ikollux informazzjoni jekk il-mard jiġix trażmess minn attività sesswali marbuta mal-prostituzzjoni? Jekk iva, kemm kien hemm każijiet kull sena marbuta mal-prostituzzjoni minn Jannar 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhuwiex possibbli li tiġi stabbilita b'ċertezza assoluta r-rabta bejn esponiment sesswali speċifiku u t-trasmissjoni tal-infezzjoni virali trażmessa sesswalment peress li certu mard li jkun trasmess sesswalment jista’ jkun ilu għand il-persuna għal diversi snin.

STD — Mard l-aktar komuni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15094, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienet l-età tal-persuni infettati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-informazzjoni miġbura mill-GU Clinic il-chlamydia taffettwa l-aktar lill-adulti żgħażagħ dawk ta’ bejn 19 u it-30 sena filwaqt li informazzjoni dwar l-HPV qatt ma tista tkun b’ċertezza peress li dan il-virus jista’ jkun ilu għand il-persuna għal diversi snin u mingħajr ma jkun hemm sintomi.

STD — Mard l-aktar komuni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15094, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fuq l-istess perjodu ta’ snin (Jannar 2015 sa Mejju 2020), u għal kull sena, kemm kien hemm każijiet ta’ HPV li kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kien hemm każijiet ta’ HPV li żviluppat f’kanċer?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2019 kien hemm 551 raġel u 231 mara infettati bl-HPV. Matul l-2019 kien hemm 16 il-mara li kellha high risk HPV/cervical intraepithelial lesion u li ġiet referuta għad-dipartiment tal-Ġinekoloġija għal aktar investigazzjonijiet.

Imwiet kawża tat-tipjip

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm persuni li mietu f’pajjiżna minħabba mard relatat mat-tipjip mis-sena 2017 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-reġistru Nazzjonali tal-Imwiet kien hemm 387 mwiet minħabba mard relatat mat-tipjip fis-sena 2017. Kien hemm 305 irġiel u 82 nisa.

HIV — Post-Exposure Prophylaxis

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15087, jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Istrateġija Nazzjonali tal-HIV hux qed jikkonsidra li pazjenti jħallsu għall-mediċina permezz ta' installments?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15087.

HIV — Post-Exposure Prophylaxis

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15088 u 15087, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15088 u jikkonferma hux minnu li pazjenti li ma jkollhomx €600 fi żmien 72 siegħa minn meta possibbilment ikunu ħadu l-virus tal-HIV, ma jingħatawx mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa jagħti l-mediċini kollha ndikati u li huma fuq il-formularju tal-gvern irrispettivament mid-dħul finanzjarju tal-pazjent.

Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali: Lokalitajiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni bi problema ta’ saħħa mentali fil-preżent li qed jgħixu waħedhom fil-komunità u jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet jgħixu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din it-tip ta’ informazzjoni ma tinġabarx.

Ċentri għal Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali/Rehab. Centres

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta twaqqfu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni bi problema ta’ saħħa mentali u jekk matul din is-sena hux se jitwaqqaf xi Ċentru ieħor għall-benefiċċju ta’ dawn il-persuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Gvern nieda pjan ta’ strateġija nazzjonali għas-Saħħa Mentali fejn se jiffoka l-ħidma f’dan is-settur għall-għaxar snin li ġejjin. Fost oħrajn se jsiru tibdil strutturali, jingħata aktar servizzi, taħriġ u sapport kemm lill-pazjenti, u l-qraba, iżda wkoll il-ħaddiema involuti fis-settur. Din il-ħidma tinkludi ukoll il-promozzjoni tas-saħħa mentali fl-iskejjel u postijiet tax-xogħol, u tibdil fis-servizzi ta’ saħħa mentali biex dawn jingħataw fil-komunità u b’mod eċċezzjonali. Bħala linja gwida s-servizzi ta’ Kura għas-Saħħa Mentali qed ikunu integrati mal-kumplament tal-kura medika.