Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi biex dan iċ-ċentru jsir aktar attrezzat u jaqdi aħjar lill-klijenti ta’ din l-entità? Jista’ jgħid fiex wasal il-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea f’Dar il-Mediterran?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat li f’dawn l- aħħar tlett snin, rajna tkabbir b’saħħtu u bla preċedent fid-domanda għas-servizzi li joffri Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Għal dan il-għan, iċ-Ċentru nieda programm ta’ investiment f’infrastruttura li jinkludi fost l-oħrajn:
· Rinnovar ta’ żewġ swali (David Bruce u Vassalli) li jikkonsisti prinċipalment f’xiri ta’ apparat modern awdjo-viżiv li jintuża għas-suq tal-konferenzi;
· Tibdil ta’ sala żdingata, f’żewġ
studios
għaż-żfin, mgħammra apposta għal dan il-għan, li qed taqdi l-komunita’ kulturali fosthom il-Kumpanija Nazzjonali taż-zfin magħrufa aħjar bħala Żfin Malta;
· Restawr ta’ terazzin li jagħti fuq il-Port il-Kbir b’veduti mill-isbaħ;
· Relokazzjoni tal-uffiċini sabiex minflokom setgħu jinħolqu aktar spazji li jaqdu s-suq tal-konferenzi l-kbar;
Saru proġetti strutturali oħra, li ġew traskurati fl-imgħoddi b’konsegwenza ta’ telf ta’ bejgħ, fosthom :
· Għall-ewwel darba ġiet installata, sistema ta’ arja kkundizzjonata fis-sala Sacra Infermeria, li sa ftit żmien ilu ma setgħatx tintuża għal żmien twil matul is-sena minkejja d-domanda kbira għaliha. Dan l-investiment qed isarraf f’domanda akbar u għalhekk fi qliegħ akbar għaċ-Ċentru minħabba tnaqqis f’infiq f’armar temporanju li kien ikollu jinkera mill-klijenti fix-xhur sħan u f’dawk kesħin.
Xogħolijiet oħra kienu meħtieġa fis-seħħ għas-saħħa u s-sigurta’ fosthom
· Installazzjoni ta’ sistema ta’
Fire detection
u mmoderniżżar ta’ apparat tat-tifi tan-nar ;
·
Switchgear
ġdid bil-għan liċ-Ċentru joffri servizz superjuri billi jipprovdi kurrent stabbli,
load
ta’ elettriku akbar, flessibilita’ u ħarsien minn inċidenti serja minħabba apparat qadim;
· Restawr u preservazzjoni tas-saqaf storiku tal-injam tas-Sacra Infermeria li jgib madwar 400 mitt sena sabiex dan il-wirt imprezzabbli illum jista’ jitgawda mill-pubbliku in ġenerali. Dan il-proġett serva wkoll biex jitneħħa l-periklu minħabba l-qagħda li kien jinstab fih qabel ir-restawr.
Fondi tal-Ewropa
Mal-approvazzjoni tal-applikazzjoni, il-Management beda mill-ewwel jaħdem bis-sħiħ fuq l-implimentazzjoni. Saru laqgħet ta’ konsultazzjoni ma diversi entitajiet fosthom l-Awtorita’ tal-Ippjanar, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kultural, l-UNESCO u l-KNPD sabiex niżguraw li kollox jimxi mar-regolamenti. Dawn taw l-approvazzjoni sabiex b’hekk seta’ jinbeda’ il-proġett. Xi tenders diga’ ġew aġġudikati u oħrajn qed jiġu ppubblikati. Ix-xogħolijiet strutturali mistennija li jibdew dalwaqt. Ser jinbeda ir-restawr tal-kappella tas-Sagrament u restawr ta’sala storika oħra li ma kienetx miftuħa għall-pubbliku. Din tal-aħħar ser tiġi armata b’apparat mill-aktar modern sabiex isservi għat-tkabbir tas-suq tal-konferenzi. Wara dawn mistennija jinbdew il-proġett tal-bejt li ser jinfetaħ għall-pubbliku għall-ewwel darba, ir-restawr u l-preservazzjoni ta’ xelters, il-ftuħ għall-pubbliku ta’ sala oħra storika li tinstab taħt is-sala La Valette u installazzjoni ta’ mużew virtwali b’teknoloġija moderna liema bħalha li ser tieħu lill-viżitaturi lura fiż-żmien biex jesperjenzaw kif dan il-bini kien jintuża f’dawn l-450 sena ta’ storja.
Dar il-Meditteran – problema ta’ storbju minn makkinarju antik
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda tiġi indirizzata l-problema ta’ storbju minn makkinarju antik f’Dar il-Mediterran bil-għan li ma jinħoloqx inkonvenjent żejjed lir-residenti tal-inħawi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Is-sena l-oħra, il-Management ta’ Dar il-Meditteran nieda programm ta’ investiment f’immoderniżżar ta’ apparat antik li huwa sors ta’ ħsejjes u ineffiċenzja. Dan l-apparat jintuża għas-sistema tal-arja kkundizzjonata. S’issa diġà saret nefqa sostanzjali b’dan il-għan, f’installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ arja kkundizzjonata fis-Sacra Infermeria li titħaddem b’teknoloġija l-aktar moderna bl-anqas ħsejjes possibli.
Din is-sena se tinbidel ukoll is-sisema tal-arja ikkundizzjonata tal-akbar sala, is-Sala Repubblika, li se telimina l-akbar sors ta’ inkonvenjent speċjalment lejn in-naħa ta’ Triq l-Isptar u Triq it-Tramuntana. Fil-futur qrib, ikun imiss l-installazzjoni tas-sala La Valette bil-għan li tkompli titjieb l-effiċjenza u tnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti tan-naħa ta’ Triq l-iBjar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lukandi li kellhom liċenzja/permessi fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) sena b'sena, lokalità b'lokalità bejn Jannar 2010 u Settembru 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li fil-perjodu bejn Jannar 2010 u Settembru 2017, in-numru ta’ lukandi liċenzjati fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar (inklużi Buġibba u Qawra) u l-Mellieħa kienu:
Sena
Buġibba
Qawra
San Pawl il-Baħar
Xemxija
Mellieħa
2010
10
22
2
2
11
2011
10
21
2
2
11
2012
8
21
2
2
11
2013
9
21
2
2
11
2014
9
21
2
2
11
2015
10
20
2
2
11
2016
10
20
2
2
11
2017
10
22
2
2
11
Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ lukandi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-applikazzjonijiet għall-bini ta' lukandi ġodda fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar u jindika liema huma u f’liema żoni saru l-istess applikazzjonijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li n-numru t’applikazzjonijiet għall-bini ta’ lukandi ġodda fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar għas-sena 2017 huma:
· Lukanda ta’ 3 stilel fil-Mellieħa
· Lukanda ta’ 3 stilel f’San Pawl il-Baħar
· Estensjoni ta’ lukanda ta’ 3 stilel f’San Pawl il-Baħar
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li applikaw biex jibdew xi wieħed mill-korsijiet fil-livell ta’ Baċellerat li tniedew mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) aktar kmieni din is-sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Istitut għall-Istudju Turistiċi (ITS) li n-numru ta’ studenti li din is-sena applikaw biex jibdew xi wieħed mill-korsijiet fil-livell ta’ Baċellerat huwa ta’ 142.
132 student se jibdew l-istudji tagħhom fl-ewwel sena. Ħafna minn dawn huma studenti tal-ITS li lestew id-
Diploma
tal-ITS u issa bdew l-ewwel sena li hija ukoll ekwivalenti għal
Higher National Diploma
. 10 studenti daħlu direttament fit-tieni sena tal-kors peress li temmew b’suċċess il-
Higher National Diploma
fl-istudji rispettivi tagħhom.
ITS – proċess biex persuni jerġgħu jidħlu fl-edukazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) biex jiġi ffaċilitat il-proċess biex dawk li diġà jaħdmu fis-settur turistiku jerġgħu jidħlu fl-edukazzjoni u b’hekk jgħollu l-livell ta’ ċertifikazzjoni tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), permezz tal-programm ‘Recognition for Prior Learning’, qed jindirizza l-ħtiġijiet ta’ individwi li bħalissa huma impjegati fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità b'esperjenza estensiva miġbura matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom, li qed ifittxu li jkomplu l-ħiliet tagħhom u jiksbu kwalifiki formali akkreditati.
Dan il-proċess ġdid huwa mfassal biex jiżgura li r-riżorsi umani tagħna fi ħdan l-industrija tat-turiżmu jistgħu jaraw it-turiżmu u l-ospitalità bħala karriera, permezz ta’ taħriġ akkademiku u prattiku, minbarra wkoll qafas ta' akkreditazzjoni formali grazzi għall-kooperazzjoni bejn ITS u Università Haaga-Helia tal-Finlandja.
Permezz ta’ din il-miżura, aħna mhux biss qed inwasslu valur formali għax-xogħol u l-għarfien miksub fuq ix-xogħol minn dawk li kienu qed jikkontribwixxu għas-suċċess ta' din l-industrija, iżda se nkunu qed nirrispondu malajr il-kisba ta’ kwalifiki akkreditati professjonali permezz tal-firxa ta' korsijiet disponibbli fl-ITS. Dan fl-aħħar se jagħtihom l-opportunità li jkomplu jikkonsolidaw il-karrieri tagħhom,
Jiena ċert li ħafna nies validi fl-industrija tat-Turiżmu u l-ospitalità li mhumiex iċċertifikati jistgħu jibbenefikaw immens permezz ta’ dan il-programm peress li jistgħu jżidu l-viżibilità u l-valur tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom miksuba barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 828, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-isponsorships li ngħataw mill-Awtorità tat-Turiżmu li rrefera għalihom fit-tweġiba u jgħid kemm-il sponsorship ingħata, lil min u f’kull każ kemm kien l-ammont?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-isponsorships li ngħataw mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu huma kollha relatati ma’ attivitajiet ta’ natura turistika li l-maġġorparti tagħhom ilhom jiġu sponsorjati għal snin sħaħ. Dawn l-isponsorships jgħaddu mill-iskrutinju ta’ Kumitat imwaqqaf apposta għal dan il-għan. L-isponsorships li ingħataw mill-MTA kienu għal dawn l-attivitajiet:
· Police Week 2017
· FatBoy Slim
· Iċ-Ċittadella Concert
· Malta Military Tattoo 2017
· Mdina Grand Prix 2017
· Treasure Hunt 2017
· Round Malta Kayak Race
· MAHE
Ministeru għat-Turiżmu – reklamar fuq Facebook — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 783 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa f’reklamar fuq is-sit soċjali Facebook mill-entitajiet fi ħdan l-istess Ministeru matul il-perjodu msemmi kienet ta’ €16,689.27. Nirrimarka li l-Facebook kien għodda integrali mill-kampanja ta’ reklamar biex inkunu nistgħu nippromwovu t-turiżmu f’Malta. Fil-fatt, mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, kienet l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) li assorbiet kważi s-somma kollha.
Konverżjoni ta’ Eks Sptar Navali fl-Imtarfa fi Skola Internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x’benefiċċji se jkun qed jiggwadanja minnhom pajjiżna, bil-konverżjoni tal-eks-Sptar Navali fl-Imtarfa fi skola internazzjonali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-iskola internazzjonali se tkun immirata għal tfal ta’ persuni barranin li jkunu qed jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna. Din se tippermettilhom li jistudjaw kurrikulu bi standards internazzjonali, liema kurrikulu se jkun jista’ jitkompla f’pajjiżhom la darba jitilqu minn Malta. Din l-iskola se tkun qed tattira aktar familji barranin biex jiġu jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna, hekk kif permezz ta’ din l-iskola internazzjonali, uliedhom se jkunu qed jibbenefikaw minn kontinwita’ fl-istudju tagħhom.
Mill-banda l-oħra, anke l-poplu Malti se jkun qiegħed jibbenefika minn din l-iskola hekk kif ta’ kull sena l-operaturi tagħha se jkunu marbuta li joffru numru ta’ boroż ta’ studju lill-istudenti Maltin u Għawdxin mingħajr l-ebda ħlas.
Jista’ l-Ministru jindika fiex wasal il-proġett tar-riġenerazzjoni ta’ Birżebbuġa li kien imwiegħed fil-Baġit 2017? Liema entitajiet huma involuti f’dan il-proċess u sa meta se jkun ippubblikat il-pjan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Saru diversi laqgħat ma’ diversi stakeholders sabiex ikun ippreparat dan il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni għal Birżebbuġa fosthom mal-Kunsill Lokali, Komunita’ Kummerċjali, Għaqdiet Volontarji, LEAP, Heritage Malta, ERA, Planning Authority, Malta Freeport, GDP, Uffiċjali responsabbli mill-Portijiet, Transport Malta, Sports Malta, il-Ministeru għall-Ambjent, Ministeru għall-Edukazzjoni, kif ukoll laqgħat mal-pubbliku.
Grand Harbour Regeneration Corporation — interventi
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf x’interventi għamlet il-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) fi Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta, matul l-2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-GHRC li fi Triq id-Dejqa, l-Belt installat ħamsin (50) lanterna bi stijl Vittorjan u b’teknoloġija ta’ LED matul it-triq kollha, li jinkludi stallazzjoni ta’ elettriku ġdid ukoll. Dawn twaħħlu minflok tmien (8) lampi konvenzjonali li kien hemm qabel.
Proġett tal-Biskuttin u Pjazza ta’ Tritoni — konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf x’konsultazzjoni saret fit-tfassil tal-proġett tal-Biskuttin u Pjazza ta’ Tritoni b’mod partikolari dwar aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li fil-fażi tal-ippjanar tal-proġett, il-GHRC għamlet diversi laqgħat ma’ numru ta’ stakeholders fosthom il-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilita’ (KNPD). Mal-Kummissjoni, il-GHRC pproponiet, u eventwalment intlaħaq qbil, li l-pavimentar mill-Biskuttin sad-daħla tal-Belt ikun indikattiv għal persuni neqsin mid-dawl. Dan huwa l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu f’Malta fejn pjazza sħiħa ser tkun ukoll għall-użu aktar komdu mill-persuni neqsin mid-dawl.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm lukandi jew postijiet ta' akkomodazzjoni turistika li huma reġistrati u li qed joperaw fit-tlitt ibliet tal-Kottonera (Bormla, l-Isla u l-Birgu)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal lukandi jew postijiet ta' akkomodazzjoni turistika fl-istess tlitt ibliet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li preżentement għandha dawn il-liċenzji li jikkwalifikaw bħala akkomodazzjoni turistika fit-tlitt ibliet tal-Kottonera:
Akkomodazzjoni
Birgu
Bormla
Isla
Lukandi
0
0
0
Guesthouses
1
2
0
Hostels
0
0
0
Holiday Furnished Premises (postijiet għal btala)
18
13
11
Host Families
(ma’ familji ospitanti)
0
4
4
L-Awtorità preżentament qegħdha tipproċessa numru t’applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni turistika fit-tlitt ibliet – 14-il applikazzjoni għal Guesthouses u applikazzjoni waħda għal Hostel.
Il-Mellieħa – Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi) – applikazzjoni għal lukanda ġdida
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fid-daħla tal-Mellieħa (Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi) hemmx applikazzjoni sabiex tinbena lukanda ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti sottomessi lill-awtoritajiet konċernati dwar il-bini ta’ din il-lukanda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li ġiet irreġistrata applikazzjoni sabiex tinbena lukanda ġdida ta’ tlett stilel fid-daħla tal-Mellieħa. Rigward il-pjanti sottomessi nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
ITS – problema ta’ nuqqas ta’ gwidi fis-settur tat-turiżmu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), fid-dawl ta' swieq ġodda fis-settur tat-turiżmu qed jindirizza l-problema ta’ nuqqas ta’ gwidi fis-settur tat-turiżmu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li qed isir sforz kbir biex jinfetħu opportunitajiet lil dawk li jixtiequ jsiru gwidi fis-settur turistiku. Fis-sena akkademika 2015/16 in-numru ta’ studenti li kienu qed jistudjaw għall-gwida kien ta’ 35, filwaqt li s-sena akkademika li bdiet issa, 2017/18 in-numru ta’ studenti tela’ għal 52, jiġifieri żieda ta’ 48%. Dan sar billi l-kors part time li kien jiftaħ kull 3 snin issa qiegħed jiftaħ kull sena. Bħalissa hemm 20 student full-time u 32 student part-time.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir biex swieq ġodda turistiċi, bħal dak Ċiniż, ikunu moqdijin fil-futur?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li fis-sena 2018 se jigradwaw l-ewwel 8 gwidi li jitkellmu bil-lingwa Ċiniża. Dawn ser ikunu ferm bżonnjużi biex dan is-suq ikun moqdi aħjar.
ITS u entitajiet barranin – Memorandum of Understanding
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm mid-diversi Memorandum Of Understanding (MOUs) li ġew iffirmati bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) u entitajiet barranin u/jew lokali ffirmati li ġew iffirmati fl-aħħar erba’ snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) li sar ħafna xogħol u ħafna mill-MOUs iffirmati issa qed jagħtu r-riżultati mixtieqa.
MOU ma’ Haage-Helia University of Applied Science, Fillandja – ġew iffirmat żewġ ftehimiet. Wieħed li qed jara 17-il akkademiku javvanzaw fil-livell akkademiku tagħhom għal benefiċċju tal-istudenti tal-ITS. U permezz tal-ftehim l-ieħor f’Settembru 2017 infetaħ l-ewwel
degree
f’Malta fl-
International Hospitality Management
. Għal dan il-kors inkitbu 27 b’mod dirett u 30 billi qed jagħmlu HND li hija ekwivalenti għall-ewwel sena ta’ dan id-
degree
.
MOU mal-Istitut Paul Bocouse ta’ Lyon fi Franza – ftehim li permezz tiegħu f’Settembru 2017 infetaħ l-ewwel f’Malta
Degree in Culinary Arts
. Għalih daħlu 69 student.
MOU ma’ DAN Europe (Divers Alert Nertwork Europe) – ftehim li permezz tiegħu ħloqna ISDSM (International School of Diving Safety & Medicine) li hija bbażata fil-Qala Għawdex. L-għan huwa li jiġu mħajjra studenti barranin u kif ukoll Maltin li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom fis-settur tad-
Diving Safety
u
Diving Medicine
. Fis-sajf li għadda kellna l-ewwel grupp ta’ studenti internazzjonali li għamlu l-
internship
tagħhom u l-pass li jmiss huwa li jiġi akkreditat kors li jkun jista’ jibda fis-sena 2018.
MOU mal-Universita’ ta’ Malta – ftehim li permezz tiegħu f’Settembru 2017 infetaħ l-ewwel
Degree in Gastromomy
f’Malta. Għalih daħlu 6 studenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi utilizzat aħjar il-campus tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) fil-Qala Għawdex u xi pjani hemm għall-futur?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sar sforz enormi biex il-kampus tal-ITS ġewwa Għawdex ikun utiliżżat aħjar. Apparti li ppruvajna nħajjru studenti Għawdxin jidħlu fl-industrija turistika, ġew introdotti modi ġodda ta’ kif dan il-kampus ikun ta’ benefiċċju kemm għall-ITS kif ukoll għal Għawdex.
Fl-2016 kellna l-ewwel grupp ta’ studenti Għawdxin jistudjaw fil-
Foundation Level
. Huwa ta’ pjaċir ngħid li l-maġġoranza tagħhom komplew javvanzaw u issa qegħdin jistudjaw fis-
Certification Level
f’Għawdex stess.
Ġie ffirmat ukoll ftehim mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fejn studenti tal-Form 4 li qed jistudjaw l-Ospitalita’ fl-iskejjel sekondarji t’Għawdex, jagħmlu s-sessjonijiet prattiċi tagħhom fil-kampus tal-ITS ġewwa l-Qala. Ipparteċipajna ukoll fi Skola Sajf biex nibdew inħajjru studenti, anke minn eta’ żgħira, jidħlu fis-settur turistiku.
Sar ukoll ftehim ma’ DAN Europe (Divers Alert Nertwork Europe) li permezz tiegħu ħloqna ISDSM (International School of Diving Safety & Medicine) li hija bba¿ata fil-Qala Għawdex. L-għan huwa li jiġu mħajjra studenti barranin u kif ukoll Maltin li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom fis-settur tad-
Diving Safety
u
Diving Medicine
.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna / kumpanija msemmija ingħatat xogħol ta’ konsulenza kif indikat fit-tabella hawn taħt:
Dipartiment/Entita'
Sena
Valur/Ħlas tax-Xoghol €
Malta Film Commission
2017
€480
GHRC
2017
€5,200
B’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 110, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat li fil-perjodu msemmi ma ingħata l-ebda transfer lill-ħaddiema fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li mmexxi.