Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati xogħlijiet sabiex ikun hemm aċċess aħjar għall-bajja ta' St Peter’s Pool f'Delimara?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed twettaq diversi xogħlijiet infrastrutturali sabiex itejjeb il-kwalità ta’ għadd ta’ toroq li nużaw aktar ta’ spiss fis-sajf, fosthom toroq li jwasslu għall-bajjiet.
L-ewwel xogħlijiet bdew bil-bini mill-ġdid ta’ parti mit-triq tax-xatt tax-Xemxija (Triq il-Pwales), il-konnessjoni ewlenija lejn il-Mellieħa u nħawi oħra tan-naħa ta’ fuq tal-pajjiż, fosthom l-Għadira, l-Armier, iċ-Ċirkewwa u l-Marfa. Dan ix-xogħol issa tlesta u bħalissa, qed isir xogħol ta’ tiswija urġenti fl-istruttura tal-pont ta’ Triq il-Mistra u tiswijiet u asfaltar fit-triq ewlenija bejn ix-Xemija u l-Mellieħa, inkluż it-telgħa ta’ Selmun, aktar ‘il fuq f’din l-istess rotta. Għaddej ukoll ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-Bypass tal-Mellieħa.
Fil-jiem li għaddew tlesta l-bini mill-ġdid tat-toroq li jwasslu għax-xtajta ta’ Għar Lapsi, b’investiment ta’ aktar minn nofs miljun Ewro.
Bdew ukoll it-tħejjijiet tal-ewwel fażijiet ta’ proġett parzjalment iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea, sabiex gradwalment jinbnew mill-ġdid it-toroq fil-kampanja li miż-Żejtun iwasslu għal Tas-Silġ, Delimara, Marsaxlokk, Xrobb l-Għaġin, il-Bajja tal-Kalanka, il-Ħofriet u St Peter’s Pool. Dawn it-toroq jinkludu Triq Delimara u Triq Xrobb l-Għaġin, li bejniethom għandhom tul ta’ madwar sitt kilometri. L-ewwel fażijiet ta’ dan il-proġett, fil-ġimgħat li ġejjin, se jinkludu t-triq u l-passaġġ tal-mixi li jwasslu għal St Peter’s Pool, li f’dawn l-aħħar snin saret waħda mill-aktar bajjiet popolari fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Din il-ħidma kollha fl-inħawi taż-Żejtun u Marsaxlokk mistennija tilħaq investiment ta’ €1.8 miljun, b’madwar 21,000 metru kwadru ta’ asfalt ġdid.
Is-Siġġiewi – Triq Salvu Curso u Trejqet l-Anġli – ħajt ta’ lqugħ
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5674, jista’ l-Ministru jitlob studju sabiex titwessa’ l-parti tat-triq bejn Trejqet l-Anġli u Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi minħabba numru ta’ inċidenti li seħħew, b’karozza taqa’ f’għalqa?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istess tweġiba diġà mogħtijha fuq mistoqsija parlamentari 5674 f’Seduta 111 li din il-mistoqsija parlamentari tiġi referrutha lill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista ' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-masterplan ta' Paceville u li l-Prim Ministru rrefera għalih f'kummenti li ta lill-ġurnalisti nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju 2018 b'rabta mal-proġett fuq l-art tal-ITS f'San Ġiljan?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal dak li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjannar ippublikat fl-2016 għal konsultazzjoni pubblika.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – promotional material — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jiġi anness fit-tabella t’hawn taħt;
Dipartiment / Entità / Aġenzija
Marzu - Diċembru 2013
Jannar - Diċembru 2014
Jannar - Diċembru 2015
Jannar - Diċembru 2016
Jannar - Diċembru 2017
Jannar - April 2018
Transport Malta
€2,688
€5,469.35
€34,340.76
€16,495.80
€14,685.08
€5,820.72
Planning Authority
€10,22.17
€15,016.85
€15,032.07
€63,058.42
€15,612.11
€8,437.00
Lands Authority
NIL
NIL
NIL
NIL
€5,660.46
NIL
Land Registry
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
BICC
NIL
€1,592.40
€1,607.46
€3,223.76
€4,318.50
€1,334.58
BRO
NIL
€75
€15,090.13
€50,357.85
€15,592.10
NIL
Property Malta
NIL
NIL
NIL
NIL
€5,945.00
€175
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Peress li fil-preżent hemm problema kbira ta’ nuqqas ta’ parkeġġ kemm għall-ħaddiema tal-Isptar kif ukoll għall-pazjenti u qraba li jużaw l-Isptar ta’ Għawdex, jista’ jgħid jekk qiegħedx jiġi kkunsidrat li jsir car park ieħor jew jitkabbar dak eżistenti?
Response (BORG, IAN)
L-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiema applikazzjoni bin-numru PA7491/16 li tipproponi “A master-plan of the Gozo Hospital Site consisting of Major alterations, including part demolition and reconstruction, and refurbishment of existing Gozo General Hospital (Use class order 2A), to increase number of beds from 270 to 450 inclusive of all ancillary facilities. With reference to drawing (GGH-iAS-A'B-XX-A-1001) - Refurbishment of buildings 10 and 11 and demolition of buildings 12, 13, 14, 15 and 16. With reference to drawings (GGH-iAS-A'B-XX-A-1002)- New construction of buildings 17, 18, 19, 20 and 21. Reference is being made to a table, attached, showing all buildings, building types and areas.”
L-applikazzjoni sarilha il-proċess tal-iscreening u bħalissa l-Awtorità qiegħda tistenna li jiġu sottomessi l-informazzjoni u d-dokumenti mitluba fl-iscreening letter.
Il-pjanti sottomessi fl-applikazzjoni tal-“master plan” juru li se jkun hemm numru ta’ parking areas madwar il-konfini tal-isptar li bejniethom jipprovdu 521 “parking spaces. Tlesta wkoll Traffic Impact Assessment komprensiv għall-iżvilupp propost fil-masterplan, u dak ix-xogħol approvat fl-applikazzjoni għall-iskola medika ta’ Barts (PA 5493/16). Meta dan il-Traffic Impact Assessment ġie studjat minn Tranport Malta, ġie konkluż li l-iskola medika se tiġġenera impatti minimi fuq l-infrastuttura tat-toroq tal-madwar, kif ukoll li l-impatti tat-transport ġenerat mill-master plan għad iridu jiġu studjati minn Transport Malta.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Data Protection Officers
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?
Response (BORG, IAN)
In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali huwa ta’ 7.
Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Jista’ l-Ministru jgħid xi prijoritajiet qed jagħti l-Ministeru għal żoni pedonali? Kemm għandna postijiet fejn it-toroq huma żoni pedonali? Liema huma dawn il-lokalitajiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru permezz ta’ Transport Malta qiegħed jinvesti bi sħiħ f’żoni pedonali filwaqt li fl-istess ħin jagħmel dawn iż-żoni aktar siguri. Bħalissa għaddej proġett sħiħ fil-Belt Valletta u dan in vista tal-investiment qawwi fi proġetti fil-Belt Kapitali. Dan ukoll peress li l-attività żdiedet b’mod konsiderevoli, inħasset il-ħtieġa li jsir eżerċizju tas-sitwazzjoni preżenti u li ssir reviżjoni taż-żoni pedonali, kemm dawk eżistenti u oħrajn ġodda.
Dan il-proċess qed isir b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, mal-Pulizija, mal-GRTU u mal-Valletta 2018.
Diskussjonijiet mal-Kunsilli rispettivi qed isiru fuq proġetti oħra simili f’Paceville, San Ġiljan u Sliema.
Transport Malta żżomm laqgħat spissi u regolari mal-Kunsilli biex tara li l-bżonnijiet ta’ sigurtà fit-toroq tagħna jitħarsu bl-aħjar mod possibbli.
Fir-rigward tat-tieni u t-tielet parti ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferihom lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Studji dwar mudelli ta’ konnessjoni bejn Għawdex u Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il studju sar mill-Ministeru jew minn Transport Malta dwar id-diversi mudelli ta’ konnessjoni bejn Għawdex u Malta? Jista’ l-Ministru jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudji li saru dwar il-mudelli ta’ konnessjoni bejn Għawdex u Malta huma:
§ ‘
Preliminary Analysis: Assessment of Road Tunnel Options between Malta and Gozo’ minn Mott MacDonald
(Marzu 2012).
§
‘Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options’ minn E-Cubed Consultants
(Settembru 2015).
Qed inpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti ta’ dawn l-istess studji.
Peress li jidher li l-Gvern qed jiffavorixxi li l-konnessjoni bejn Malta u Għawdex tkun ta’ tunnel, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-istudju li sar f’Settembru 2015 minn E-Cubed Consultants bit-titlu ‘Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options’, il-konklużjoni tar-rapport wera li minn aspett ekonomiku u finanzjarju, mina bejn Malta u Għawdex tkun is-soluzzjoni ppreferuta meta mqabbla ma’ pont.
Peress li ġie mħabbar li qed isir upgrade tal-bus shelters, jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bus shelters imwaqqfa preżentement? Kemm-il bus stop hawn mingħajr bus shelter f’postijiet li dawn jistgħu jsiru? Kemm għandhom jitwaqqfu u f’kemm żmien? Kemm hi l-ispiża totali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-preżent hawn madwar 527 bus shelter, ta’ tipi differenti kif ukoll 7 bus shelter canopies, fuq in-network tat-trasport pubbliku bi skeda.
Sa ftit taż-żmien ilu Transport Malta kellha għad-dispozizzjoni tagħha tip wiehed ta’ bus shelter u allura ta’ qies wieħed. Ghaldaqstant, kienet ristretta fejn jistgħu jitwaħħlu bus shelters. Bil-kuntratt il-ġdid Transport Malta ser ikollha għad-dispozizzjoni bus shelters ta’ qisien differenti. Fil-preżent l-Awtorità qiegħdha fil-proċess illi iddur dawk il-postijiet fejn fil-passat, minħabba restrizzjoni ta’ spazju, ma setgħax jitwaħħal bus shelter sabiex tara hux possibbli illi jitwaħħal wieħed iżgħar. Dan il-process li diġà beda ser jitkompla matul ix-xhur li ġejjin.
Infurmat ukoll li f’dan l-istadju m’hemmx spiża finali peress li dan huwa proċess mifrux fuq medda ta’ żmien.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati li jsiru xi toroq ġewwa Għawdex li jwasslu għal żoni turistiċi qabel jibda l-istaġun tas-sajf kif qed isir bħalissa ġewwa Malta u jekk iva liema toroq ser isiru ġewwa Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf?
Response (BORG, IAN)
Waqt li l-Ministeru ta’ Għawdex għadu kif ħabbar diversi proġetti ta’ toroq f’Għawdex, u allura wieħed jistaqsi aktar dwar dan lil Ministru responsabbli, meta titwaqqaf l-aġenzija Infrastructure Malta fil-ġimgħat li ġejjin, din ukoll ser talloka fondi għal xogħol ta’titjib f’diversi toroq f’Għawdex, bħala parti mill-impenn tal-Gvern li jinvesti mas €700 miljun għal qabza l‘fuq fil-kwalita’ tal-infrastuttura tat-toroq f’pajjiżna. Aktar dettalji dwar il-ħidma ta’ Infrastructure Malta jingħataw dalwaqt.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – radio advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jiġi anness fit-tabella t’hawn taħt;
Dipartiment / Entità / Aġenzija
Marzu - Diċembru 2013
Jannar - Diċembru 2014
Jannar - Diċembru 2015
Jannar - Diċembru 2016
Jannar - Diċembru 2017
Jannar - April 2018
Transport Malta
€21,468.69
€4,534.40
€5,134.00
€54,387.86
€28,461.71
€3,464.00
Planning Authority
€3,115.08
€1,544.00
NIL
NIL
€4,837.20
€6,068.80
Lands Authority
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
Land Registry
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
BICC
NIL
NIL
NIL
€8,170.09
€8,920.80
NIL
BRO
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
Property Malta
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
MTIP (Finance)
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
NIL
Il-Mosta — Crash Barriers fit-triq li tieħu lejn il-Biżbiżija
Question
B'referenza għat-talba għal crash barriers mitluba fil-mistoqsija parlamentari 3660, jista' l-Ministru jieħu passi sabiex jara li jsiru l-crash barriers għaliex diġà kien hemm xi inċidenti fejn twaqqgħu xi ħitan fl-istess triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin it-tħejjijiet sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista’ jibda mill-aktar fis.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x’miżuri ta’ traffic management qed jittieħdu u x’se jkunu qed jittieħdu fid-dawl tax-xogħlijiet li għaddejjin fil-preżent f’Birżebbuġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta bħalissa qegħdha ssaħħaħ il-provvista tal-elettriku mill-Power Station għal Birżebbuga / Ħal Far u għal dan il-għan qegħdin jgħaddu infrastruttura taħt l-art.
Transport Malta qegħdha tgħin biex jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet li jaffetwaw mill-inqas lil min għandu bżonn jagħmel użu minn dawn it-toroq. Għaldaqstant esiġejt li tingħalaq biss karreggjata waħda waqt li għaddejjin dawn ix-xogħolijiet filwaqt li jitħalla ukoll jgħaddi it-trasport pubbliku. Dan peress li t-trinek li jinfetħu rridu jkunu ta’ madwar 350 metru sabiex dawn il-cables jitpoġġew fl-intier tagħhom.
Kulħadd jifhem li għalkemm jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet, jibqa’ l-inkonvenjent ta’ min titwallu t-triq bid-devjazzjonijiet li jkunu meħtiega. Transport Malta ħadet ħsieb ukoll li tara li l-kuntrattur jimxi mad-dati ta’ skadenzi u għaldaqstant dan ix- xogħol huwa mistenni li jiġi ffinalizzat fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tal-vetturi kollha (kemm privati kif ukoll le), li hawn fit-toroq f’Malta? Kemm hu n-numru ta’ vetturi (privati u mhux) għal kull 1000 persuna? Kemm għandna vetturi (kemm privati kif ukoll le) għal kull kilometru ta’ triq li għandna f’Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella sussegwenti :-
Ammont ta’ vetturi (kemm privati kif ukoll le) fit-toroq f’Malta sa l-aħħar t’April 2018
377,305
Ammont ta’ vetturi (kemm privati kif ukoll le) għal kull 1000 persuna, ikkalkulata fuq 432,000 residenti
873
Ammont ta’ vetturi (kemm privati kif ukoll le) għal kull kilometru ta’ triq li għandna f’Malta
132
Peress li d-daqs minimu ta’ bankina huwa ta’ 1.2 m, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li dan qed jittieħed bħala daqs standard meta fil-fatt mhux?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument “Access for all Design Guidelines” tal-Kummisjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometru ta’ cycle lanes hawn bħalissa f’Malta? Jista’ jgħid kemm-il kilometru iktar ser jitwettqu bil-proġett ta’ immodernizzar ta’ toroq? X’inhu l-ħsieb biex ikun hemm konnessjoni ta’ dawn is-cycle lanes u biex ma jkollniex biċċiet ta’ cycles lanes li jispiċċaw f’dead end?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ċirkustanzi li l-Planning Authority tkun tista’ treġġa lura d-deċiżjoni ta’ rifjut tagħha għal Villa Priuli, f’Triq Ġorġ Borg Olivier San Ġiljan?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont Artiklu 80 ta’ Att Numru VII tal – 2016, l-Awtorità tal-Ippjanar tista’ tirrevoka biss permessi, f’ċirkustanzi speċifici, iżda mhux deċizjoni ta’ refjut ta’ permess. Wieħed irid jinforma pero li ma jżomm xejn lil persuna interessata milli terġa’ tapplika għal żvilupp li kien qabel rifjutat. Sintendi każi simili jinħtiegu applikazzjoni ġdida fejn jiġu proċessati mill-ġdid.