Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pietà – Pjazza quddiem l-Isptar San Luqa – Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12134, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jelenka fid-dettall fiex kien jikkonsisti u kemm ġie jiswa x-xogħol fil-pjazza ta’ quddiem l-Isptar San Luqa fil-Pietà? Jista’ jgħid jekk dan il-proġett huwiex konkluż u jekk le x’fadal isir u meta se jsir? Jista’ jgħid ukoll għaliex illum din il-Pjazza hija fi stat ta’ abbandun?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Pieta li l-proġett ikkoncernat huwa proġett bejn il-Kunsill Lokali tal-Pieta u l-entita`kkoncernata. Infurmat ukoll li dan il-proġett kien jammonta ghal €1,011,033, liema fondi ġew iffinanzjati fl-intier tagħhom mill-istess entita` kkoncernata. F’dan ir-rigward, infurmat li dan il-proġett kien jikkonsisti: § fit-tibdil tad-disinn tal-pjazza u anke l-użu tagħha; § inbidlu s-servizzi kollha li kien hemm fil-pjazza fosthom dawl, ilma, telekomunikazzjoni u oħrajn; § inbidlu l-bankini kollha; § ingħata wiċċ ta’ tarmac ġdid lill-Pjazza kollha u inħolqot Bus-Lane. § gie mahluq spazju fin-nofs fejn ġiet mibnija kafetterija, fejn in-nies ser ikunu jistgħu joqgħodu bilqiegħda u dan kollu minghajr ma tneħħiet l-ebda siġra mill-post; § saret ukoll sistema ta' dawl ġdida b'lampi ġodda kif ukoll street-furniture ġodda wkoll; § gew mibnija wkoll latrini ġodda. Finalment, infurmat li dan il-proġett mistenni li jkun konkluż fil-ġranet illi ġejjin.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – estensjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5645, peress li l-Ministru kkonferma li hemm sitt (6) impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li jaħdmu fl-għola karigi fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u jipprovdi l-informazzjoni mitluba fit-tabella li qed tintbagħat separatament u ċjoè: a. jagħti d-data ta’ meta kull persuna daħlet taħdem fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; b. jindika l-kariga u l-grad li kull persuna kienet tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar fil-mument li daħlet fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; c. jindika l-kariga u l-grad li tokkupa fl-Awtorità tal-Ippjanar illum minkejja li taħdem mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; d. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li daħlet fiha fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; e. jgħid x’inhi l-kariga u l-grad li tokkupa llum fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali; u f. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim jew kuntratt li jirregola l-ingaġġ ta’ dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali — Remunerazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12108, fejn jingħad li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa mħallas benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar li jikkonsistu minn “EUR 550 per annum, EUR 1,600 per annum u EUR 816 per annum” u “huma skont il-ftehim kollettiv tal-grad sostantiv tal-individwu kkonċernat”, u b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 393 fejn jingħad li l-benefiċċji jikkonsistu wkoll minn EUR2,000 per annum, EUR8,000 per annum u EUR4,600 per annum kif ukoll l’hekk imsejħa ‘Planning Authority Benefits’, kif murija fit-tabella li qed tintbagħat separatament, jista’ l-Ministru: a. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ ingaġġ ta’ dan l-individwu; b. jispjega b’mod ċar x’inhuma l-'Planning Authority Benefits' li qed jirċievi; u ċ. jgħid għaliex l-aktar persuna influwenti fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna, qiegħed jingħata benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-benefiċċji b’referenza 1 sa 4, kif indikati fit-tabella t’hawn taħt, huma benefiċċji intitolati skont il-ftehim kollettiv bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-UPAP (Union tal-Professjonisti fl-Ambjent u l-Ippjanar). Intant infurmat li l-benefiċċji b’referenza 5 u 6, kif indikati fit-tabella t’hawn taħt, huma benefiċċji intitolati skont il-kuntratt ta’ ingaġġ, liema kuntratt qiegħed jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Entità Salarju gross p.a. Benefiċċji Performance Bonus SCH €40,951 p.a. 1. Expense Allowance: €2,000 p.a. 2. Resource & Training Allowance: €550 p.a 3. Communication Allowance: €1,600 p.a. 4. Qualification Allowance: €816 p.a. 5. Responsibility Allowance: €8,000 p.a. 6. All Inclusive Car Allowance: €4,860 p.a. up to 15% of basic pay per annum

Wasteserv Malta — Skart riċiklat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċivew ċertifikati f'tunnellaġġ ta' skart riċiklat skont il-parametri tal-avviż legali 369 tas-sena 2022, f’kull reġjun mingħand Wasteserv Malta, fil-perjodu bejn Jannar sa Ġunju 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt: Tunnellaġġ ta' Skart Riċiklat għal kull Kunsill Reġjonali Jannar-Ġunju 2023 Jan-23 Feb-23 Mar-23 Apr-23 May-23 Jun-23 Totali Reġjun Għawdex 132.18 116.16 141.54 121.82 121.06 158.48 791.24 Reġjun Tramuntana 389 426.26 493.78 387.88 407.08 529.72 2633.72 Reġjun Punent 233.5 225.12 279.88 219.6 220.24 282.44 1460.78 Reġjun Lvant 371.22 354.12 425.48 338 340.24 428.1 2257.16 Reġjun Port 262.06 249.48 297.94 245.62 254.74 327.88 1637.72 Reġjun Nofsinhar 349.26 331.72 405.9 328.18 340.14 417.4 2172.6

Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attendejt għall-EYCS Council li sar bejn il-15 u s-16 ta’ Mejju 2023. Intant, l-EYCS Council li jmiss hu skedat li jsir bejn it-23 u l-24 ta’ Novembru 2023. Infurmat ukoll li bejn il-25 u s-26 ta’ Settembru, l-Presidenza Spanjola organizzat Kunsill informali f’Càceres ġewwa Spanja, li għalih attendiet is-Segretarju Permanenti fi ħdan dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Defibrillators

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9871, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx defibrillatoras fil-mużewijiet u f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi s-segwenti lista hija tas-siti u mużewijiet li fihom defibrillator: · Haġar Qim & Mnajdra Archaeological Park · Forti Sant' Anġlu · Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija · Il-Katakombi ta’ San Pawl · Forti Sant' Iermu · Il-Palazz tal-Gran Mastru Intant, għall-bqija tal-mistoqsija parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmilha lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoe` bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-tagħrif jinġabar.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali - Defibrillators

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9872, jista' l-Ministru jiċċara jekk din it-tweġiba tkoprix il-kunsilli lokali? Liema entitajiet huma koperti fl-istess tweġiba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9872 ma tkoprix il-Kunsilli Lokali, filwaqt li l-entità koperta hija l-Kottonera Foundation.

Belt Valletta — UNESCO World Heritage - Status

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi korrispondenza fir-rigward tal-istatus tal-Belt Valletta bħala UNESCO World Heritage, u f'każ li iva, jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tali dokumentazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-korrispondenza li Malta rċeviet mingħand il-World Heritage Centre tal-UNESCO (sa minn Frar 2021 ’l hawn), l-istatus tal-Belt Valletta bħala UNESCO World Heritage qatt ma kien fid-diskussjoni. Il-korrispondenza bejn Malta u l-World Heritage Centre f’dan il-perjodu kienet tittratta dwar informazzjoni dwar proġetti partikolari li huma ġo jew qrib siti ta’ wirt dinji, li huma kollha fid-dominju pubbliku, u dwar aġġornamenti u żviluppi tal-ħidma ta’ Malta fil-qasam tal-Wirt Kulturali.

Ħal Qormi — Triq Santa Katerina - Immaniġġjar tat-traffiku fil-ħin tal-lezzjonijiet tal-Mużew

Question

Peress li kien hemm numru ta’ lmenti minn ġenituri u residenti dwar in-nuqqas ta' gwardjani lokali jew uffiċjali oħrajn fil-ħin tal- lezzjonijiet tal-mużew fi Triq Santa Katerina, Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jerġa' jkun hemm gwardjani lokali jew uffiċjali oħrajn responsabbli mit-traffiku f’dan il-ħin, biex jiġu evitati inċidenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li l-istess Kunsill se jkun qed jitlob l-assistenza tal-uffiċjali relattivi sabiex jassistu f’din it-talba.

Belt Valletta — UNESCO World Heritage

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’idejn min ġie fdat it-tfassil tal-abbozz finali tal-management plan, il-views and vistas analysis u r-reviżjoni tal-buffer zone għas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO - il-Belt Valletta, li għal darba oħra reġgħu ġew mitluba mill-UNESCO World Heritage Centre fil-laqgħa li saret fl-Arabja Sawdija ftit tal-ġimgħat ilu? Ġaladarba saret stqarrija pubblika mill-Ministeru tiegħu li l-management plan u analiżi oħra qegħdin fi stadju avvanzat, jista’ l-Ministru jagħti garanzija inekwivokabbli lill-poplu Malti u Għawdxi li d-dokumenti kollha mitluba mill-UNESCO World Heritage Centre (b’referenza għas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO - il-Belt Valletta) ser ikunu konklużi u sottomessi sal-aħħar tal-2024 u li jilħqu l-istandards internazzjonali meħtiega mill-UNESCO World Heritage Centre?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tfassil tal-abbozz finali tal-management plan tal-Outstanding Universal Value tas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – “Il-Belt Valletta” - ġie fdat f’idejn il-Koordinatur tal-Proġett tan-Nominazzjoni ta’ Patrimonju Dinji ta’ Malta u s-Site Manager uffiċċjali tas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – “Il-Belt Valletta”. Il-viewshed survey ġie fdat f’idejn espert fil-geo-spatial sciences, u l-analisi tal-viewsheds flimkien mal-views and vistas saru minn speċjalista fl-iSpatial Planning li ħejjiet ukoll ir-reviżjoni tal-buffer zone għas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – “Il-Belt Valletta”. Dawn l-istudji u dokumenti tħejjew skont standards internazzjonali meħtiega mill-UNESCO World Heritage Centre u best practice, u saru bil-kordinazzjoni tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, bis-sehem tas-Segretarju Permanenti MPWP, l-Ambaxxatur Malti għall-UNESCO u chairman tal-Kumitat Tekniku għall-Wirt Dinji Nazzjonali, is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali, id-Direttur tal-Kultura, id-Direttur tar-Restawr u Preservazzjoni, il-Koordinatur tal-Proġett tan-Nominazzjoni ta’ Patrimonju Dinji ta’ Malta u d-Direttur tal-Ippjanar. Il-World Heritage Centre tal-UNESCO kien diġà talab lill-Gvern Malti dawn l-istudji fl-2009 imma kien biss taħt dan il-gvern preżenti li ttieħdet azzjoni dwar dawn, billi fl-2014 Malta għaddiet lill-UNESCO ir-Retrospective Statement of Outstanding Universal Value tas-sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – “Il-Belt Valletta” u f’Marzu ta’ din is-sena bagħtet lill-UNESCO l-iState of Conservation Report dwar il-Belt Valletta, li fih il-Gvern Malti spjega li ġew ikkummissjonati l-istudji u t-tfassil tal-management plan. Dawn id-dokumenti jinsabu għall-aċċess pubbliku fuq il-website tal-UNESCO. Dan apparti li matul dawn l-aħħar għaxar snin, il-Gvern Malti stieden u laqgħa diversi missjonijiet ta’ esperti tal-UNESCO u ICOMOS dwar aspetti diversi li jirrigwardaw siti ta’ Wirt Dinji f’Malta u Għawdew u li dejjem ittieħdet u ġew implimentati l-pariri tal-UNESCO. Wara li analizzat ir-risposta ta’ Malta, f’Awwissu ta’ din is-sena l-UNESCO wieġbet lill-Gvern Malti permezz ta’ draft decision fejn faħħret u rrikonoxxiet il-ħidma u l-avvanzi li għamlet Malta rigward ir-rekwiżiti mitluba mill-UNESCO kif ukoll dwar ir-restawr li qed isir fis sit ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – “Il-Belt Valletta”. Malta se tkun qed tiffinalizza u tissottometti r-rekwiżiti sa tmiem is-sena d-dieħla. Dan ġie affermat mill-UNESCO waqt il-45 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji li saret fl-Arabja Sawdita f’Settembu ta’ din is-sena. Waqt l-imsemmija sessjoni tal-Kumitat, il-UNESCO ma reġgħetx talbet dawn ir-rekwiżiti imma bħala proċedura affermat id-draft decision bħala waħda approvata minħabba li ħadd mill-partijiet ma ħass l-ħtieġa ta’ emendi. Għalhekk, dan il-Gvern ser ikompli fit-triq li beda u jara li jiġu finalizzati u sottomessi ir-rekwiżiti mitluba mill-UNESCO skond standards internazzjonali meħtiega mill-World Heritage Centre tal-UNESCO fiż-żmien stipulat.

Heritage Malta – 20 anniversarju — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-20 anniversarju ta' Heritage Malta li sar ftit tal-ġimgħat ilu u jagħti rendikont sħiħ tan-nefqa għal dan l-avveniment?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Description of Item/Service Amount inc Vat Hiring of Qty 8 rectangular tables € 984.12 HM Ensemble music recording & arrangements € 1,160.00 Transport Service for Gozo Employees € 300.00 HM 20 Appreciation tokens € 3,400.80 Rental of Red Carpet € 95.00 DJ Services € 1,295.00 Postage service € 47.16 Live Feed Equipment Rental & Technicians Crew during the event € 1,475.20 Rental of Truss for photographic stand € 313.59 Hiring of stage including stairs € 649.00 Catering Services € 5,000.00 AV, Music videos, features, filming and photography € 10,785.20 Rental of Lighting Equipment € 5,782.89 Rental of LED Screens € 11,233.60 Rental of Sound System € 3,103.40

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati li għandhom permess li jipparkjaw il-karozza privata tagħhom il-Belt u jekk humiex eżentati mis-CVA?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hemm impjegat wieħed li għandu permess jipparkja l-karozza privata l-Belt. Infurmat li tali impjegat mhux eżentat mis-CVA.

Il-Kalkara — Bighi - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7948, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li x-xogħol ta’ riparazzjoni f’Bighi fil-Kalkara jinbeda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isiru l-aħħar arrangamenti minn entitajiet varji sabiex ikun jista jibda x-xogħol fuq il-pedament ta’ taħt il-ħajt li ġġarraf. Intant infurmat ukoll li matul din is-sena tkompla x-xogħol ta’ manutenzjoni u waterproofing fuq il-binjiet.

Il-Kalkara – Smoking Room f’Bighi — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7947, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li s-sejħa pubblika relattiva ser toħroġ għax-xogħol ta’ riparazzjoni fl-ismoking room f’Bighi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti (tender) issa għalqet u dalwaqt jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ evalwazzjoni li jwassal għall-award tal-kuntratt tax-xogħol. Infurmat ukoll li jekk ma jkunx hemm appelli mid-deċiżjoni, ix-xogħlijiet mistennija jibdew lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Il-Kalkara — Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara hiex ser tiġi rranġata billi tinsab abbandunata u qiegħda taqa’ biċċa biċċa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Tarxien — Joanna Gardens - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10924, jista’ l-Ministru jgħid għaliex għadhom mhumiex lesti x-xogħlijiet f’Joanna Gardens f’Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li wara perjodu bix-xogħol wieqaf fil-ġnien, l-istess Kunsill fi żmien qasir irnexxielu jlesti diversi xogħlijiet kif ġej: · ix-xogħol infrastrutturali kollu; · installazzjoni ta’ dawl ġdid; · il-bandli ġew installati kollha ġodda; · qed titnaddaf il-ħamrija kollha; · ser jinżraw arbuxelli u siġar oħra minn Projects Green; · ser jiġu installati CCTVs minħabba sigurtà; · qed isir xogħol fuq il-gates kollha biex jissakkru aħjar; · il-ħaddiema tal-Komunità qed jaħdmu fuq l-irrinovar tal-bankijiet; · qed jiġi konkluż ix-xogħol fuq il-monument li sar minhabba li l-Kunsill talab li dan jerġa’ jsir ghaliex ma kienx sar skont is-sengħa u l-arti. Finalment, infurmat ukoll mill-istess Kunsill Lokali li ser ikun qed iniedi l-ftuħ uffiċjali ta’ dan il-ġnien nhar is-Sibt 2 ta’ Diċembru 2023 permezz ta’ attività għall-komunità fi żmien il-Milied.

Ix-Xemxija — Triq Katerina Vitale u Triq il-Fuħħar - Bini ta’ ħajt f’nofs it-triq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11823 dwar is-sit tal-eks Mistra Village fix-Xemxija, jista' l-Ministru jikkonferma li tali permessi nħarġu mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm-il parkeġġ intilef b’dawn il-permessi u sa meta nħarġu dawn il-permessi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, illi l-istess Kunsill Lokali diġà ħareġ il-permessi neċessarji u dan wara li ttieħdu diversi konsiderazzjonijiet, inkluż: i. Il-konferma li ngħatat mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-validità tal-permessi; ii. Il-fatt li saru verifiki dwar x’jgħidu r-regolamenti kollha relattivi; iii. Il-fatt li kien hemm deċiżjoni unanima tal-kunsill fil-Laqgħa Nru. 68; iv. Il-kundizzjoni, li parkeġġi eżistenti f’art privata tal-istess żviluppatur, fi Triq Raddet ir-Roti, jibqgħu għall-użu tar-residenti bejn il-17.00 hrs u 7.00 hrs; v. Il-fatt li għal Kunsill Lokali rispettiv, is-saħħa u s-sigurtà tal-persuna tiġi qabel kull aspett ieħor kif ukoll bil-kundizzjoni mposta mill-istess Kunsill li l-parkeġġi eżistenti f’art privata tal-istess żviluppatur jibqaw għal użu tar-residenti, ma kienx hemm ħtieġa li jinżamm rendikont dwar il-parkeġġi msemmija.

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi - Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista, rispettivament għal kull Kunsill Lokali, dwar kemm-il Segretarju Eżekuttiv hemm ingaġġat b’mod permanenti u jindika jekk dawn iservux f’Kunsilli Lokali oħrajn, u jekk iva, kemm u f’liema?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: LC Name Status Iservi f'Kunsilli Lokali oħrajn, jekk Iva f'liema? Il-Belt Valletta (Città Umilissima) Segretarju Eżekuttiv Permanenti L-Imdina (Città Notabile) Segretarju Eżekuttiv Permanenti Il-Birgu (Città Vittoriosa) Segretarju Eżekuttiv Public Officer for the duration of his term of office L-Isla (Città Invicta) Segretarju Eżekuttiv Permanenti Bormla (Città Cospicua) Segretarju Eżekuttiv Permanenti Iservi wkoll bħala Agent Segretarju Eżekuttiv fil-KL Kalkara Ħal Qormi (Città Pinto) Segretarju Eżekuttiv Permanenti Isservi wkoll bħala Deputat Segretarju Eżekuttiv fil-KL Ħal Luqa Ħaż-Żebbuġ (Città Rohan) Segretarju Eżekuttiv Permanenti Ħaż-Żabbar (Città Hompesch) Segretarju Eżekuttiv Permanenti Is-Siġġiewi (Città Ferdinand) Segretarju Eżekuttiv Permanenti Iż-Żejtun (Città Beland) Segretarju Eżekuttiv Permanenti Ir-Rabat (Città Victoria) Segretarju Eżekuttiv Permanenti Ħ’Attard Segretarju Eżekuttiv Permanenti Ħal Balzan Segretarju Eżekuttiv Permanenti Birkirkara Segretarju Eżekuttiv Kuntratt Definit: (03/04/2023-02/04/2026) Birżebbuġa Segretarju Eżekuttiv Kuntratt Definit: (02/05/2023-01/05/2026) Ħad-Dingli Segretarju Eżekuttiv Permanenti Il-Fgura Segretarju Eżekuttiv Kuntratt Definit: (04/07/2023-03/07/2026) Floriana Segretarju Eżekuttiv Public Officer for the duration of his term of office Iservi wkoll bħala Agent Segretarju Eżekuttiv fil-KL San Ġiljan Il-Fontana Aġent Segretarju Eżekuttiv minn 08.05.2023 Il-Gudja Segretarju Eżekuttiv Permanenti Il-Gżira Deputat Segretarju Eżekuttiv Għajnsielem Segretarju Eżekuttiv Permanenti L-Għarb Segretarju Eżekuttiv Permanenti Ħal Għargħur Segretarju Eżekuttiv Permanenti L-Għasri Aġent Segretarju Eżekuttiv minn 13 ta' Settembru 2023 Ħal Għaxaq Segretarju Eżekuttiv Permanenti Il-Ħamrun Segretarju Eżekuttiv Kuntratt Definit: 06/04/2023-05/04/2026 L-Iklin Segretarju Eżekuttiv Permanenti Il-Kalkara Aġent Segretarju Eżekuttiv minn 31.07.2023 Ta’ Kerċem Segretarju Eżekuttiv Permanenti Ħal Kirkop Segretarju Eżekuttiv Permanenti Ħal Lija Segretarju Eżekuttiv Permanenti Ħal Luqa Deputat Segretarju Eżekuttiv minn 07.05.2022 Il-Marsa Segretarju Eżekuttiv Permanenti Marsaskala Segretarju Eżekuttiv Permanenti Marsaxlokk Segretarju Eżekuttiv Definite: 13.05.2023-12.05.2026 Il-Mellieħa Segretarju Eżekuttiv Permanenti L-Imġarr Segretarju Eżekuttiv Permanenti Il-Mosta Segretarju Eżekuttiv Permanenti Isservi wkoll bħala Deputat Segretarju Eżekuttiv fil-KL Paola L-Imqabba Segretarju Eżekuttiv Kuntratt Definit: 27.04.2023-26.04.2026 L-Imsida Segretarju Eżekuttiv Permanenti Il-Munxar Segretarju Eżekuttiv Permanenti In-Nadur Segretarju Eżekuttiv Permanenti In-Naxxar Segretarju Eżekuttiv Public Officer for the duration of his term of office Paola Deputat Segretarju Eżekuttiv minn 01.10.2023 Pembroke Segretarju Eżekuttiv Permanenti Tal-Pietà Segretarju Eżekuttiv Permanenti Il-Qala Segretarju Eżekuttiv Kuntratt Definit: 28/03/2023-27/03/2026 Il-Qrendi Deputat Segretarju Eżekuttiv minn Ir-Rabat (Malta) Segretarju Eżekuttiv Permanenti Iservi wkoll bħala Deputat Segretarju Eżekuttiv KL Qrendi Ħal Safi Segretarju Eżekuttiv Permanenti San Ġiljan Malcolm Agius - Aġent Segretarju Eżekuttiv minn 01.06.2023 San Ġwann Segretarju Eżekuttiv Permanenti Iservi wkoll bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv KL Ta' Xbiex San Lawrenz Segretarju Eżekuttiv Permanenti San Pawl il-Baħar Segretarju Eżekuttiv Public Officer for the duration of his term of office Ta' Sannat Aġent Segreatrju Eżekuttiv minn 17.08.2023 Santa Luċija Segretarju Eżekuttiv Permanenti Santa Venera Deputat Segretarju Eżekuttiv minn 22.07.2020 Tas-Sliema Segretarju Eżekuttiv Permanenti Iservi wkoll bħala Deputat Segretarju Eżekuttiv KL Gzira Is-Swieqi Segretarju Eżekuttiv Definite: 11.04.2023-10.04.2026 Ta' Xbiex Aġent Segretarju Eżekuttiv minn 02.08.2023 Ħal Tarxien Deputat Segretarju Eżekuttiv minn 01.06.2023 Ix-Xagħra Deputat Segretarju Eżekuttiv minn 22.07.2023 Ix-Xewkija Segretarju Eżekuttiv Permanenti Isservi wkoll bħala Deputat SegretarjuEżekuttiv Ix-Xaġħra Ix-Xgħajra Segretarju Eżekuttiv Permanenti Iż-Zebbuġ Segretarju Eżekuttiv Public Officer for the duration of his term of office Iż-Żurrieq Segretarju Eżekuttiv Permanenti L-Imtarfa Segretarju Eżekuttiv Permanenti Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Segretarju Eżekuttiv Permanenti Isservi wkoll bħala Deputat Segretarju Eżekuttiv Ħal Tarxien apparti li sservi wkoll ta' Aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv tar-Reġjun tal-Port Reġjun tat-Tramuntana / Northern Regional Council Segretarju Eżekuttiv Permanenti Reġjun tal-Lvant / Eastern Regional Council Segretarju Eżekuttiv Permanenti Reġjun tal-Punent / Western Regional Council Aġent Segretarju Eżekuttiv minn 01.01.2022 Reġjun tal-Port / Port Regional Council Agent Deputat Segretarju Eżekuttiv minn 21.02.2022 Southern Regional Council / Reġjun tan-Nofsinhar Aġent Segretarju Eżekuttiv minn 01.03.2023 Gozo Regional Council / Regjun Ghawdex Segretarju Eżekuttiv Permanenti

Kunsilli Lokali — Aġent Segretarju Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Kunsilli Lokali li għandhom Aġent Segretarju Eżekuttiv, jipprovdi lista ta’ liema huma u jgħid kemm ilhom iservu bħala Aġent Segretarju Eżekuttiv?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba hekk kif mibgħuta mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali tinsab hawn taħt: LC Name Status Since: Il-Fontana Aġent Segretarju Eżekuttiv 08 May 2023 Il-Gżira Aġent Segretarju Eżekuttiv 31 July 2023 L-Għasri Agent Segretarju Eżekuttiv 13 September 2023 Il-Kalkara Agent Segretarju Eżekuttiv 31 July 2023 Ħal Luqa Deputat Segretarju Eżekuttiv 07 May 2022 Paola Deputat Segretarju Eżekuttiv 01 October 2023 Il-Qrendi Deputat Segretarju Eżekuttiv 27 June 2023 San Ġiljan Aġent Segretarju Eżekuttiv 01 June 2023 Ta' Sannat Aġent Segretarju Eżekuttiv 17 August 2023 Santa Venera Deputat Segretarju Eżekuttiv 22 July 2020 Ta' Xbiex Aġent Segretarju Eżekuttiv 02 August 2023 Ħal Tarxien Deputat Segretarju Eżekuttiv 01 June 2023 Ix-Xagħra Deputat Segretarju Eżekuttiv 22 July 2023 Reġjun tal-Punent / Western Regional Council Aġent Segretarju Eżekuttiv 01 January 2022 Reġjun tal-Port / Port Regional Council Aġent Deputat Segretarju Eżekuttiv 21 February 2022 Southern Regional Council / Reġjun tan-Nofsinhar Aġent Segretarju Eżekuttiv 01 March 2023