Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — rapporti kriminali mis-Segretarju Permanenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7258, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 7258.

Carers ta’ persuni b’diżabilità — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-ewwel ħlas għall-carers ta' persuni b'diżabilità severa matul din is-sena? Kull meta se jkun qed isir dan il-ħlas? Preżentement kemm hu l-ħlas lil kull ġenitur li hu carer ta' persuna b'diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-ewwel ħlas, għal din is-sena, tal-Carers Grant li titħallas lill-ġenitur li ma jkunx qiegħed jaħdem minħabba li jkun qiegħed jieħu ħsieb ta’ wild jew ulied b’diżabilità severa u l-wild jew ulied ikun/u qed jirċievi/u l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, sar fit-8 ta’ April 2023. Hekk kif imħabbar fil-Baġit għas-sena 2023 dan il-ħlas tela’ minn €500 għal €4,510 fis-sena. Il-ħlas dovut qiegħed jitħallas kull tlett xhur fl-ammont ta €1127.50.

Aġenzija Sapport — Skema tal-Independent Community Living - lista ta' stennija

Question

Fid-dawl li taħt l-iskema tal-Independent Community Living taħt l-Aġenzija Sapport hemm applikazzjoni fuq il-lista ta' stennija għal madwar sena, jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal għal dan id-dewmien kollu peress li ħafna adoloxxenti u żgħażagħ li għandhom bżonn assistenza f'din il-ħtieġa ma jistgħux jistennew dan iż-żmien kollu fi żmien daqstant delikat u kritiku fl-iżvilupp indipendenti tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu numru 7119.

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7220 u jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemm ebda laqgħat skedati f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. Laqgħa li attendejt fi ħdan l-Unjoni Ewropea kienet dik ta’ Epsco li nżammet fi Brussell fit-13 ta’ Marzu 2023.

Persuni fuq is-servizzi soċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7034, jista’ l-Ministru jelenka s-servizzi soċjali kollha fi ħdan il-Ministeru tiegħu u jgħid kemm hemm persuni fuq kull wieħed minn dawn is-servizz b’mod separat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 7034.

Bord tal-Adozzjoni – membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Adozzjoni, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Name Designation Date of appointment Dr Michael Buhagiar Chairperson 9th June 2014 Mr Philip Borg Member 6th June 2022 Mr Mario Caruana Member 20th June 2022 Dr Laner Cassar Member 17th July 2017 Mr Bryn Degabriele Member 4th January 2021 Dr Ian Ellul Member 23rd June 2022 Dr Sandra Hili Vassallo Member 17th July 2017 Dr Karen Mugliett Member 22nd June 2015 Dr Marta Sant Member 17th July 2017 Dr Dennis Zammit Member 10th April 2019 Natasha Vella Member 20th June 2022 Nadya Hansen Secretary 23rd April 2009

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – implimentazzjoni ta’ Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu tul is-sena 2022 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2022, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ma kellu l-ebda Direttiva tal-Unjoni Ewropea li kellha tkun trasposta fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant m’hemm l-ebda Direttiva li hija pendenti.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

FSWS – Social Welfare Professionals

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika f'termini ta' numru u kategoriji l-kwalifiki li għandhom is-Social Welfare Professionals fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) (ċjoè skont is-suġġett u/jew kategorija tal-kwalifika f'Livell 6 fl-Istudji Umanistiċi)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

FSWS – Social workers li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm social workers li rriżenjaw mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) fl-2022? Kemm minn dawn il-professjonisti telqu mill-FSWS jew ħadu transfer fi ħdan l-istess Fondazzjoni biex saru Terapisti jew Counsellors? Kemm minn dawn il-professjonisti ħadu kariga fil-management fi ħdan l-FSWS?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Sussidju fuq il-Kont tad-Dawl għal persuni li jużaw il-magna tal-Isleep Apneoa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7557 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7368, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm nies li jużaw il-magna tal-isleep apneoa d-dar bħala kura u jieħdu sussidju fuq il-kont tad-dawl? Jista' jgħid ukoll liema huma l-kriterji biex wieħed jieħu dan is-sussidju?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Benefiċċju tal-Enerġija jitħallas lil min għandu dħul ta’ anqas minn €10,871 fis-sena, kif ukoll lil min jagħmel użu minn makkinarju mediku illi minħabba f’hekk jaħli ammont eċċessiv ta’ dawl jew ilma. Dan tal-aħħar jissejjaħ 'Humanitarian Energy Benefit' u f’dan il-każ il-familja kkonċernata jista’ jkollha dħul annwali sa €30,911 fis-sena. Każi ta’ Energy Benefit Humanitarian iridu jissottomettu prova tal-makkinarju li jintuża kif ukoll il-kont tad-dawl sabiex jiġi stabbilit minn Bord imwaqqaf apposta jekk persuna ikunx ħaqqha jew le. Jekk makkinarju użat ma jkunx jikkonsma ammont eċċessiv ta’ enerġija jew ikun jintuża ftit drabi kuljum, ikun rifless fil-konsum tad-dawl kif ikun indikat fil-kont. Ma tinżammx statistika dwar kemm hemm persuni li jużaw il-magna ta l-Isleep Apneoa, la fl-ewwel kategorija u lanqas fit-tieni kategorija. Fil-fatt fl-ewwel kategorija ma tintalabx dettalji tali imma dettalji dwar il-mezzi.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — persuni rreġistrati bħala self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat minnu ma kienx hemm safar fejn sar użu minn roaming.

Ċentri LEAP – għajnuna lil familji/individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-familji/individwi megħjuna miċ-Ċentri LEAP matul is-sena l-oħra u f’liema ċentri ġew megħjuna? X’tip ta’ għajnuna ngħataw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu, fir-rigward taċ-Ċentri li li ġew assorbiti mill-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità (ACTS), hija kif tidher fit-tabelli t’hawn taħt: Agency for Community and Therapeutic Services - Community Service: Jan-Jun 2022 No. of individuals Birkirkara 60 Cottonera 148 Mosta 87 Msida 34 Northern Harbour 6 Paolo Friere 69 Qawra 186 Southern 139 Valletta 92 Western 77 Zabbar 84 Total 982 FSWS Gozo Branch - Community Service: Jan-Jun 2022 No. of individuals Marsalforn Community Centre 78 Generic Social Work Service (Victoria Centre) 218 Total 296

Sheltered accommodations

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6435, jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx vittmi ta’ vjolenza domestika li għadhom jistennew shelter? Kemm ilhom jistennew sabiex jingħataw dan is-servizz tant importanti għalihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa m'hemm l-ebda persuna vittma ta' vjolenza domestika li teħtieġ xelter għall-protezzjoni tagħha/tiegħu jew terzi fil-kustodja tagħhom li qed tistenna biex tiddaħħal f’tali xelter. Kull persuna li talbet biex jew kellha bżonn tidħol ġo xelter b`emerġenza jew fi tranżizzjoni għal 2nd stage shelter ġiet akkomodata.

Liġijiet/linji gwida li għandhom jiġu segwiti mis-social workers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6721 u 7013 u jelenka lista ta' liġijiet u/jew linji gwida uffiċjali li s-Social Workers għandhom isegwu f'każijiet ta' vjolenza domestika li jiltaqgħu magħhom? Jista' jgħid liema huma u fejn jistgħu jinstabu l-linji gwida u/jew proċeduri li s-Social Workers għandhom isegwu meta jiltaqgħu ma’ każijiet ta' vjolenza domestika u kif tali każijiet għandhom jiġu rapportati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-professjoni tax-Xogħol Soċjali (Social Work) hija rregolata mill-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol Soċjali, Kap. 468 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-Ħaddiema Soċjali (Social Workers) isegwu l-Kodiċi tal-Etika għall-Ħaddiema Soċjali li ġew maħruġa fl-2018 mis-Social Work Profession Board. Is-Social Workers li jaħdmu ma’ vittmi ta’ vjolenza domestika jsegwu l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, Kap. 581 tal-Liġijiet ta’ Malta, kif ukoll Kap 9, Artikolu 540A tal-Kodiċi Kriminali. Is-Social Workers isegwu wkoll il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika. Parti mix-xogħol tas-Social Workers huwa li jagħmlu social work assessments hekk kif ġew imħarrġa fil-kors universitarju li jkunu segwew biex iggradwaw fis-social work. Is-Social Workers li jaħdmu ma’ vittmi u aġġressuri ta’ vjolenza domestika huma mħarrġin fl-assessment tool - DASH - Domestic Abuse, Stalking and Honour Based Violence Risk Checklist. Informazzjoni f’aktar dettal dwar id-DASH Risk Assessment u l-awtur tiegħu jinsabu f’dan is-siti elettroniċi - https://www.laurarichards.co.uk/laura-richards-work/ & https://www.dashriskchecklist.co.uk/dash/. Bħall kull servizz ieħor, is-Social Workers tat-taqsima kontra l-vjolenza domestika, isegwu l-policies u proċeduri interni tal-Aġenzija u l-Fondazzjoni li jagħmlu parti minnha. F’kull każ li jiltaqgħu miegħu, is-Social Workers jagħmlu d-DASH Risk Assessment biex jevalwaw il-livell ta’ riskju li l-allegat vittma tinsab fiha. F’kull każ is-Social Workers jinkoraġġixu l-vittma sabiex tagħmel rapport mal-pulizija tat-Taqsima tal-Vjolenza Domestika. Is-Social Workers jaħdmu mal-vittma biex jiprovdu sapport emozzjonali u jresquhom lejn servizzi oħra li jistgħu jgħinuhom.