Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li armla ta' 37 sena li dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li żewġha lanqas qatt ma ħallas bolla, tibda tieħu xi forma ta' għajnuna (servizzi soċjali)?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex saqaf ta' fond tal-Gvern li dettalji qed jingħataw separatament li mhux f'kundizzjoni tajba jiġi rranġat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet l-ebda talba biex isiru tiswijiet fil-fond imsemmi. L-Awtorita’ ser tagħmel kuntatt mal-inkwilin biex dan jiġi assistit jagħmel l-applikazzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li tgħix f'periklu minħabba li l-post tagħha hu kkundanat tiġi mogħtija post alternattiv?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni ila ma tgħix f’dan il-post sa’ mit-2003. Peress li fil-post hemm xi strutturi ta’ periklu, l-inkwilina kienet applikat ma’ l-Awtorita’ tad-Djar taħt l-iskema ta’ l-irranġar u titjib fejn din ingħatat għajnuna finanzjara sabiex isiru x-xogħolijiet. L-Awtorita’ ma sabet ebda oġġezzjoni biex isiru dawn ix-xogholijiet u fil-fatt l-Awtorita’ applikat għall-permess meħtieġ mill-MEPA. Iżda l-Awtorita’ sabet resistenza mill-inkwilina u fil-fatt wara li ħareġ il-permess meħtieġ hija ffirmat dikjarazzjoni biex ma tkomplix bil-proċess ta’ l-irranġar u talbitna ngħalqu l-applikazzjoni. Jekk dan il-post jittranġa jkun abittabli u adekwat ghall-inkwilina. Il-fatt li dan il-post wara li jitranġa jiġi abitabbli, ma hemmx in-neċessita’ li l-inkwilina tingħata post alternattiv iżda li taċċetta li jsir ix-xogħol meħtieg għas-spejjes ta’ l-Awtorita’.
ċittadini barranin li użaw l-isptarijiet u servizzi tas-saħħa tal-istat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7990 u jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini barranin li użaw l-isptarijiet u servizzi tas-saħħa tal-Istat f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena li għaddiet? Kemm minnhom kienu ċittadini tal-Unjoni Ewropea? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Residenza San Vinċenż de Paule — attivitajiet għal anzjani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8466 u jgħid kemm hemm ħaddiema fil-qasam tal-anzjani li x-xogħol tagħhom huwa li jagħmlu attivitajiet kulturali u soċjali lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenż de Paule u fil-homes? X'inhi l-professjoni ta' dawn il-ħaddiema u x'attivitajiet jorganizzaw lill-anzjani? Kemm huma spissi dawn l-attivitajiet? Kemm anzjani pparteċipaw fiha matul is-sena 2008? Jista' jpoġġi dan it-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8465 u jgħid meta jippjana jew hemmx il-ħsieb li mediċina biex tgħin lil pażjenti li jbatu mid-dimentia u anke alzheimer disease tibda tingħata b'xejn fuq il-karta is-safra? Jista' jpoġġi dan it-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra?
Kliniċi tal-gvern — pażjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8474 u 6824 u jgħid kemm raw pazjenti l-kliniċi tal-gvern li joffru servizz lil pazjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra matul is-sena 2008? Kemm hemm waiting time sabiex jarak psikjatra f’waħda minn dawn il-kliniċi? Kemm huwa l-persentaġġ tal-Maltin li huma kkalkulat li jbatu minn problemi psikjatriċi? Jista' jpoġġi dan it-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun hemm xemgħa fl-Isptar Mater Dei ħalli tkun tista' ssir dik li tissejjaħ wax therapy? Jikkonferma li l-Isptar Mater Dei ilu żmien f’din is-sitwazzjoni li qed tkun ta’ detriment għal dawk li għandhom bżonn din it-tip ta’ terapija?
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-immigranti irregolari li ġew Malta f'dawn l-aħħar ħames snin instab li kienu jbatu minn mard infettiv? X'kienet il-marda?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lil-Onorevoli interpellant illi fl-aħħar ħames snin ġew rappurtati 270 każ ta' mard infettiv fost immigranti irregolari li minnhom madwar 121 aktarx ittieħdu hawn Malta. Il-każijiet jitqassmu skond it-tabella t’hawn taħt (dawk li aktarx ittieħdu f’Malta fil-parenteżi):
Notified disease
2004
2005
2006
2007
2008
HIV
1
6
8
7
9
AIDS
0
0
2
2
6
Pulmonary TB
9
9
10
15
33
Non Pulmonary TB
1
6
3
9
12
Leishmaniasis, Visceral
0
(1)
(2)
0
(1)
Hepatitis B
0
0
2
0
1
Foodborne illness, Salmonella
0
(46)
0
0
0
Chickenpox
0
0
(3)
0
(67)
Cryptosporidiosis
0
(1)
0
0
0
Shingles
0
1
0
0
0
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna mietet sakemm kienet qed tistenna li ssirilha l-operazzjoni tal-kataretti matul is-sena 2006, 2007 u 2008 separatament?
Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża ta' kull ikla li tiġi ppreparata fl-Adult Training Centres? Kemm qed jiġi ppreparat ikel kuljum f'kull Adult Training Centre? Jista' jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-menu ta' l-ikel ipprovdut illum mill-Aġenzija Sapport? X'użu qiegħed isir mill-kċina l-kbira li hemm fiċ-ċentru ta' Wied il-Għajn?
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ persuni, irġiel u nisa separatament, li mietu direttament jew indirettament minħabba t-tipjip fl-ewwel ħames xhur ta’din is-sena? Kemm mietu fl-2008?
Jista' l-Ministru jara li jiġu stallati lifts f'post tal-Gvern, li dettalji dwaru qed jingħata separatament, minħabba li fih jgħixu persuni anzjani?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li s’issa, l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ lift fl-indirizz indikat. Għaldaqstant l-inkwilini huma mħeġġa biex jikkomunikaw mal-Customer Care tal-Awtorita biex juru l-interess tagħhom li jiġi installat lift fil-komun tal-blokk. L-Awtorità imbagħad tibda l-proċess billi l-ewwel tinvestiga l-prijorita tal-każ skond il-gravita ta’ diżabilità ta’ mobilita tal-inkwilini.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fl-Awtorità tad-Djar biex l-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu seperatament, tibbenifika minn waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-ħlas tal-għotja għall-bdil ta' karma tal-banju ħareg f'isem l-applikanta fis-6 ta' April 2009.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema Ċentri tas-Saħħa jew postijiet oħra qed isiru korsijiet għan-nies li jridu jieqfu milli jpejpu? Kemm persuni qed jattendu dawn il-korsijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm attendew fl-2007 u fl-2008? Kemm hemm nies li kellhom suċċess u ma baqgħux ipejpu?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li preżenement il-korsijiet għan-nies li jridu jieqfu mit-tipjip qed jiġu evalwati.Għaldaqstant bħal issa ma hemmx ċentri tas-saħħa jew postijiet oħra li qegħdin jintużaw għal dan il-għan.
Informat ukoll li matul is-sena 2008 kien hemm 6 klassijiet b’parteċepazzjoni ta’ 96 persuna li fosthom 24 waqfu mit tipjip u matul is-sena 2007 kien hemm 9 klassijiet b’partecepazzjoni ta’ 123 persuna li fosthom 30 waqfu mit-tipjip.
Annual Report of the Ministry for Social Policy — Allowances
Question
In the 2008 Annual Report of the Ministry for Social Policy, in page 8 under the heading Salaries Section it is being shown that there were €28,234,460 paid in allowances (see hereuender item 1610). Can the Minister please justify and explain that?
Item Totals (€)
1110 – Holders of Political Office 12,537
1210 – Salaries 77,303,075
1310 – Bonus 1,323,758
1410 – Income Supplement 1,144,437
1510 – Social Security Contribution 7,100,703
1610 – Allowances 28,234,460
1710 - Overtime 4,345,004
Total 119,463,974
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8971 u 8440 u jgħid kemm hi l-waiting list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4745, jista' l-Ministru jgħid jekk in-National Standards of out-of-home child care humiex ippubblikati u osservati għal benefiċċju tat-tfal li qegħdin fid-Djar Residenzjali jew huma fostered? Jekk le, għaliex dan id-dewmien kollu?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli phenindione 50mg bħalissa jinsabu out of stock? Meta ser jidħlu peress li dawn il-pilloli lanqas jinstabu fi spiżeriji privati? Jista' jara x'ser isir?