Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-Police Allowance li ngħata lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2021, 2022, 2023 u 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom.
Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett.
Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid.
Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli.
Infurmat illi fir-rigward tal-allowance mistoqsi dwarha, din kienet imsaħħa fl-aħħar ftehim settorali, u li tingħata lil kull Pulizija, inkluż lit-tmexxija tal-Korp. Infurmat ukoll li l-allowance bdiet titħallas mid-dħul fis-seħħ tal-imsemmi ftehim settorali, u li għal kull rank fl-ogħla tmexxija tal-Korp hi ta’ €4,500 fis-sena, cioe ' Supretendenti, Assistenti Kummissarji, Deputati Kummissarji u Kummissarju. Allowance bħal din kienet inkluża fis-salarju għas-sena 2013, bl-ammont kien ta’ €1655.47, 2014 u 2015 ma kienx hemm, 2016 – €784.56, u li mis-sena 2017 sas-sena 2022 ma kienx hemm.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.
Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi.
Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’Mistoqsija Parlamentari numru 21730.
Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet li joperaw il-Community Police f'kull lokalità madwar Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dawn il-ħinijiet jiġu estiżi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Is-servizz ta' Community Policing ġie introdott mjnn dan il-Gvern sabiex ikun preżenti f'kull lokalità madwar Malta u Għawdex. Dan jingħaqad ma’ diversi servizzi oħra tal-Pulizija fosthom il-Pulizija tad-Distrett u skwadri speċjaliżżati oħra. Ninsab infurmat illi l-ħinijiet li fihom joperaw il-Community Police fil-lokalitàjiet f’dawn il-gżejjer, huma mis-7.30 ta’ filgħodu sad-9 ta’ filgħaxija fix-xhur tax-xitwa. Fix-xhur tas-sajf, bejn April u Settembru ta’ kull sena, joperaw sal-11.30 ta’ bil-lejl. Dwar estenzjoni ta’ ħinijiet kull deċiżjoni tittieħed skont in-neċessità u l-ħtiġijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta' ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija mis-sena 2004 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat ill n-numru totali ta' ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija mis-sena 2004 sal-14 ta’ Novembru 2024*, maqsuma sena b'sena, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt.
SenaTotal ta’ mpjegati mal-korp
20041936
20051951
20061914
20072092
20082020
20091975
20102044
20112046
20122020
20132062
20142268
20152267
20162295
20172373
20182391
20192379
20202344
20212314
20222290
20232344
2024*2405
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni u f’liema karigi ġew approvati mill-aħħar Bord fir-rigward tal-Forzi Armati ta' Malta li nħarġu fl-2024, u fl-istess waqt jgħid kemm-il ilment ġie sottomess globalment? Jista' wkoll jipprovdi kopja tal-estratt tal-Gazzetta tal-Gvern, fejn hemm dawn il-promozzjonijiet, jekk ġiet ippubblikata - u f'każ li le, jgħid għalfejn dan ma seħħx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan il-Gvern huwa impenjat li jsewwi inġustizzji ta' Gvern preċedenti. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promozzjonijiet fir-ranks minn Lance Bombardier sa Warrant Officer ma jiġux ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern għaliex dawn ir-ranks ma jikkonċernawx promozzjonijiet ta’ uffiċjali kummissjonati. Fil-Gazzetta tal-Gvern jiġu ppubblikati biss dawk li huma fir-rank ta' uffiċjal.
Infurmat li il-Bord għamel 408 rakkomandazzjoni li r-rank ivarja minn Lance Bombardier għal dak ta’ Maġġur fejn dawn iservu fil-Units varji tal-FAM.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie impjegat mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, f'liema grad u x'kien il-pakkett finanzjarju (paga u perkaċċi oħra) li daħal bihom u anke dawk sussegwenti mal-promozzjonijiet, kemm-il promozzjoni ngħata, x'kienu dawn il-promozzjonijiet u fuq liema bażi ngħataw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-persuna msemmija m’għadux impjegat mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Infurmat ukoll li huwa kien ġie impjegat wara applika għal external call fis-sena 2021. Infurmat li bħala impjegat tal-Aġenzija applika għal żewġ calls interni waħda fis-sena 2022 b’salarju bażiku ta’ €22,765.32 u oħra fis-sena 2024 għal salarju bażiku ta’ €29,918.32. Infurmat li ma kien hemm l-ebda tibdil fir-risk allowance ta’ 1,257.88.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' vetturi fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD), li jistgħu jintużaw f'każ ta' emerġenza f'bini meqjus għoli u jgħid sa liema sular dawn kapaċi jlaħħqu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan il-Gvern kontinwament jinvesti fil-Protezzjoni Ċivili kemm fl-għodda li jużaw u d-drittjiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Illum m'għadux il-post tas-second hand. Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu għad dispożizzjoni tiegħu erba’ vetturi, tlett ‘turntable ladders’ u ‘hydraulic platform’, bl-ogħla vettura tilħaq 72 metru. Ninsab infurmat ukoll li d-dipartiment beda l-proċess biex ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu aktar vetturi ta’ dan it-tip.
Jista' l-Ministru jgħid u jipprovdi tabella b’informazzjoni ta' kemm persuni servew globalment fil-korpi dixxiplinarji tagħna għal dawn l-aħħar 20 sena, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm damet u x'kienet ir-raġuni biex l-electronic signature fis-sistema mħaddma minn Identità ma kinitx qed taħdem riċentement u ċjoè fl-2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi żmien fejn matulu s-sistema tal-firma elettronika kienet wieqfa
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tal-pajjiż fuq id-difiża matul dawn l-aħħar 10 snin, u jaqsam bħala ammont kontanti u bħala persentaġġ tal-GDP, speċifikament fil-Forzi Armati u jipprovdi d-dettalji ta' tali nfiq?
Jista' l-Ministru jgħid x’azzjoni tittieħed mill-Korp tal-Pulizija meta tirċievi ilment dwar storbju għoli? Jista' jgħid ukoll kif jiġi aċċertat li l-istorbju jkun wieħed aċċettabli jew le, inkluż minħabba proċeduri legali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-pulizija twettaq ix-xogħol tagħha skont il-liġi. Nirreferiha wkoll għal tweġiba parlamentari 20378 u 21896.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-Disturbance Allowance li ngħata lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2021, 2022, 2023 u 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Dan huwa l-Gvern li bil-fatti ta aktar drittijiet u kundizzjonijiet lill-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija wara li ġie iffirmat ftehim settorali fis-sena 2018 u ieħor fis-sena 2023. Għaldaqstant ir-ranks kollha tal-Korp tal-Pulizija gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom.
Dan b’differenza għal li kien jiġri qabel. Fejn fost l-oħrajn, membri tal-Korp tal-Pulizija kienu jintbagħtu għax-xogħol, u ma jitħallsux ta’ xogħolhom, mingħajr ebda dinjità jew rispett.
Dan l-eżerċizzju sar ukoll mal-membri kollha tal-Korpi Dixxiplinati li wkoll gawdew minn ftehim kollettiv ġdid.
Riċentament reġa’ kien hemm titjib fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tal-Korp tal-Pulizija permezz ta’ ftehim settorali ġdid li ġie ffirmat bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-Korp. Il-ftehim settorali jfisser żidiet fil-pagi u allowances fost benefiċċji oħra bħal progress iżjed mgħaġġel fl-iskali. Il-ftehim jirrikonoxxi wkoll li l-ħaddiema fil-Korp tal-Pulizija jiltaqgħu ma’ bosta xenarji imprevedibbli.
L-Onorevoli Interpellant qiegħed jistaqsi dwar Disturbance allowance. Infurmat li dan beda jkun provdut mis-sena 2016 għal 10%, 2017 - 10%, 2018 - 10%, 2019 - 10%, 2020 - 0, 2021 - 0, 2022 – 0, 2023 - 20% u 2024 - 20%.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru, li għaliex verament nemmnu fid-drittijiet tal-ħaddiema kollha, fl-aħħar erba’ snin għalaq aktar minn 19-il ftehim ma’ ħaddiema varji fis-settur, li jinkludu t-tieni ftehim settorali li kien iffirmat mal-Unions li jirrappreżentaw lill-Uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.
Dawn il-ftehimiet fissru pagi aqwa u kundizzjonijiet aħjar għall-Korpi Dixxiplinati, wara snin twal taħt amministrazzjoni preċedenti li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat. Għalhekk, dan juri iswed fuq l-abjad, li kien dan il-Gvern li ta lura d-dinjità u r-rispett li jixraq lil dawk li jilbsu l-uniformi.
Infurmat ukoll illi fil-każ tal-Korp tal-Pulizija, il-ftehim settorali jkopri sal-iskala (5) ħamsa tal-Iskeda tal-Gradi tas-Servizz Pubbliku, jiġifieri sar-rank ta’ Supretendent. Kull pakkett finanzjarju jinħadem u jkun approvat minn strutturi ċentrali apposta u għalhekk infurmat illi għall-ogħla ranks tal-Korp tal-Pulizija nbniet struttura ta’ kundizzjonijiet li tkompli ma’ dik tal-ftehim settorali u li tmexxa mill-istess Awtorità kompetenti li mexxiet il-ftehim settorali. Dan kollu hu spjegat f’mistoqsija parlamentari 21730.
Infurmat ukoll li kwalunkwe aġġustamenti fis-salarji fil-gradi ta' fuq tal-Korp tal-Pulizija jżommu r-relattività bejn l-imsemmija gradi u bejn il-kundizzjonijiet tal-Kummissarju u dak tad-Deputati Kummissarji u tal-Assistenti Kummissarji, illum id-differenza fis-salarju, hija anqas minn dik li kienet qabel daħlu fis-seħħ dawn l-aġġustamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-Disturbance Allowance li ngħata lill-Kummissarju tal-Pulizija għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 22918.