Delivery Platforms – kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Jobsplus jirriżultalhiex abbużi fil-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-ħaddiema barranin impjegati fid-delivery platforms? Jekk iva. jistax jindika kemm huwa stmat li hemm każi ta’ tali abbużi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jobsplus – rapporti ta’ abbużi tal-liġijiet tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti ta’ abbużi tal-liġijiet tax-xogħol mir-recruitment agencies/companies? Jekk iva, jistax jgħid kemm daħlu rapporti, meta u fiex jikkonsistu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li rapporti fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol jiġu investigati mid-DIER. Il-biċċa l-kbira tar-rapporti li jaslu għand Jobsplus ikunu għax ma tkunx imliet u daħlet il-formola tat-tmiem tal-impjieg.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament jaħdmu medja ta’ 70 jew 80 siegħa kull ġimgħa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ma jieħdux vacation u sick leave u bonus tal-Gvern minn min iħaddimhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers impjegati ma’ ditti bħal dawn li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament huma mniżżla li jaħdmu bħala self employed? Jistax jgħid jekk dan hux konformi mal-liġijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huwa kumpitu tad-DIER li jivverifika jekk l-ingaġġ ta’ tgħali ħaddiema hux skond il-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom 100 sena jew aktar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont stimi tal-popolazzjoni li jirreferu għall-31 ta’ Diċembru 2019, in-numru ta’ persuni residenti f’Malta li kellhom 100 sena jew aktar kien ta’ 97. Din hija l-aktar informazzjoni reċenti li għandu disponibbli l-NSO.
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – kanċellazzjonijiet ta’ liċenzji
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19503, jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu tal-operat tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) s’issa, kemm-il darba l-MFSA offriet xi tip ta' settlement lil license holders maqsuma sena b’sena? F'kemm-il ċirkostanza ġew aċċettati tali offerti ta' settlements mil-license holders li lilhom kienet magħmula din l-offerta, maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont ta’ zmien li għadda l-Awtorità tista’ tagħti informazzjoni dwar settlements imponuti mis-sena 2007 il-quddiem. Ta’ min wieħed jinnota li ġeneralment ikun il-“licence holder” li javviċina lil MFSA biex jinbdew diskussjonijiet mal-Awtorità biex jasal għal xi forma ta’ “settlement”. F’kull kaz li jkun konkluz permezz ta’ settlement dejjem titiħedet xi tip ta’ azzjoni li tvarja minn impozizzjoni ta’ penali amministrattiva jew mizuri oħra. Hawn taħt hawn inklu¿a il-lista tas-settlements maqsuma sena b’sena.
Settlements konkluzi fis-sena 2014 – 1
Settlements konkluzi fis-sena 2016 – 1
Settlements konkluzi fis-sena 2017 – 2
Settlements konkluzi fis-sena 2020 – 1
Informazzjoni rigward kull azzjoni ta’ infurzar meħuda mill MFSA hija disponibbli pubblikament fuq is-sit tal-MFSA skont l-Artikolu 16(8) tal-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u wkoll skont l-
Publication policy
tal-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-eżitu s’issa tal-liċenzja għall-esplorazzjoni mogħtija fl-2019 lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'Ġunju 2020, il-kumpanija għazlet li testendi l-ewwel fazi tal-kuntratt b'sena oħra skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
Matul din is-sena il-kumpanija qed tkompli l-studji ġeoloġiċi u ġeofiziċi fuq data ezistenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’liċenzji hemm attivi għall-esplorazzjoni taż-żejt? Tista’ tgħid ukoll għal liema żona u lil liema kumpanija huma mogħtija? Jista’ jagħti l-eżitu s’issa mill-esplorazzjoni li twettqet minn kull liċenzjat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il bir ġie esplorat mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f'dawn l-għaxar snin li ilha li ngħatat il-liċenzja għall-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Heritage Oil kienet ġiet mogħtija liċenzja fl-2007. Il-kumpanija għamlet stħarriġ sizmiku fl-2011 izda ma ħaffret ebda bir mill-għoti tal-liċenzja sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid jew ġentilment jispjega b’liema mod konkret, u minn min, jiġi investigat u miġġieled il-prekarjat f’Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kundizzjonijiet tax-xogħol jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Impjieg u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) u għaldaqstant din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Ditti blacklisted milli tieħu sehem f’tenders tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ditta ġiet blacklisted milli tieħu sehem f’tenders tal-Gvern kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid għal kull każ x’kienet ir-raġuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ditta waħda ġiet blacklisted mill-2017 sal-lum, għar-raġuni li hija kienet instabet ħatja mill-Qrati ta’ reati kontra l-provizjonijiet tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min hu ċ-Chairman tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u minn min hu kompost il-Bord tal-imsemmija korporazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija imsemmija fil-mistoqsija mhix taħdem għaliex għadha ma twaqqfitx.
Dipartiment tal-Blata Kontinentali – rapporti siżmiċi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti siżmiċi li ġew imħejjija mid-Dipartiment tal-Blata Kontinentali mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kunfidenzjali u għandha valur kummerċjali u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Airmalta Aviation Services se tispiċċa? Jista’ jgħid kemm hemm impjegati u x’inhu l-futur tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, din hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, in-numru ta’ impjegati li jaqgħu taħt il-kumpanija huwa 16.
Hemm 416 impjegat ieħor li qegħdin fuq il-kotba ta l-AirMalta izda jagħtu servizz f'sezzjonijiet li sal-llum għadhom taħt r-responsabilta ta l-AAS.