Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda ta’ ħlasijiet li saru lil kull credit rating agency li tagħti rating lil Malta, aġenzija b’aġenzija u sena b’sena minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li fejn tidħol in-nefqa globali, jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 8089.
Għal raġunijiet ta’ natura kummerċjali ma jistax jingħata l-valur fuq livell ta’ aġenzija b’aġenzija.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li l-Gvern Malti għandu mal-credit rating agencies li jħallashom għar-rating li jagħti lil Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt li jirrigwardja l-Aġenzija tar-rating li qed jitħallas mill-Ministeru għall-Finanzi, u li kien iffirmat mill-Ministru tal-Finanzi tal-Amministrazzjoni preċedenti, ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta nirċievu permess mir-Rating Agency relatata, imħabba n-natura kummerċjali tal-kuntratt.
Għar-rigward ta’ l-Aġenzija l-oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress illi din ir-risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant ili jekk jixtieq tali nformazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Malta Development Social Fund – konsulenza minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ konsulenza li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandu mal-Malta Development Social Fund u/jew kwalunkwe entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministru?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt, inkluż tal-ħlasijiet miftehma u mħallsa, li għandu mad-ditta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern diġa ppubblika l-ispiza marbuta ma’ dan il-kuntratt.
Il-ftehim mal-kumapnnija ta’ konsulenza nternazzjonali li għalih qed tirreferi l-Mistoqsija, fih kontenut dettaljat tax-xogħol li kellu jitwettaq sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terrorizmu, suġġetti li huma marbutin mas-sigurta’ tal-pajjiz. Għaldaqstant, mhux qed jiġi ppubblikat dan il-ftehim.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin 2018 u 2019 m’għamilt l-ebda uzu minn private jet.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2017, akkumpanjajt darba lill-Prim Ministru minn Strasburgu għal Malta.
Għall-ispiza relatata nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 8433.
Ministeru għall-Finanzi — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8556 u 8697 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-pre¿ent hemm 5,445 mara f’pozizzjoni ta’ tehid ta’ deċizjonijiet fil-grad ta’ Principal jew ‘il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900. Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.
Għal dawk li huma entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi, illum hemm 42 mara f’po¿izzjoni ta’ tehid ta’ deċizjonijiet fil-grad ta’ Principal jew ‘il fuq. In-numru ta’ nisa f’pozizzjoni ta’ tehid ta’ deċizjonijiet fil-grad ta’ Principal jew ‘il fuq, fl-entitajiet taħt id-dekasteru tal- Ministeru għall-Finanzi li kienu diġa jezistu hdax – il sena ilu, zdiedu minn 9 fl-2008 ghal 39 illum.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iseħħ mid-droga li tkun maqbuda mill-uffiċjali tad-Dwana? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm kienet l-istima fi flus tad-droga li nqabdet mill-uffiċjali tad-Dwana fl-2017, 2018 u fl-2019 s’issa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li immedjatament malli jiġi stabbilit li nstabet id-droga, id-Dwana minnufih tinforma lill-Pulizijja li min-naħa tagħhom jinfurmaw lill-Maġistrat tal-għassa sabiex tinfetaħ inkjesta. Minn hemm ’il quddiem il-Pulizija jieħdu r-responsabbiltà ta’ din is-sustanza.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 8752.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training) preżentement?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indikatur tan-NEET jinħadem fuq informazzjoni ta’ sena kompluta u għaldaqstant l-aktar informazzjoni riċenti li teżisti hi għas-sena 2017. F’din is-sena r-rata ta’ persuni ta’ bejn il-15 u l-24 sena li kienu meqjusin bħala NEET kienet ta’ 8.6%.
Dwana — Każijiet maqbuda ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti u xorb
Question
Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti u xorb mid-Dwana mill-2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u dazju mitluf sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdet droga mid-Dwana mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena? Jista’ jagħti l-ammont tad-droga maqbuda u x’tip kienet? Jista’ f’kull każ jagħti l-valur maħsub tad-droga maqbuda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Ministeru għall-Finanzi — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8556 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Budget għas-sena 2019 inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hi l-istess bħal dawk ta’ mistoqsijiet parlamentari 7553 u 20405 tal-Leġislazzjoni XII.
Ministeru għall-Finanzi — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27, peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni, (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-ġudikatura’), u wkoll peress illi tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Inzid li min-naħa tiegħi bħala Ministru għall-Finanzi, m’attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties, eċċ. li jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Finanzi — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġizlatura ta’ bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fil-Ministeru għall-Finanzi kien hemm Assistent Parlamentari. Dan kien Robert Arrigo.
Għall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Papers Laid numru 7378 tal-11-il Leġizlatura li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ispijker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Ministeru għall-Finanzi — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Finanzi u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Finanzi u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid Malta kemm ħallset lill-Credit Rating Agencies mill-2013, sena b’sena sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta dejjem ħallset lill-Credit Rating Agencies mis-sena elfejn 'l hawn. L-informazzjoni tal-ħlas li tħallas mill-2013, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2851 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 191 tal-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019.)
B’referenza għall-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), jista’ l-Ministru jispjega kif intefqet in-nefqa tas-sena 2018 meta din żdiedet drastikament? B’kemm żdied il-human resource professjonali fl-FIAU din is-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 5569 u 7527 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn izjed x’inzid mat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet 5569 u 7527.