Legislature:
Category:
Reset
Active:

LSEs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22051 u jgħid kemm hemm LSEs reġistrati u kemm hemm minnhom bħala total li jagħtu servizz ta' Class support?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Istat bħalissa haw 2,954 LSE reġistrati u 148 LSE li qed jagħtu class support.

LSEs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22368 u jgħid kemm hawn studenti li qed jiġu pprovduti bis-support ta' LSE? Kemm hemm minnhom fl-iskejjel primarji, sekondarji u kemm fil-livell post sekondarju? Jista’ jgħid ukoll kemm qed jirċievu one to one u kemm shared?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mosta – Skola Sekondarja taż-Żokrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22389 u jgħid jekk hux ser issir estensjoni fl-Iskola taż-Żokrija l-Mosta? Jista’ jgħid kemm ser jiżdiedu klassijiet u kif ser ssir l-estensjoni pereżempju jekk hux ser jinbena sular ieħor? Jekk ser ssir estensjoni, din ser issir matul is-sena skolastika għad-detriment kemm għal saħħet l-istudenti kif ukoll l-edukaturi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ ta’ Għawdex — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ ta’ Għawdex mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li tali domanda tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ riżorsi u ħin sabiex tinġabar l-informazzjoni rikjesta mill-iskejjel kollha.

Higher Secondary – Xogħlijiet ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskola mill-perjodu Jannar tal-2024 sa Jannar tal-2025 fil-Higher Secondary Naxxar? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25641.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25448 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25105 dwar rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi ppubblikat dan ir-rapport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit – Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25449 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25105 dwar rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li titlesta l-evalwazzjoni ta' dan ir-rapport? Jista’ jgħid ukoll min qed jagħmel din l-evalwazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni mistennija titlesta fix-xhur li ġejjin. L-evalwazzjoni qed issir mill-għola uffiċjali tad-Dipartiment ikkonċernat.

Ċentru Sportiv tal-Kottonera — Pixxina - Residenti tal-Fgura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25319 u 25578 u jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti tal-Fgura ma jistgħux jużaw il-pixxina taċ-Ċentru Sportiv tal-Kottonera?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-residenti tal-Fgura jistgħu jgħumu fil-pixxina tal-Kottonera, billi jkolllhom reġistrazzjoni jew minn Klabb tal-għawm, jew ma’ OnTheMove Programmes, jew mal-Kunsill Lokali.

Riżenja ta’ Individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk talabx ir-riżenja tal-individwu li l-informazzjoni dwaru qiegħda tintbagħat separatament? Jekk għadu ma talabx għar-riżenja, jista’ jgħid x’passi ser jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll jekk l-individwu nnifsu talabx għar-riżenja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li diġa tajt kummenti pubbliċi dwar dan il-każ.

Kulleġġ San Nikola — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ Santa Margerita — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Margerita li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kulleġġ Maria Reġina — Erasmus+ - Fondi utilizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina li utilizzaw mill-fondi allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kif utilizzawhom u f’liema perjodu ġew utilizzati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Tagħlim tal- Litteriżmu Finanzjarju lit-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif it-tfal qed jiġu mgħallma kif iġemmgħu u jamministraw flushom, u jaħsbu għall-pensjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll f’liema suġġett u f’liema sena tal-kurrikulu jkollhom l-opportunità li jtejbu l-litteriżmu finanzjarju tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sabiex it-tfal jiġu mgħallma kif iġemmgħu u jamministraw flushom jingħataw lil dawk l-istudenti mid-disgħa sal-ħdax il-sena fejn jingħataw l-opportunita li jistdujaw l-Accounting, il-Business Studies u l-Home Economics. Apparti minn hekk jingħata programm li hu mmirat għall-istudenti tas-sitt sena, il-Programm Be Money Smart. Qed jiġi wkoll offrut programm għal studenti vulnerabbli fiċ-Ċentru tal-Home Economics bl-isem ta’ Responsible Living. Infurmat ukoll li ċ-Ċentru tal-Home Economics tad-Direttorat għall-Programmi STEM u VET, b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Bankarja Maltija, tiġi organizzata sfida ta’ litteriżmu finanzjarju. Din issir bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea tal-Flus u l-Ġimgħa Globali tal-Flus fil-livell primarju u dak sekondarju. L-isfida tinkoraġixxi l-iskejjel, jadottaw prattiċi tajbin marbuta mal-litteriżmu finanzjarju. L-inizjattivi varji li jiġu mtella’ f’din il-Ġimgħa joħolqu opportunitajiet edukattivi għall-għalliema u l-istudenti biex jitgħallmu dwar aspetti finanzjarji. Hemm ukoll numru ta’ programmi li jiġu offruti permezz tal-klabb 3-16, u kif ukoll programm Ġemma b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-politika soċjali u d-drittijiet tat-tfal.

Studenti li ma komplewx l-iskola obbligatorja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ma komplewx l-edukazzjoni sal-ħames sena tas-sekondarja fis-sena skolastika 2023 - 2024? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-persentaġġ meta mqabbel man-numru ta’ studenti li temmew l-iskola obbligatorja fl-istess sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena skolastika li għaddiet kien hemm 10 studenti li ma komplewx l-edukazzjoni sal-ħames sena tas-sekondarja li jfisser li 0.39% tal-istudenti kollha li temmew l-iskola obbligatorja.

Studenti tal-ħames sena Sekondarja bi problema ta’ illitteriżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-ħames sena tas-sekondarja fis-sena skolastika 2023 - 2024 li kellhom problema ta’ illitteriżmu? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-persentaġġ meta mqabbel man-numru ta’ studenti li temmew l-iskola obbligatorja fl-istess sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex jiċċara d-domanda tiegħu.

Studenti li komplew għall-istudji post-sekondarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-ħames sena sekondarja fis-sena skolastika 2023 - 2024 li komplew għall-istudji post-sekondarji? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-persentaġġ meta mqabbel man-numru ta’ studenti li temmew l-iskola obbligatorja fl-istess sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal din is-sena skolastika hemm madwar 4,000 student li komplew għall-istudji post-sekondarji.

Studenti li jużaw trasport taħt superviżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bħalissa li minħabba raġunijiet speċifiċi jkollhom jużaw trasport individwali taħt superviżjoni lejn u mill-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-superviżjoni tiġi assenjata skont il-ħtieġa.