Legislature:
Category:
Reset
Active:

Health and Safety — Lezzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw lezzjonijiet fil-Health and Safety matul dawn l-aħħar tliet snin, skola b'skola u klassi b'klassi? X'kienu s-suġġetti trattati? Kull kemm imorru il-peripatetic teachers tal-Health and Safety fl-iskejjel u x'inhu ir-roster tagħhom? X'inhi r-raġuni li dawn l-għalliema ma jmorrux aktar ta' spiss? X'tip ta' sillabu jimxu fuqu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Peripatetic Teachers tal-Health and Safety tal-Primarja iżuru l-iskejjel primarji kollha tal-Gvern f’Malta u Għawdex wara xulxin darbtejn fis-sena u l-lezzjonijiet jkopru l-klassijiet kollha tal-Year 4, Year 5, Year 6 u Year 7. Is-suġġetti trattati huma kif jidher hawn taħt: Year 4 Year 5 Year 6 & 7 1 st Semester Road Safety (Crossing the road, pelican/traffic lights, child passenger safety – private car, school transport, public transport) Bicycle Safety (Day and/or night cycling, personal protective equipment, child pedestrian safety) Internet Safety (Chat rooms, porno sites, online bullying, emails, data protection) 2 nd Semester Safety at Sea (Swimming, boats, paddle boats, sea and pool safety, sun safety) Healthy Lifestyle (Drugs and needles, diet, alcohol, cigarettes, good rest, water consumption, fireworks, personal hygiene, basic First Aid, food preparation, ergonomics – schoolbags, computer stations, TV, choking/strangulation, exercise/physical education) Safety in the Home (Fall prevention – window safety, stair gates and railings, burn and scald prevention – cigarette lighters, hot water, poisoning and medicines, chemicals and labeling, electrical safety, stranger danger, fire safety, school safety – evacuation, chemicals) Il-Health and Safety Unit hu magħmul minn tim ta’ 12-il għalliem għall-iskejjel primarji kollha ta’ Malta u Għawdex, inklużi dawk speċjali u li mhumiex parti mill-mainstream. Minbarra il-lezzjonijiet, dawn l-għalliema jiċċekjaw il-Fire Extinguishers, il-kaxxi ta’ l-Ewwel Għajnuna, jagħmlu proċeduri ta’ emerġenza, l-pjan ta’ evakwazzjoni u risk analysis ta’ l-iskejjel primarji statali kollha. Il-Peripatetic Teachers jagħmlu appuntamenti mal-Kap ta’ l-Iskola konċernata biex jintegraw l-attivita’ tagħhom fil-kalendarju ta’ l-iskola. Peress illi s-suġġett tal-Health and Safety mhux parti mill-Kurrikulu, is-suġġetti li jittrattaw ġew magħżula u ppreparati mill-Education Officer (Health and Safety).

Health and Safety — Esibizzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm il-esibizzjoni tal-Health and Safety ġew organizzati s'issa mill-Health and Safety Unit f'Malta u f'Għawdex? Fejn saret kull esibizzjoni u kemm damet ġranet kull waħda? Kemm skejjel u kemm tfal invistaw dawn l-esibizzjonijiet? Liema azjendi jew entitatjiet ipparteċipaw f'kull waħda, u x'kienu il-prodotti li ipparteċipaw bihom? Kemm swiet kull esibizzjoni lid-Direttorati jew Divizjoni tal-Edukazzjoni f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — vot 6457 - estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid l-MCAST kif qed tipproponi li tonfoq l-€12 miljun ivvutati lilha għas-sena 2009? Kif nefqet il-€11,647,000 fis-sena 2008?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata hekk: 2008 € 2009 € Salarji u kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali 9,382,297 10,600,000 Operational Expenses 2,264,703 3,000,000 11,647,000 13,600,000

Public Broadcasting Services — Vot 5389 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif se jintnefqu l-€1,164,000 ivvutati lill-Public Broadcasting Services tul is-sena 2009 bħala Public Service Obligation?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa għaddejin diskussjonijiet interni dwar il-programmi li jridu jsiru minn Ottubru 2009 sa Settembru 2010 u l-ammont tal-kontribuzzjoni EPSO (Extended Public Service Obligation) li tmur għal kull ġeneru. It-tagħrif jingħata meta d-diskussjonijiet jingħalqu.

Junior College — Vot 6374 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif intnefqu l-€5,358,000 fuq il-Junior College fis-sena 2008 u kif se jintnefqu l-€6,192,000 għas-sena 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-Nefqa fuq il-Junior College fis-sena 2008 kienet ta’ €6,476,288 waqt li dik għas-sena 2009 għandha tkun ta’ € 6,740,885. Dawn il-fondi sejrin jintefqu hekk: Jannar-Settembru 2008 Infieq propju Ottubru – Diċembru 2008 Infieq antiċipat 2008 2009 € € € € Salarji staff akkademiku 3,809,858 1,359,206 5,169,064 5,286,547 Salarji staff mhux akkademiku 413,838 170,586 584,424 664,538 Infieq għall-operat 565,479 157,321 722,800 789,800 Infieq totali 4,789,175 1,687,113 6,476,288 6,740,885

Skejjel Privati — Vot 5503 - Estimi 2009

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel privati li huma stmati li ser jibbenefikaw min-nefqa ta' €200,000 minfuqa fuq Learning Support Assistants tul is-sena 2009? Kif ser jiġu magħżula dawn l-LSAs?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li s’issa hemm sbatax-il tifel u tifla minn skejjel indipendenti li ġew statemented u hemm ħames applikazzjonijiet pendenti. Issa li l-Gvern investa €200,000 għas-sena 2009, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ser jipproponi l-proċeduri kif dawn il-Learning Support Assistants jistgħu jiġu ingaġġati u allokati.

First Aid lil Għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn għalliema f'kull skola f'Malta u Għawdex li għandhom ċertifikat basiku u validu fil-First Aid, skola b'skola? Ma jidhrilix li jagħmel sens li kull għalliem ikun mitlub jagħmel basic course fl-Ewwel Għajnuna biex tissaħħaħ aktar il-Health and Safety fl-iskejjel? Ma jidhrilix li għandha tkun obbligatorja li wieħed ikollu ċertifikat basiku fil-First Aid bħala wieħed mir-rekwiżiti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-għalliema kollha tal-Health and Safety għandhom ċertifikat fil-First Aid. Ma jinżammx rekord fuq l-għalliema l-oħra, imma dawn mhumiex obbligati li jkollhom dan iċ-ċertifikat. L-għalliema li għandhom dan iċ-ċertifikat ikunu ġabuh minn jeddhom fil-ħin liberu tagħhom u mhumiex obbligati li jinformaw lill-iskola tagħhom li għandhom dan iċ-ċertifikat. Għalkemm jagħmel sens li kull għalliem ikollu ċertifikat bażiku fil-First Aid, ninsab infurmata li l-għalliema ġew offruti din il-possibilita’ b’mod volontarju, sew mid-Direttorat kif wkoll minn numru ta’ skejjel.

Dipartiment tal-Eżamijiet — Overtime

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar overtime mill-istaff tad-Dipartiment tal-Eżamijiet matul dawn l-aħħar ħames snin xahar b'xahar? Min kienu n-nies li għamlu dan l-overtime? Kemm għamlu overtime kull wieħed jew waħda, xi grad kienu u kemm kien il-ħlas għal kull individwu xahar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni — extraordinary expenditure

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'extraordinary expenditure daħal għalihom id-dekasteru tal-Ministeru tal-Edukazzjoni matul dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tagħti lista ta' dan l-infiq u f'kull każ x'kienet is-sitwazzjoni li ġiet meqjusa bħala straordinarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jispeċifika għal xiex qed jirreferi b’extraordinary expenditure.

Librerija Nazzjonali u Librerija Pubblika — donazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il donazzjoni jew bequest saru lil Librerija Nazzjonali u lil Librerija Pubblika matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'kienu id-donazzjonijiet f'kull każ, isem b'isem? Min kienu id-donaturi? Fejn tpoġġew dawn id-donazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Health and Safety — safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sar safar mis-sezzjoni tal-Health and Safety f'dawn l-aħħar tliet snin in konnessjoni mal-Health and Safety? F'liema pajjiżi kienu dawn il-mawriet? X'kien il-għan ta' kull żjara? Taħt l-awspiċi ta' liema entitajiet tal-Health and Safety Ewropej jew internazzjonali? Kemm marru individwi kull darba u min kienu? Kif ġew magħżula dawn l-individwi? Kemm ġiet tiswa kull mawra? X'ġie akkwistat minn kull żjara?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Health and Safety — proġetti

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti saru matul dawn l-aħħar tliet snin b'isimhom u bid-data tagħhom wieħed b'wieħed? Min kien il-project manager fis-sezzjoni tal-Health and Safety li ħa ħsieb dawn il-proġetti? Kif kien intagħżel dan l-individwu? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa li saret biex timtela' din il-pożizzjoni? Kemm dam biex ġie konkluż kull proġett? Min ġie involut f'kull proġett? Kemm minm dawk involuti kienu studenti u kemm kienu għalliema, u mill-liema skejjel ġew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Universita` ta' Malta — Ċentru dwar l-Istudji dwar il-Familja

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jibda jiffunzjona ċ-Ċentru dwar l-Istudji dwar il-Familja fl-Università ta' Malta u kemm għandu budget allokat ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li ċ-Ċentru dwar il-Familja fl-Universita’ ta’ Malta ġie approvat mill-Kunsill fil-25 ta’ Settembru 2008. Fil-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2008 ġew approvati iċ-Chairperson u l-membru akkademiku appuntat mill-Kunsill li ser iservi fuq dan il-Bord. Il-finanzi biex jitmexxa dan iċ-Ċentru għadhom ma ġewx allokati.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — Edukazzjoni sesswali fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma qed iwettaq id-Dipartiment tal-Edukazzjoni in konnessjoni mal-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel f'pajjiżna kif ukoll xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar din it-tip ta' edukazzjoni fost it-tfal u żgħażagħ tagħna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-edukazzjoni sesswali hija materja mgħallma fis-suġġett tal-Iżvilulpp Personali u Soċjali (Personal and Social Development – PSD) kemm fil-livell primarju kif ukoll fil-livell sekondarju. Żewġ uffiċjali edukattivi tal-Iżvilupp Personali u Soċjali flimkiem ma xi għalliema mis-settur sekondarju qed iħejju pubblikazzjoni ta’ riżorsi dwar it-tema L-Edukazzjoni Sesswali biex jitqassam lill-għalliema kollha f’dan is-settur biex jiffaċilita’ iżjed din it-tema.

Ministeru tal-Edukazzjoni — hospitality u sponsorships

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown dettaljat ta' x'intnefqu mill-votes allokati għall-hospitality u sponsorships fil-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Jannar sa Marzu 2008? Tista' tagħti lista dettaljata ta' min għamel użu minn dawn il-fondi fil-perijodu li semmejt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Health and Safety mgħallem fl-Iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-Health and Safety , billi qed jiġi mgħallem fl-iskejjel ma marx bħal suġġetti oħra taħt id-Direttur tal-Curriculum? Tista' tgħid ukoll għaliex il-peripatetic teachers tal-Health and Safety m'humiex stazzjonati fil-Kulleġġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Health and Safety mhux suġġett kurrikulari bħal oħrajn u għalhekk qatt ma tpoġġa taħt id-Direttur tal-Kurrikulu. Fil-primarja, żewg għalliema tal-Health and Safety huma stazzjonati ma’ kull tliet kulleġġi, filwaqt li fis-sekondarja n-numru ta’ għalliema huwa skond kif inhu stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers.

Direttorat għas-Servizzi Edukattivi — capital expenditure

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif jiġu determinati l-fondi tal-capital expenditure tal-ispecial schools taħt id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi? X'kienet l-allokazzjoni skola bi skola matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-fondi tal-capital expenditure ta’ l-ispecial schools, allokati taħt Item 7031 “Equipment for Educational Suport Services” fil-vot kapitali tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, jitqassmu lill-iskejjel speċjali mid-Direttur responsabbli għal dawn l-iskejjel skond il-bżonnijiet u l-prijoritajiet ta’ kull skola. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif kienet l-allokazzjoni skola bi skola matul dawn l-aħħar snin.

Dipartiment tal-Eżamijiet — Eżamijiet pubbliċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'eżamijiet pubbliċi saru matul dawn l-aħħar ħames snin u li kienu koordinati mid-Dipartiment tal-Eżamijiet sena b'sena? Kemm resqu kandidati għal kull eżami? Kemm għaddew f'kull eżami? Kemm minn dawk li għaddew kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minn dawk li għaddew kienu minn Għawdex u kemm kienu minn Malta? Kemm minn dawk li għaddew kienu certified bħala disabled? Kemm kienet il-miżata għal kull eżami? Kemm inġabru ħlasijiet b'kollox, sena b'sena, eżami b'eżami?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-miżata għal kull applikazzjoni għal eżami pubbliku hija hekk: Applikazzjoni għal eżami lokali €9.32 Applikazzjoni għal eżami EFL (English as a Foreign Language) €46.58 Ma tinżamm ebda informazzjoni, kemm personali kif ukoll ġenerali, għar-rigward applikazzjonijiet għal eżamijiet pubbliċi minn persuni b’diżabilita’. Dettalji għar-rigward il-kumplament tal-Mistoqsija Parlamentari qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Diretotorati tal-Edukazzjoni — kongestjoni ta' air conditioner units fix-shafts tal-bini

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta sejra tiġi indirizzata il-kongestjoni ta' air conditioner units li hemm fix-shafts tal-bini tad-Direttorati tal-Edukazzjoni li qed toħloq sitwazzjonijiet serji ta' health hazards? Taf il-Ministru li minħabba fihom xogħol ta' manutenzjoni fuq katusi tad-drainage bilkemm tista' issir?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-air-conditioners li hemm fix-shafts tal-bini tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u d-Direttorat għal Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni ma joħolqu l-ebda health hazards. Infurmata wkoll li għal tlett darbiet diġa’ sar xogħol fix-shafts fuq tiswijiet ta’ drenaġġ u drabi oħra fuq tiswijiet ta’ air-conditioners, u xogħol ieħor sejjer isir aktar il quddiem skond il-ħtieġa.

Dipartiment tal-Eżamijiet — konsum ta' ilma u elettriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandu ċentri id-Dipartiment tal-Eżamijiet? Fejn qegħdin dawn iċ-ċentri? Kemm hija n-nefqa fuq kull wieħed minn dawn iċ-ċentri in kwantu ta' konsum ta' ilma u elettriku, kif ukoll maintenance kull sena? Kemm-il darba intuża kull ċentru matul dawn l-aħħar ħames snin u għal liema eżamijiet? Kemm kienu il-kandidati li użawhom f'kull okkażjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet għandu żewg ċentri taħt ir-responsabbilta’ tiegħu. Dawn iċ-ċentri, li jinsabu t-tnejn fil-Belt Valletta, huma Biagio Steps u l-Kumpless ta’ Sant’ Iermu. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra in-nefqa fuq kull wieħed minn dawn iċ-ċentri għar-rigward ta’ konsum ta’ ilma u elettriku kif ukoll ta’maintenance kull sena u tagħrif dwar kemm il-darba intuża kull ċentru matul dawn l-aħħar ħames snin, għal liema eżamijiet u kemm il-kandidat użahom f’kull okkażjoni.