Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni reġistrati bħala bdiewa residenti fir-Rabat, Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti r-Rabat (Malta) full-time u part-time matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont is-sess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 330 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenzi mħallsin s’issa mill-Ministeru huma kif jidhru fit-tabella segwenti. Ministeru SENA ISEM TAL-KONSULENT/I/KUMPANIJA TIP TA’ SERVIZZ/KONSULENZA ĦLAS € 2020 IDEA Advisory Limited Project Management Services icw the implementation of Agriculture Bioresources Agency's strategy 39332.94 Kirsten Cutajar Miller Proposal for setting up a New Agency for the Marketing of Agriculture and Fisheries Produce 9650 IDEA Advisory Limited Proposal for the review of the Operations of the Governance of Agriculture Biorescources Agency 9800 2021 IDEA Advisory Limited Provision of Project Management Services for the Implementation of Governance of Agriculture Biorescources Agency's Strategy 80899.5 Mr Antoine Dallli Advice and Support regarding Blue Fin Tuna rely to EU Commission 500 RSM Audit Re Controls Related to the Farming of Blue Fin Tuna 9000 2022 IDEA Advisory Limited Project Management Services the implementation of Agriculture Bioresources Agency's strategy 39332.94 EMCS Ltd Economic and Business Analysis of the Food Security Problem Triggered by the War in Ukraine 9350 Ernst & Young Parthenon Advisory Services on Food Security and Economic and Sustainability 135000 KSi Malta Riforma għat-Trattament Xieraq tal-Annimali €85/siegħa sa 50 siegħa

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 617 u jgħid kemm irtiraw persuni minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li huwa jmexxi bejn l-1 ta’ Lulju 2017 u l-31 ta’ Marzu 2022? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati persuni ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fid-Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru kien hemm total ta’ 171 rekluti ġodda u 25 li rtiraw.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — servizzi professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 615 u jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Lulju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika liema huma s-servizzi professjonali.

Pubblikazzjoni ‘Nisġet Artna’

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 614 u jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom titqassam fid-djar il-pubblikazzjoni 'Nisġet Artna'? Jista’ jgħid jekk il-pubblikazzjoni qattx intbagħtet fil-households kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid liema edizzjonijiet u f’liema lokalitajiet intbagħtet f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' din il-pubblikazzjoni, liema spiża tkun tinkludi xogħol ta' artwork, artikli, printing, posta, eċċ. għas-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? Minn liema Line Item tal-Budget toħroġ din l-ispiża?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sabiex wieħed jirċievi l-pubblikazzjoni ta’ Nisġet Artna jrid ikun abbonat, tali servizz li huwa bla ħlas. Tabella numru 1 tindika il-lokalitajiet li fihom tqassmet il-pubblikazzjoni. Tabella Nru 1 Ħ'Attard Ħal Balzan Il-Bidnija Il-Birgu (Vittoriosa) Birkirkara Birżebbuġa Bormla (Cospicua) Ħad-Dingli Il-Fgura Il-Furjana Ħal Għargħur Ħal Għaxaq Il-Gudja Il-Gżira Il-Ħamrun L-Iklin Il-Kalkara Ħal Kirkop Ħal Lija Ħal Luqa Il-Marsa Marsaskala or Wied il-Għajn Marsaxlokk L-Imdina San Lawrenz Kercem Il-Mosta L-Imqabba L-Imsida L-Imtarfa In-Naxxar Raħal Ġdid (Paola) Pembroke Tal-Pietà Fontana Il-Qrendi Ir-Rabat, Malta Ħal Safi San Ġwann Santa Luċija Victoria L-Isla (Senglea) Is-Siġġiewi Tas-Sliema San Ġiljan San Pawl il-Baħar Munxar Sannat Ta' Xbiex Il-Belt Valletta Ix-Xgħajra Ħaż-Żabbar Il-Mellieħa L-Imġarr Xewkija Ghajnsielem Xaghra Nadur Is-Swieqi Ħal Tarxien Ħal Qormi Qala Santa Venera Żebbug (Gozo) Gharb Iż-Żejtun I ż-Żurrieq Għasri Ħaż-Żebbuġ Fir-rigward ta’ l-ispiża totali, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella numru 2 b’tali informazzjoni li għandna disponibbli mill-2018 sal-lum. Tabella Nru 2 2018 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2018 €480 2650 D04 €300 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €3,749.49 €9,702.29 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2018 €430 2650 D04 €350 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €3,789.36 €9,742.16 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2018 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,706.66 2610 D04 AGR €4,446.17 €10,922.83 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2018 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,491.32 2610 D04 AGR €3,986.49 €10,247.81 2019 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €2,514.70 €8,457.50 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €2,411.23 €8,354.03 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,706.66 2610 D04 AGR €2,504.23 €8,980.89 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,491.32 2610 D04 AGR €2,672.09 €8,933.41 2020 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,709.83 2610 D04 AGR €2,776.90 €9,119.93 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,709.83 2610 D04 AGR €2,779.49 €9,122.52 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,922.92 2610 D04 AGR €2,777.98 €9,334.10 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,709.83 2610 D04 AGR €2,778.84 €9,121.87 2021 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €5,716.14 E2200 (recurrent vote) €2,779.27 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €8,955.61 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €8,570.13 E2200 (recurrent vote) €2,779.49 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €11,809.82 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €8,570.13 e2200 (recurrent vote) €2,960.85 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €11,991.18 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €7,609.37 E2160 (recurrent vote) €2,963.67 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €11,033.24 Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2022 €265.50 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €9,089.55 E1540 (vot rikurrenti) €2,953.29 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €12,485.34 2022 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Ġunju Nisġet Artna Sajf 2022 €295.00 E2160 ( Vot Rikurrenti) €200.60 E2980 (Vot Rikurrenti) €4280.22 E1540 (Vot Rikurrenti) €2520.11 E2980/E1620 (Vot Rikurrenti) €7295.93 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2022 €295.00 E2160 (vot rikurrenti) €200.60 E2980 (vot rikurrenti €4,326.09 E1540 (Vot Rikurrenti) €2,524.82 E2980/E1620 (Vot €7346.51

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — infiq f'reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 613 u jgħid x'kien l-ammont li ntefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 1327.

Liġi biex tgħin lill-bdiewa fil-kawżi fil-Qrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 612 u jgħid meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ il-liġi li hu stess qal li qed iħejji biex tkun tista’ tgħin lill-bdiewa fil-kawżi fil-Qorti fejn l-istess bdiewa qed jintalbu joħorġu mir-raba’ tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-seduta Parlamentari Nru. 28 sar l-ewwel qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Rabà, Kap. 199, Mozzjoni Nru. 69.

Il-Pitkalija — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 610 u jgħid jekk mill-1 ta’ Lulju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari żdidux ħaddiema mal-Gvern li jaħdmu fil-Pitkalija? Jekk fl-affermattiv, kemm żdiedu ħaddiema, f'liema grad u minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ta’ Qali — Petting Farm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jsir titjib fil-Petting Farm f'Ta’ Qali li bħalissa jinsab fi stat mill-aktar diżastruż u li fuqu qamu kwestjonijiet ta’ periklu u nuqqas ta’ sigurtà għal dawk li jiffrekwentawh?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk ittieħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ma hemm l-ebda CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responabbli.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ċimiterju tal-Annimali – żviluppi

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-progress u l-aħħar żviluppi fil-bini taċ-Ċimiterju tal-Annimali, u jgħid jekk għadux mistenni li jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċimiterju għall-annimali se jkun qed jitwettaq matul din il-leġiżlatura, hekk kif imfisser ukoll fil-manifest elettorali approvat mill-maġġoranza assoluta tal-poplu nhar is-26 ta’ Marzu li għadda.

In-Naxxar – Labour Avenue – kolla jew insetti mas-siġar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru waslulux rapporti dwar xi problemi ta’ kolla u/jew insetti li għandhom is-siġar f’Labour Avenue, Naxxar skont xi residenti ? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar dawn l-istess rapporti u jekk le, jista’ jagħmel spezzjoni ta’ dawn is-siġar biex jara x’passi jistgħu jittieħdu biex jiġu evitati inkonvenjenzi għar-residenti u kull min jipparkja f’din it-triq?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali ma daħlulu l-ebda rapporti dwar din il-lokalità. Madanakollu, l-ispetturi tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti spezzjonaw is-siġar li jinsabu fit-triq ewlenija tan-Naxxar imsemmija, u ma nnutaw l-ebda organiżmi ta’ ħsara li jaffettwaw is-saħħa tal-pjanti madwar dawn is-siġar.

Kaptana minn pajjiżi terzi – imbarkar biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiċi għandhom il-kaptana minn pajjiżi terzi li jiġu imbarkati biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd, sabiex ikunu jistgħu jbaħħru f’ibħra internazzjonali? Kemm ingħataw permessi mill-bidu ta’ din is-sena, xahar b’xahar? Mil-liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kaptana minn pajjiżi terzi li jiġu imbarkati biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd, jiġu mitluba li jissottomettu diversi rekwiżiti. Mill-bidu ta’ din is-sena ngħataw 55 permess kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Xahar Numru ta’ permessi Jannar 29 Frar 3 Marzu 3 April 10 Mejju 6 Ġunju 2 Lulju 0 Awwissu 0 Settembru 2 Dawn il-persuni ġejjin mill-Eġittu, l-Indja u l-Indonesja.

Winch Rooms — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq il-winch rooms lokalità b’lokalità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar xogħol fuq ħdax-il winch room li jinsabu ġewwa Marsaskala, Birżebbuġa, Wied iż-Żurrieq, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Kalkara, kif ukoll fuq il-ħames winch rooms f’Marsaxlokk. Dan ix-xogħol ingħata b’sejħa għall-offerti waħda, għal spiża totali ta €114,390 (VAT eskluż).

Sajjieda Maltin — allokazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1180, jista’ l-Ministru jagħti l-ħinijiet li ħarġu l-bastimenti tas-sajjieda u xħin daħlu u kemm għamlu ħin fuq il-baħar biex inqabad dan il-ħut? F’kemm żmien u ħin inqabdet il-bycatch kollha u x’temp kien dakinhar li nqabdet? Jista’ jagħti wkoll iż-żona permezz tal-GPRS jew il-VMS, li l-bastimenti huma obbligati li jkollhom u li jkunu mixgħulin, speċifikament għas-sajd tat-tonn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Użu ta’ materjal tas-sajd mhux degradabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intużax jew jistax jintuża materjal għas-sajd li mhuwiex degradabbli u dan skont Direttiva tal-UE?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindika u jispeċifika b’mod ċar għal liema Direttiva tal-UE qed jirreferi sabiex tkun tista’ tingħata risposta infurmata.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Importazzjoni, manifattura u bejgħ ta’ Qamħ – skemi ta’ għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu se jintuża biex titħaddem l-iskema ta’ €30 miljun li biha għandhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.