Jista’ l-Ministru jgħid x’works of art ġew akkwistati għall-Gozo Museum matul is-sena 2023 u kemm intefqu flus? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-Vot, fl-estimi tal-Baġit għas-sena 2024, għax-xiri ta' Works of Art għall-Gozo Museum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-vot għax-xiri ta' Works of Art għall-Gozo Museum ġie kklassifikat taħt il-vot Kapitali Gozo Musuem, minħabba l-fatt li l-Gvern qaleb is-sistema minn cash-based accounting għall-accrual accounting. Spejjeż li jridu jiġu taħt il-lista tal-inventarju ma jistgħux jibqgħu jiġu kklassifikati taħt il-Vot Rikurrenti imma taħt dak Kapitali. B’hekk il-Vot 7472 – Gozo Museum ġie maqsum fit-tnejn, parti 7472A għall-infrastruttura u l-parti l-oħra 7472B għall-Works of Art għall-Gozo Musuem.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-akkwisti li saru matul l-2023.
Attachments:PQ 14195 Baġit – Xiri ta’ Works of Art għal-Gozo Museum.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li ser jitkomplew isiru l-crash barriers ġewwa Triq l-Imgħallem ħdejn il-Wied tas-Salve Reġina peress li ma hemmx ilqugħ ta' protezzjoni li jifred dan il-wied mit-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed iħejji l-pjanti neċessarji biex jintbagħtu għand Transport Malta għall-approvazzjoni.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Peress li kienet wegħda elettorali tal-Gvern preżenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm pjan li jinxtara r-raba’ vapur ġdid tal-Gozo Channel? Jekk iva, jista' jagħti time-frame ta' meta ser iseħħ dan?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan għadu hemm.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex tiġi ristrutturata Triq it-Tiġrija, fin-Nadur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħareġ it-tender; SPD03/2022/006 – Tender for the provision of consultancy and construction management services for the reconstruction of several arterial roads between the boundaries of Nadur and Qala, Gozo. F’dan il-kuntratt hemm ukoll inkluż ir-ristrutturar ta’ Triq it-Tiġrija flimkien ma’ Triq l-Qala u Triq San Ġużepp.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' meta ser jinbeda l-proġett tal-'Victoria Parks'?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex nediet id-dokument ta’ konsultazzjoni pubblika f’Lulju 2023 dwar il-viżjoni tagħha għaċ-ċentru urban tar-Rabat. Wara diskussjoni wiesgħa - fejn il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali bagħtu l-feedback tagħhom - ġiet ippubblikata feedback statement f’Diċembru 2023. Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed janalizza l-feedback u fix-xhur li ġejjin se jkun f’pożizzjoni li jniedi l-proġett, inkluż l-istudji meħtieġa, qabel ma jissottometti l-proġett għall-approvazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar.
Marsalforn — Ġnien tat-Tliet Għoljiet - Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbidlu t-twapet u l-bandli li hemm fi Ġnien tat-Tliet Għoljiet f'Marsalforn, Għawdex u dan peress li hemm bżonn li dawn jinbidlu peress li hemm il-periklu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed tinħadem is-sejħa biex it-twapet u l-bandli li hemm fil-ġnien jinbidlu kollha, biex jiġu konformi mal-istandards li jirregolaw il-playing fields.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsir ix-xogħol fuq bini mill-ġdid u/jew resurfacing ta' Triq il-Qbajjar, f'Marsalforn, u jikkonferma li dan ix-xogħol ser isir u jitlesta minn kollox sa tmiem is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender sabiex isir ix-xogħol f’din it-triq qed tiġi abbozzata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13501 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12870, jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm huwa proġettat li ġie jiswa x-xogħol fuq Triq 28 ta' April 1688 fil-Qala, Għawdex u jekk għal dawn ix-xogħlijiet hux se jħallas il-Kunsill Lokali waħdu jew jekk hux se jħallas parti l-Kunsill u parti l-Ministeru u/jew entitajiet governattivi oħra? Jekk mhux il-Kunsill Lokali waħdu jista’ jgħid x'ser jitħallas minn entitajiet oħra governattivi skont il-Kunsill Lokali u kemm hu l-ammont li l-Kunsill għandu allokat għal dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar se jkun qed jiffinanzja tali xogħolijiet. Ix-xogħol se jsir parti minn tender li ħarġet mill-kunsill lokali, parti minn tender mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u fejn tidhol istallazjoni ta’ dranagg u servizzi tal-ilma se jkunu ffinanzjati mill-Water Services Corporation.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-latrini ġewwa Għawdex li sarilhom refurbishment matul is-snin 2021, 2022 u 2023, fiex kien jikkonsisti u x'kienet l-ispiża f'kull waħda minnhom? Jista’ jgħid ukoll liema latrini hemm ippjanati li jsirilhom refurbishment matul is-sena 2024, fejn jinsabu, fiex jikkonsisti x-xogħol u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru refurbishments mill-qiegħ ta’ żewġ latrini – dik tal-Menqa f’Marsalforn fis-sena 2021 u dik tar-Rabat ħdejn it-Tiġrija Palazz fis-sena 2020. L-ispiża f’tar-Rabat kienet ta’ €20,852.82 u l-ispiża fil-latrina tal-Menqa kienet ta’ € 15,982.39. L-ammonti huma eskluż il-VAT. Matul l-2024 se jitlesta ix-xogħol fuq il-latrina tad-Dwejra. Li hemm ippjanati huma dawn:
1. Latrina fix-Xewkija ta’ ħdejn il-klabb tal-boċċi;
2. Latrina tar-Rabat ta’ ħdejn il-klabb ta’ Victoria Hotspurs FC
Awtorità tal-Ippjanar – Approvazzjoni għal garaxxijiet/spazji oħra għal garaging ta’ karozzi bil-Y plates
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema garaxxijiet jew spazji oħra qegħdin jiġu approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar għal garaging ta’ karozzi bil-Y plates? Jista' jgħid jekk kienx hemm tibdil dwar liema garaxxijiet jew spazji oħra jiġu approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar għal garaging ta’ karozzi bil-Y plates matul l-aħħar sitt xhur? Jista’ wkoll jikkonferma jekk dak li qed titlob l-Awtorità tal-Ippjanar hux konformi ma' dak li titlob/tistabbilixxi Transport Malta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar tippermetti li garaxxijiet jew spazji ta’ karozzi li jkunu żejda, jintużaw għall-ipparkjar ta’ karozzi bil-Y plates. F’żoni kummerċjali m’hemm l-ebda limitu ghan-numru ta’ karozzi, filwaqt illi f’żoni residenzjali hemm limitu ta’ ħames karozzi, u f’żoni ta’ konservazzjoni urbana hemm limitu ta’ karozza waħda. Ma kien hemm l-ebda tibdil f’dak li qed titlob l-Awtorità tal-Ippjanar għal ipparkjar ta’ karozzi bil-Y plates matul l-aħħar sitt xhur.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13173 li ġiet mwieġba nhar il-15 ta' Novembru 2023, jista’ l-Ministru jgħid jekk reġax ħareġ is-sejħa li kellu jagħmel għall-irwol ta' manager ġewwa l-Animal Welfare f’Għawdex? Jekk fin-negattiv, min qed imexxi l-koordinament ta' dan id-Direttorat sadanittant?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tas-sejħa għadu għaddej. Is-sejħa se tkun ippubblikata iktar tard matul l-2024. Il-koordinament ta’ din is-sezzjoni bħalissa qed isir taħt is-superviżjoni diretta tad-direttur EkoGħawdex.
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba' entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, li huma: il-Gozo Regional Development Authority, il-Gozo Channel (Operations Ltd), il-Gozo Heliport Limited u l-Awtorità tal-Ippjanar. L-ebda waħda minn dawn l-entitajiet ma għandha impjegati magħha persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex f'Għawdex jinfetaħ l-ewwel casino u dan in vista tal-fatt li din kienet wegħda elettorali għal Għawdex? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li jibda jopera dan il-casino?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal – Espressjoni ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista kien ħareġ espressjoni ta’ interess għalihom eżatt wara li tela’ fil-Gvern f’Marzu 2013 u dan peress li issa għaddew aktar minn disa' snin u ma ssemma xejn iżjed dwarhom? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-proġetti hux ser isiru u jekk l-espressjoni ta’ interess li kienet inħarġet, għadhiex għaddejja jew jekk ġietx imwaqqfa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet minħabba l-kumplessità ta’ diversi fatturi biex tali proġett ikun jista’ jimmaterjalizza.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti ambjentali u infrastrutturali hemm ippjanati li jsiru ġewwa Kemmuna matul is-sena 2024 mill-Ministeru tiegħu u fiex jikkonsistu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'iniex infurmat li se jsiru proġetti ġodda min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, għajr għal tindif u manutenzjoni li jsiru b’mod perjodiku.
Ministeru għal Għawdex — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Qed npoggi fuq il-mejda tal-kamra l-Gazzetta tal-Gvern, ippublikata il-Ġimgħa 22 ta’ Dicembru 2023.
Attachments:PQ 14358 Government Gazette - 22nd December.pdf
Għawdex – Wied il-Lunzjata u widien oħrajn – Ilma ġieri
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi neċessarji u jibda x-xogħol meħtieġ biex l-ilma ġieri ta' Wied il-Lunzjata u widien oħrajn fil-qrib f'Għawdex ma jibqax jintilef fil-baħar, iżda jiġi salvat u utilizzat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru t-tħejjijiet sabiex jibdew l-studji neċessarji li ħa jkunu qiegħdin jiddeterminaw x’interventi neċessarji hemm bzonn li jittieħdu minħabba n-natura sensittiva taż-żona, li hija Natura 2000.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern il-listi ta' direct orders dipartimentali mogħtija mid-direttorati u diviżjonijiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex bejn l-1 ta' Jannar 2023 u l-31 ta’ Ġunju 2023 skont l-Artikolu 111(2) tar-Regolamenti tal-2016 dwar il-Kuntratti Pubbliċi? Jista' jqiegħed kopja ta' dawn il-listi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.