Billi huwa magħruf li numru sostanzjoali ta' Maltin għandhom l-identity card tagħhom fuq Għawdex meta fil-fatt jgħixu b'mod regolari f'Malta, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern hux beħsiebu jieħu xi passi biex fil-fatt dan ma jibqax jiġri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-mument preżenti għad m’hemmx deċiżjonijiet dwar din is-sitwazzjoni.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma r-responsabiltajiet elenkati f'artiklu 33 ta' l-Att dwar il-Kunsilli Lokali u f'liema sena dawn ir-responsabiltajiet ġew mgħoddija lill-Kunsilli Lokali?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għamlu użu mid-delega li jagħmlu kuntratt ta' xogħol ta' kostruzzjoni ta' toroq għan-nom ta' l-Awtorita' tat-Trasport? Kemm kienet is-somma ta' flus li kull kunsill lokali ngħata?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-by-laws li kull Kunsill Lokali għamel sa mill-għoti ta' din id-delega 'l hawn? Liema kunsill lokali għamel kull delega? Meta dawn il-by-laws daħlu fis-seħħ? Hemm talbiet pendenti minn kunsilli lokali għall-approvazzjoni ta' by-laws oħra? Liema kunsilli lokali għamlu dawn it-talbiet? Meta għamluhom u dwar x'hiex inhuma tali by-laws?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li ngħataw id-delega li jagħmlu arrangamenti mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji biex jamministraw libreriji reġjonali u/jew libreriji friegħi? Meta ngħataw din id-delega? Kull kunsill lokali xi kwalita' ta' librerija qed jamministra?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1812 u jgħid x'kienet, sena b'sena, l-allokazzjoni finanzjarja diretta u indiretta li ngħata kull kunsill lokali mit-twaqqif tagħhom 'il hawn? Hemm il-ħsieb li jinbidel il-mod ta' kif tinħadem l-allokazzjoni? Jekk fl-affermattiv, kif se tinħadem u minn meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1812.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-MEPA għall-bini jew estensjonijiet ta' lukandi għal dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti kkonċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-MEPA għall-bini jew estensjonijiet ta' fabbriki għal dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti konċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment?
Bini/Estensjonijiet ta' Lukandi — Sottomessi lill-Malta Tourism authoruty
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-Malta Tourism Authority għall-bini jew estensjonijiet ta' lukandi f'dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti konċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment? Is-sidien li qed japplikaw biex jagħmlu dan l-iżvilupp qed jitolbu l-għajnuna ta' l-Awtoria'? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma jitolbu minnha?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-istrateġija tal-Gvern dwar tniġġiż tal-ħsejjes u tad-dawl (noise and light pollution)? X'action plan qed jiġi implimentat bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li sabiex Malta tkun tista’ tilħaq l-obbligi tagħha fir-rigward tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/49/KE dwar il-Ħsejjes Ambjentali, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħa toħroġ tender sabiex fost affarijiet oħra, jiġu stabbiliti metodi li ħa jintużaw għall-istabbiliment tal-mapep tal-ħsejjes ambjentali, kif ukoll pjani ta’ miżuri ta’ tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali.
Għad ma jeżisti l-ebda qafas legali f’livell Ewropew dwar tniġġiż mid-dawl. Madanakollu, f'zoni sensittivi mill-aspett ambjentali, l-istudju tal-impatti mid-dwal huma parti importanti mill-Istudju tal-Impatt Ambjentali
(EIA).
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma d-deċiżjonijiet ta' l-Ombudsman u tal-Kummissjoni kontra l-Inġustizzja li marru quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku biex jingħata rimedju u dawn ma kenux milqugħa? X'kienet ir-raġuni għal dan każ b'każ?
Jista' l-Prim Ministru jispjega jekk huwiex ippjanat li jsir embellishment fiż-żona ta' taħt il-lukanda Dolmen fil-Qawra? Stante li għadd ta' anżjani jmorru jgħumu f'din iż-żona, jista' jara li s-sellum li jagħti għall-baħar u l-blat nnifsu jkunu aġġustati skond il-liġi biex ikunu aċċessibbli aħjar għall-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’konsultazzjoni diretta mall-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, l-MTA lestiet l-ewwel fażi tal-proġett li kien jikkonsisti fi blokka tal-concrete li tagħti aċċess għall-baħar u f’żewġ wooden pathways fuq ir-ramel biex jagħtu aċċess għat- toilets u għal ħdejn il-blokka.
L-Awtorità ser tinvesti f’
hoist
sabiex persuni neqsin mill-mobilità ikunu jistgħu jinżlu fil-baħar bl-aktar faċilità. Din it-tieni fażi tal-proġett ser tkun lesta fix-xitwa li ġejja.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1582 u jgħid kemm il-bord u l-awtorita' kellhom il-membri mibdula jew konfermati? Min huma l-membri ta' kull bord? Min minnhom servew f'bordijiet oħra qabel u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull membru f'kull bord?
Bormla — Pjazza Santa Margerita - Multi Storey Car Park
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress dwar il-proġett tal-Multi Storey Car Park fi Pjazza Santa Margerita Bormla? Jista' jgħid x'inhu dan il-progress wara tant snin ta' stennija?
Skart Miġbur Separatament — Kuntratturi mhux imħalsa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jħallas lil dawk il-kuntratturi li qed jiġbru l-iskart separat mil-lokalitajiet? Jaf li uħud minn dawn il-kuntratturi għadhom ma tħallsux u oħrajn qed jitħallsu bi tliet xhur b’lura, u dan meta l-ispejjeż għal dawn il-kuntratturi qed jogħlew bil-kbir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dawl ta’ l-implimentazzjoni tar-riforma fil-ġbir ta’ l-iskart, li jinkludi kemm skart organiku u dak separat, qed jitħejjew dokumenti ġodda għall-kuntratti dwar il-ġbir ta’ skart. Dan l-eżerċizzju qed isir bejn il-partijiet kollha ikkonċernati (li jinkludu l-Ministeri u d-Dipartimenti rispettivi, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-General Retailers and Traders Union).
Fejn id-dokumenti mingħand il-kuntratturi ġew mibgħuta skond il-ħtiġijiet tal-ftehim bejn il-partijiet, ma kien hemm l-ebda diffikultà biex il-ħlas issir mill-ewwel. Id-dewmien kien biss f’dawk il-każijiet li l-inkartament ma kienx kif meħtieġ.
Jien infrurmat li għax-xhur ta’ Mejju, Ġunju u nofs Lulju, kważi l-kuntratturi kollha ġew mħallsa tax-xogħol tagħhom. Fadal biss xi whud li ma ppreżentawx id-dokumentazzjoni meħtieġa. Issa qed jiġu ipproċessati l-kontijiet minn nofs Lulju l’hawn liema proċess hu aktar ikkumplikat minħabba rati differenti ta’ ħlas. Qed isir kull sforz biex il-kontijiet pendenti jiġu mħallsa kemm jista’ jkun malajr.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fl-armata Maltija bħalissa hemmx in stock biex suldati jkunu jistgħu jibdlu partijiet mill-uniformi, speċjalment T-shirts u żraben? Jista’ jgħid kemm kienu l-flus ivvutati għall-Forzi Armati ta’ Malta fl-aħħar 10 snin, maqsumin sena b’sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Forzi Armati għandhom fl-istock diversi partijiet ta’ uniformi biex jiġu mibdula mis-suldati. Għall-imsemmija partijiet, T-shirts u żraben jista’ ikun li xi drabi ma jkunx hemm id-daqs mitlub imma proprju x-xahar li għadda wasal stock ġdid ta’ żraben u fl-aħħar ta’ Awissu għandu jasal stock ġdid ta’ T-shirts wara sejħa oħra għal tenders.
Dwar flus ivvutati lill-FAM l-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jispeċifika għal liema vot qiegħed jirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet loġika d-deċiżjoni tal-MEPA li tapprova l-proġett ta' Fort Cambridge qabel ma tlestew formalment għadd ta' studji ambjentali relevanti marbutin mal-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar Environmental Impact Assessment dwar l-applikazzjoni ta' Fort Cambridge qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni dwar il-permess.
Dan l-EIA kien jindirizza dawk l-impatti ambjentali kollha li rriżultaw li x'aktarx ikunu sinifikattivi wara li sar screening kif titlob Anness 3 tad-Direttiva ta’ l-UE dwar l-EIA. It-terms of reference għal dan l-EIA, kif ukoll ir-riżultati ta’ l-EIA innifsu, kienu soġġetta għal konsultazzjoni pubblika sħiħa skond kif titlob il-liġi u d-Direttiva. Il-proċess formali ta’ l-EIA għalhekk kien konkluż qabel ma’ l-applikazzjoni resqet għad-deċiżjoni tal-MEPA.
Issa li għadda żmien konsiderevoli mill-mawra uffiċjali tal-Prim Ministru fl-Awstralja, jista' jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1532,1156 u 1101 u jagħti rendikont finanzjarju tan-nefqa totali fuq id-delegazzjoni kollha, inkluż biljetti ta' l-ajru, akkomodazzjoni, ikel u spejjeż oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iż-żjara fl-Awstralja swiet €159,897.22 (Lm68,625.42). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.