B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2358 u1179 li saru lill-Ministru għal Għawdex u lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, peress li r-residenti ta' Triq Fanal, Għasri qed jilmentaw minħabba l-fatt li qed jgħaddu ħafna vetturi b'ċertu veloċità, tista' l-Ministru tara l-possibilità li ssir hump biex jiġi evitat l-perikolu li qed jilmentaw dwaru dawn ir-residenti?
Uffiċju tal-Prim Ministru — Parental Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Jista' l-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li l-MTA tagħżel numru ta' ħwienet fi bliet u rħula ta' interess turistiku u jkunu jistgħu jservu ta' sub-information office fejn it-turisti jkunu jistgħu jistaqsu l-informazzjoni li jkollhom bżonn u ta' dan b'xi mod dawn il-ħwienet ikunu mogħtija pagament għas-servizz li joffru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-suġġeriment ta’ l-Onorevoli Interpellant ċertament fih il-mertu tiegħu. Ninsab infurmat li fix-xhur li ġejjin il-Gvern, flimkien ma’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, ser iniedi proġett sabiex jiġu identifikati proġetti b’potenzjal turistiku fil-lokalitajiet li llum ma tantx qed jiġbdu turiżmu. Jagħmel sens li din il-proposta li qed isemmi l-Onor. Interpellant tiġi kkunsidrata f’dan il-qafas.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jsir il-proġett f'Pembroke minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea li kien miftiehem li jsir ma' Pembroke Athlete? Meta se jibda x-xogħol fuqu u fiex se jikkonsisti l-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1331.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 904 u jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Kemm kienu jimpjegaw nies f'Jannar ta' 2008 u kemm f'April ta' 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1664.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 905 u jgħid kemm hemm awtoritajiet? Liema huma? Kemm nies kienu jimpjegaw fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April, 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nurmu 1664.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni liċenzjati biex jaħdmu bħala gwidi turistiċi u f'liema lingwi huma liċenzjati biex jagħmlu dan? X'inhu l-impenn tal-Gvern biex jikkontrolla l-abbużi f'dan il-qasam u cioe' biex Maltin u barranin li m'humiex liċenzjati bħala gwidi ma jkomplux jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli. Interpellant li sitt mija, ħamsa u għoxrin (625) persuna għandhom liċenzja sabiex jaħdmu bħala gwidi turistiċi skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Il-maġġoranza tal-gwidi huma liċenzjati li jiggwidaw b’aktar minn lingwa.
L-ispettorat ta’ l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kontinwament jorganizza spezzjonijiet sabiex jikkontrolla l-abbuż li Maltin u barranin li m’humiex liċenzjati bħala gwidi ma jkomplux jagħmlu dan ix-xogħol. Inoltre waqqaf grupp ta’ nies li għal erbgha u għoxrin siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa jkunu stand by b’numru ta’ telefon ċellulari magħruf mal-gwidi kollha sabiex kif l-Awtorità tirċievi ilment f’dan ir-rigward ikunu jistgħu jistħarrġuh immedjatament.
Min kien responsabbli għall-bini tal-latrina ħdejn is-Sirens f'San Pawl il-Baħar? Kemm ġiet tiswa din il-latrina? Min kien il-perit jew kumpannija ta' periti nkarigat mill-bini ta' din il-latrina? Għaliex din il-latrina għandha ma nfetħitx għall-użu tal-pubbliku? Meta beħsiebhom jlestu din il-latrina u tiġi miftuħa għall-użu tal-pubbliku?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1858 u jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern għall-proposta ta' Politika Nazzjonali għall-Enerġija li tmur lura għal Settembru 2006?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1873 u cioe': B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28493 tal-leġislatura l-oħra li kienet ġiet mwieġba mill-Ministru ta' dakinhar responsabbli mill-MEPA, x'qed iżomm lill-MEPA milli tieħu l-passi meħtieġa dwar il-fond, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn allegatament qed jiġu akkomodati persuni barranin f'basement li dwaru suppost ittieħdet direct action, li jinsab taħt żewġ basements oħrajn?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba matul l-2007 u l-2008 sa l-aħħar ta' Ġunju, xahar b'xahar, saru interventi mill-Forzi Armati ta' Malta biex jivverifikaw jekk it-theddid ta' bombi kenux reali jew le? Kemm kien hemm każi li fihom verament irriżultat preżenza ta' bombi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Armata jqisu bħala theddida ta’ bomba dawk l-inċidenti kollha li jaqgħu taħt:
a. theddid dirett li ġeneralment jirriżulta minn telefonati anonimi,
b. oġġetti suspettużi li potenzjalment jistgħu jkunu “Improvised Explosive Devices”,
c. Ordinanza mhux sploduta bħal bombi tat-Tieni Gwerra u logħob tan-nar li jinstabu minn żmien għall-ieħor partikolarment waqt xogħlijiet ta’ skavar.
Il-każijiet kollha li ltaqghu maghħom il-Forzi Armati ta’ Malta mill-2007 sal-lum huma kif ġej:
2007
Theddid ta’ bombi - 32 każ li kollha kienu fin-negattiv
“Improvised Explosive Devices”- 15-il każ li minnhom 2 kienu pożittivi
Ordinanza mhux sploduta - 46 każ li minnhom 33 kienu fil-pożittiv.
2008
Theddid ta’ Bombi - 12-il każ li kollha kienu fin-negattiv
“Improvised Explosive Devices” - 4 każi li minnhom każ wieħed kien pożittiv
Ordinanza mhux sploduta - 40 każ li minnhom 30 kienu fil-pożittiv.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm suppost li hu l-complement tal-Forzi Armati Maltin? Kemm fil-fatt hemm membri u f'liema kariga qegħdin? Kemm hemm membri nieqsa (jekk inhu l-każ) f'kull rank u meta hemm il-ħsieb li jimtlew dawn il-karigi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-istabbiliment approvat tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa ta’ 1954 persuna u li fil-preżent il-Forzi Armati ta’ Malta huma komposti minn 1636 uffiċjal u suldati oħra mqassmin kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Sejħiet għall-ingaġġ ta’ suldati ġodda isiru fuq bażi annwali u għaldaqstant il-mili tal-vakanzi jiddependi fuq in-numru ta’ applikanti u kemm minn dawn jirnexxilhom itemmu b’suċċess it-taħriġ tagħhom. Ta’ min isemmi li f’Awwissu ta’ din is-sena hemm pjanat li jiġu ngaġġati 109 rekluta li bħalissa għaddejin bit-taħriġ bażiku tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1889 u jgħid kemm hu n-numru ta' persuni liċenzjati biex jaħdmu bħala gwidi turistiċi u f'liema lingwi huma liċenzjati biex jagħmlu dan? X'inhu l-impenn tal-Gvern biex jikkontrolla l-abbużi f'dan il-qasam u cioe' biex Maltin u barranin li m'humiex liċenzjati bħala gwidi ma jkomplux jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 1889.