Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz pubbliku — Professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jispjega jekk huwiex possibbli li professjonist li jagħlaq il-61 sena jkompli jagħti s-servizzi tiegħu fil-qasam pubbliku bħala impjegat mas-Servizz Pubbliku? Kemm hemm professjonisti li bħalissa qed jagħmlu dan u f'liema oqsma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 997.
Leg 11 PQ #903 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati tal-Gvern — Full time/Part-time

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies impjegati mal-Gvern fl-1 ta' Jannar 2008 u kemm fl-1 ta' April 2008? Kemm minnhom kienu full timeu kemm part-time? Kif kienu mqassma dipartiment, dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1161.

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali jinbidel t-terminu tagħhom u minflok kull 3 snin jibdew isiru kull 4 snin, u minflok terz tal-poplu jibda jivvota l-poplu kollu għall-kunsill tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif nassumi li jaf l-Onorevoli Interpellant, bħalissa għaddej proċess ta’ konsultazzjoni bħala parti mir-riforma li dan il-Gvern irid iwettaq fis-sistema tal-Gvern Lokali. Dan il-proċess ta’ riforma żgur ser iħares lejn il-proċess ta’ elezzjonijiet. Ikun prematur għalhekk li nikkummenta fuq dan meta l-proċess ta’ konsultazzjoni u ta’ riforma għadu għaddej.
Leg 11 PQ #1805 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Riżenji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mit-twaqqif tagħhom 'l hawn kemm kien hemm riżenji minn kull kunsill lokali, min kienu s-sindki jew kunsilliera li rriżenjaw u meta rriżenjaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1805, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #1842 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armier — Bini llegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jirregolarizza l-pożizzjoni tal-bini llegali fl-Armier? Jekk iva, x'arranġamenti se jsiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1897 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma dawk u liema huma dawk id-deċiżjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji, sena b'sena, li baqgħu ma ngħatawx rimedju mill-Gvern jew aġenziji tiegħu u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1897, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm sebgħa u tletin (37)-il rakkomandazzjoni favorevoli tal-Kummissjoni Kontra l-Inġustizzji li għadhom ma ġewx implimentati. 1. In-numru ta’ każijiet li ma ġewx implimentati sena b’sena huma dawn: Sena Numru ta’ każijiet 1989 1 1990 1 1991 4 1992 1 1993 16 1994 8 1995 1 1996 1 1997 4 Total 37 2. Ir-raġunijiet għaliex dawn id-deċiżjonijiet ma ġewx implimentati huma dawn: · Każ wieħed ma ġiex implimentat fuq parir tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku; · 9 każi ġew ikkontestati l-Qorti; · 27 każ ma ġewx implimentati minħabba raġunijiet amministrattivi.
Leg 11 PQ #2230 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Amministrazzjoni ta' proprjeta' pubblika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1798, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li talbu u ngħataw, jew għadhom jistennew li jingħataw, id-delega ta' l-amministrazzjoni ta' proprjeta' pubblika? Xi proprjeta' ngħataw u għalxiex issa qed tiġi wżata? Meta ngħataw din il-proprjeta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Institute for Tourism Studies

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid taħt liema dekasteru jaqa' l-Institute for Tourism Studies(ITS)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Institute of Tourism Studies jaqa’ taħt il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
Leg 11 PQ #2233 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Flus minn ċittazjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1,718 tal-kollega tiegħi l-Onor Adrian Vassallo, jista' l-Prim Ministru jagħti d-dħul totali ta' kull Kunsill Lokali mill-LES minn meta ngħataw din id-delega sa tmiem Ġunju li għadda u kemm (total ukoll) kull Kunsill Lokali għad għandu flus pendenti xi jdaħħal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dħul li kull Kunsill Lokali kellu minn mindu twaqqfet is-sistema ta’ l-infurzar lokali, kif ukoll l-ammont ta’ flus pendenti li għad iridu jinġabru.
Leg 11 PQ #2239 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġemellaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mindu twaqqfu l-Kunsilli Lokali 'l hawn kemm saru ġemellaġġi ma' Gvernijiet Lokali f'pajjiżi oħra? Meta sar kull ġemellaġġ? Liema kunsill lokali għamlu dan u ma' min għamluh?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1707.
Leg 11 PQ #2252 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — By-laws

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'by-laws saru mill-Kunsilli Lokali mindu ngħataw dan il-poter? X'kienu dawn l-by-laws? Liema kunsilli lokali qed joperawhom u minn meta daħlu fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2330 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Skart minn restaurants

Question

Jista' l-Prim Ministru jassigura li kull restaurant u lukanda li hemm fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Burmarrad ikollu ftehim ma' kuntratturi tal-iskart biex uħud minnhom ma jibqgħux jarmu skart fejn ifettlilhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2427 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' djar/appartamenti quddiem l-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent ? Kemm hi l-aktar waħda antika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sabiex l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tagħti l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant jeħtieġ ħafna ħin u riżorsi. Sakemm ma jkollhiex raġuni ta’ l-utilità ta’ din l-informazzjoni, ma narax li għandna naħlu r-riżorsi tagħha dan il-mod. Bħala indikazzjoni ġenerali l-Awtorità għandha quddiema 4716 applikazzjoni attivi validi għall-ewwel deċiżjoni, l-aktar waħda antika minnhom ġiet reġistrata fuq is-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità fit-3 ta’ Frar tas-sena 1993 u li l-proposta tagħha hija Construction of Terraced Bungalows.
Leg 11 PQ #2428 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Minor amendments

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet ta' minor amendments quddiem l-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti ghal minor amendments quddiem l-Awtorita' Maltija ghall-Ippjanar u l-Ambjent huwa tlett mija u tmenin (380).
Leg 11 PQ #2451 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju ta' Prim Ministru — Donazzjonijiet lill-għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn (2007/2008) ingħataw donazzjonijiet mill-Ministeru lill-għaqdiet sportivi? Liema kienu dawk l-għaqdiet li bbenefikaw minnhom? X'kien l-ammont f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant it-tabella mehmuża ma’ din it-tweġiba.
Leg 11 PQ #2491 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operat tal-Kunsilli Lokali — aċċess għall-informazzjoni miċ-ċittadini

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern biex ikun hemm aċċess aħjar għall-informazzjoni miċ-ċittadini dwar l-operat tal-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2495 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — Allokazzjoni mill-fondi Speċjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi d-direzzjoni tal-gvern, u x’inhuma il-gwidi li qed jintużaw fl-allokazzjoni lill-kunsilli lokali mill-fondi speċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2496 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn huma s-Segretarji Eżekuttivi f’kull kunsill lokali f’Malta u Ghawdex? F’liema sena ħarget l-approvazzjoni mid-dipartiment tal-kunsilli lokali, aktar tard dipartiment tal-gvern lokali, għal kull segretarju eżekuttiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Leg 11 PQ #2497 Sitting 39 2008-10-07 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — L-iżgħar Persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn hu/hi l-iżgħar kunsillier/a fil-kunsilli lokali f’Malta u f’Għawdex ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.