Billi l-Prim Ministru oriġinarjament iddikjara ruħu kategorikament kontra d-divorzju - kif kien għamel il-Prim Ministru ta' qablu - u issa ftit ġimgħat ilu wara li l-Ministru tal-Politika Soċjali qal li kien lest li jniedi djalogu nazzjonali dwar din il-kwestjoni, l-Prim Ministru jidher li qed japprova dan il-proċess, jista' jgħid meta ser jibda dan il-proċess ta' djalogu? X'inhuma l-modalitajiet li ser jaderixxi għalihom? Minn min ser jitmexxa dan id-djalogu? X'medda ta' żmien għandu f'moħħu l-Gvern għal konklużjonijiet tal-proċess kollu ta' djologu, diskussjoni u deliberazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-politikà tal-Gvern hi waħda ċara u iffukata fuq it-tisħiħ tal-familja u l-interess tat-tfal. Hi wkoll politika tal-Gvern li pajjiżna għandu jiffoka fuq min hu l-aktar dgħajjef speċjalment ma’ dawk il-familji fejn iż-żwieġ jidħol fi kriżi.
Inżid ngħid ukoll li l-politikà tal-Gvern hi imniżżla fil-Programm Elettorali u riflessa fid-diskors tal-President fil-ftuħ tal-Parlament.
Il-poplu Malti jħaddan demokrazzija b’saħħitha u huwa fil-libertà li jiddiskuti kull suġġett li jidhirlu.
Forzi Armati — Intitolati għall-vista ta' l-għajnejn
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Pulizija huma ntitolati għall-vista ta' l-għajnejn u nuċċali b'xejn waqt li l-istess faċilita ma tapplikax għall-Armata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-suldati minn Surġent 'il fuq jħallsu kont tal-mess kull sena meta ħafna ma jagħmlux użu minn dan il-mess? Jidhirlu li tali ħlas għandha tkun fuq bażi volontarja u mhux obbligatorja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kull membru tal-forzi armati jappartjeni lil xi waħda mit-tlett messes: l-‘Officers Mess’ għal Uffiċjali, is-‘Sergeants’ Mess’ għas-‘Senior Non-Commissioned Officers’ u l-‘Warrant Officers’ u l-‘Junior Ranks Mess’ għal ‘Junior Ranks’ u l-‘Junior Non-Commissioned Officers’.
Sħubija fil ‘Mess’ hija awtomatika hekk kif membru jisfa promoss minn rank għal oħra. Il-Messes jitmexxew fuq bażi ta’ ‘non-profit’ u sħubija fl-istess ‘Mess’ iġġorr miżata annwali li fil każ partikolari tas ‘Sergeants’ Mess’hija ta’ € 20. Dan kollu jservi sabiex il-prezzijiet jinżammu baxxi meta pparagunati ma stabbilimenti ta’ l-ikel pajżana. Il-flus iservu wkoll biex jiffinanzjaw attivitajiet soċjali li jkunu miftuħa għal membri kollha.
It-tradizzjoni tal-Messess fil-Forzi Armati hija waħda antika u hi mifruxa ma għadd sostanzjali ta’ Forzi Armati barranin. Il-Forzi Armati ta’ Malta ma jħossux li għandhom iwaqqfu din it-tradizzjoni fejn il-membri għandhom post ta’ rekreazzjoni għalihom u għal familji tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-MEPA waqqfet l-Urban Improvement Fund Scheme? X'inhu l-iskop ta' din l-iskema? Mnejn kull sena daħlet flus u x'kien l-ammont imdaħħal kull sena? Kemm qassmet flus kull sena lill-kunsilli lokali minn din l-iskema, u kemm kull kunsill lokali ngħata kull sena? Xi pjani għandha l-Awtorita' għall-iżvilupp ta' din l-iskema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Urban Improvement Fund (UIF) hija skema li twaqqfet mill-Gvern permezz ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f'Ottubru 2006, biex applikazzjonijiet ta' żvilupp li ma jistgħux jipprovdu spazju ta' parkeġġ fl-iżvilupp tagħhom, ikun jistgħu jintalbu jagħtu kontribuzzjoni ta' flus li mbagħad jintużaw fl-istess lokalità għal tisbieħ urban.
Il-proġetti li huma eliġibbli għal dawn il-fondi jridu jiġu proposti mill-kunsilli lokali jew mill-gvern ċentrali, u jridu jkunu fuq art pubblika u fil-parti urbana tal-lokalità.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi minn liema lokalitajiet daħlu l-flus, sena b'sena, kif ukoll kemm intużaw fondi f'kull lokalità sena b'sena.
Il-MEPA bħalissa qed tikkunsidra tagħmel emendi għal-lista tat-tipi proġetti li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-culvert tal-ilma li jwassal l-ilma tax-xita fl-inħawi tal-perched beach fil-Qawra, jitnaddaf biex jiġu evitati danni fuq il-propjetà privata wara li l-ilma jkun inġabar f'diversi toroq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-culvert in kwestjoni ser jiġi mnaddaf mill-Kunsill fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Prim Ministru jassigura li dawk il-kunsilli lokali li għandhom preżenza qawwija ta' turisti fil-lokalità tagħhom, jingħataw fondi partikolari minħabba dan il-fatt? Jista' jagħti konsiderazzjoni għat-talba li għamilt ftit tal-ġimgħat ilu, li l-kunsilli jingħataw allokazzjoni ta' €2 għal kull turist li joqgħod f'dik il-lokalità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġeriment tiegħu ġie inkluż għal konsiderazzjoni fil-proċess tar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Il-metodu preżenti ta’ finanzjament lill-Kunsilli Lokali mill-Gvern Ċentrali ma jieħux in konsiderazzjoni fatturi bħalma huma aspetti turistiċi, soċjali u ta’ impatt qawwi fuq l-infrastruttura. Preżentament qed isir eżerċizzju sabiex kemm il-metodu ta’ finanzjament jiġi rivedut kif ukoll jinstabu forom oħra li permezz tagħhom jiġu indirizzati aspetti bħal dawk imsemmija mill-Onor Interpellant u f’dan l-istadju mhu inkluż jew eskluż xejn.
Is-suġġeriment ta’ l-Onor Interpellant qed jiġi magħdud mal-proposti għar-riforma tal-Kunsilli Lokali u ser jingħata konsiderazzjoni xierqa.
Jista' l- Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu t-talbiet li saru biex jiġu maħfura ċitazzjonijiet li jkunu ħarġu minn wardens jew pulizija? Jista' l-Prim Ministru jagħti dan it-tagħrif maqsum f'lokalitajiet differenti?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal lill-MEPA biex ftit tal-ġimgħat ilu waqqfet pellegrinaġġ li kellu jiġi organizzat mill-komunità tal-Patrijiet Frangiskani ta' San Pawl il-Baħar, fil-preżenza tal-isqof t'Għawdex, għall-gżejjer ta' San Pawl?
Kunsilliera li servew f aktar minn kunsill lokali wieħed
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilliera li servew f'aktar minn kunsill lokali wieħed? Min huma? F’liema kunsilli lokali servew bħala kunsilliera?
Uffiċju tal-Prim Ministru — Serqiet rappurtati lill-Pulizija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija li saru fil-ministeru/dipartamenti/entitajiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru minn Jannar sa Settembru 2008? Kemm kien il-valur globali in kwistjoni?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta' kumpens bħal danger money għal dawk fil-Forzi Armati li jaħdmu f'workshops, f'apparat fil-għoli eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-Armata jeżistu numru ta’ allowances li huma abbinati mad-diversi tipi ta’ xogħolijiet li jagħmlu s-suldati.
Minkejja li ma teżistix
allowance
speċifika fis-sens ta’ kif qed isaqsi l-Onorevoli Interpellant, suldati li jaħdmu kontinwament f’periklu bħal membri tal-
Explosives Ordinance Disposal Unit
u l-
Air Rescue
huma ntitolati għal
Explosives Allowance
u
Special Air Rescue Allowance
rispettivament.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-hsieb li jikkonsidra fil-futur il-principju ta’ shared taxation biex imbagħad jiżdiedu l-funzjonijiet tal-gvern lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-prinċipju ta’ shared taxation hu wieħed mid-diversi proposti li saru fil-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Dan ifisser li hemm proposti oħra li saru fil-kuntest ta’ metodi oħra ta’ finanzjament indirett lill-Kunsilli Lokali.
F’dan l-istadju, u peress li l-proċess ta’ konsultazzjoni għadu għaddej, għad mhemmx deċiżjoni dwar liema miżuri fiskali ser jiġu adottati fir-riforma.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi il-politika tal-gvern tiegħu rigward ir-reviżjoni tal-formula tal-fondi kif allokati lill-kunsilli lokali? Għandu ħsieb li ibiddila ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’passi se jieħu il-gvern fl-allokazzjoni ta’ fondi lill-kunsilli lokali li personalment naħseb li hija waħda baxxa meta hija biss inqas minn 3% tan-nefqa tal-Gvern Ċentrali, u ta’ spiss qed jiżdiedu r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali mingħajr ma ssir żieda propozjonali fl-allokazzjoni tal-fondi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern preżentament qed jilqa’ s-suġġerimenti u rakkomandazzjonijiet fil-proċess ta’ konsultazzjoni tar-riforma tal-Kunsilli Lokali. Peress li l-proċess għadu għaddej għadhom ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet f’dan il-kuntest.
Kunsilli Lokali — Konsulenti għall-Konsulazzjoni Pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx konsulenti miegħu jew mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsulazzjoni Pubblika u Informazzjoni fuq il-kunsilli lokali? Min huma?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartimenti, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 701.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 206 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema part-timers ingaġġati mad-dipartimenti, entitajiet, azjendi parastatali, korporazzjonijiet u anke ministeri li kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu sat-8 ta' Marzu, 2008 li lkoll kienu qegħdin jitħaddmu fuq bażi ta' ħaddiema part-time iżda li kienu reġistrati bħala self employed? Kif inhuwa mifhum li ġara saħansitra anke fl-ETC li suppost tirregola fost oħrajn il-qasam ta' l-impjiegi. Jista' jagħti l-istess informazzjoni mit-8 ta' Marzu, 2008 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 701.
Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni biex art quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat, li fil-preżent qed tintuża bħala spazju ta' parking tingħata t-tarmac sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trab u nuqqas ta' sigurta' għal min juża l-istess parking space. Fil-preżent dan l-ispazju qed iservi ta' dannu quddiem it-turisti li jżuru r-Rabat u l-Imdina.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1044.