Uffiċju tal-Prim Ministru — ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Dekasteru ta' Turiżmu — Turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk minn meta d-dekasteru ta' Turiżmu sar taħtu, jekk hu jew is-segretarju parlamentari qattx iddiskutew mal-kunsilli lokali ta' Bormla, Isla, Birgu u Kalkara sabiex isir enfazi biex jinġiebu aktar turisti fil-bliet tal-Kottonera u l-Kalkara?
Ministeru ta' Turiżmu — Trasport għat-turisti li jiġu bi cruise liner
Question
Jista' l-Prim Ministru u segretarju parlamentari għat-Turiżmu jagħtu informazzjoni fuq x'policy se jieħu l-Ministeru ta' Turiżmu jew Awtorità Governativa fuq it-trasport għat-turisti li jiġu jqattgħu xi nofs ta' nhar f'pajjiżna wara li jkunu twasslu b'xi cruise liner fil-Port il-Kbir u f'Għawdex?
Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex qatt ma ttieħdu miżuri sabiex il-Ministeru tat-Turiżmu jgħin fit-tindif ta’ lokalitajiet turistiċi bħal Bugibba, Qawra, Mellieħa, San Pawl il-Baħar, M’Scala eċċ. b’konsegwenza li l-piż jaqa' fuq il-kunsilli lokali, meta nafu li postijiet bħal dawn ikollhom influss ta’ nies u naturalment aktar ikunu qed jiżdiedu l-munzelli ta’skart speċjalment fl-irkejjen ta’ toroq matul il-weekend?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm twaħħlu ċittazzjoniet fis-sena 2007 u 2008 sal-llum mill-wardens,xahar b’xahar? Fl-liema lokalitajiet u għal liema raġuni twaħħlu dawn iċ-ċittazzjoniet ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ċ-ċitazzjonijiet kollha li saru minn Lulju sa Settembru 2008. F’din it-tabella hemm ukoll il-lokalità li fiha saru u dwar x’hiex ħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għar-rigward is-sena 2007 u x-xhur Jannar – Ġunju 2008, l-informazzjoni ngħatat fit-tweġibiet tiegħi għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 263 u 2711.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew meħlusa ċittazzjoniet fis-sena 2007 u 2008 sal-lum, li kienu ġew mogħtija mill-wardens, xahar b’xahar? Fl-liema lokalitajiet weħlu iċ-ċittazjoniet ?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għadx kien hemm xi azzjoni mill-green wardens biex jikkontrollaw xi abbużi ta’ tfiegħ ta’ skart matul il-weekends f’San Pawl il-Baħar, Sliema, Gżira, M’Mscala, Marsalforn u Mellieħa?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'kontroll għandha l-Awtorità tat-Turiżmu f'Malta dwat il-ftehim li suppost għandhom sidien ta' lukandi/restaurants biex l-iskart tagħhom fil-fatt jinġabar mingħajr ma jkun hemm ħafna skart li jitħalla jiġri fit-toroq? Meta saret l-aħħar ġabra ta' informazzjoni biex jiġi assigurat li fil-fatt dawn il-ftehim jeżistu? X'irriżulta mill-ġbir ta' din l-informazzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk operaturi u gallarijiet tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienu l-iskemi t’ għajnuna tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji (lukandi, vilel, eċċ) ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2352 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Socjali u li issa ġiet riferuta lilu u jqabbad lil min jinvestiga jekk il-ħsejjes li l-Hompesch Steel ġewwa Ħaż-Żabbar qed tagħmel humiex aċċettabbli u skond ir-regoli ta’ l-UE minħabba li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?
Uffiċju tal-Prim Ministru — Paternal Leave - Irġiel
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2737 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq Parental Leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2729 u jgħid barra l-Moskea tar-Raħal Ġdid, fejn hemm postijiet oħra ta' kult Musulman rikonoxxuti mill-Istat?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar jekk hemmx insurance cover għal dawk il-kunsilliera u sindki li jimirdu waqt li jkunu qed jokkupaw tali karigi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) jipprovdu li Membri tal-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu assigurati fi skema tas-saħħa.
Bħalissa hemm tnax (12)-il Kunsill biss li m’għandhomx din l-iskema. Dawn huma:
Valletta, Żebbuġ (Malta), Żabbar, Għajnsielem, Iklin, Lija, Marsaskala, Mqabba, Nadur, Paola, Rabat (Malta) u Mtarfa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu ċittazzjonijiet mill-gwardjani lokali din is-sena u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi ċ-ċitazzjonijiet kollha li saru minn April sa Ġunju 2008. F’din it-tabella hemm ukoll il-lokalità li fiha saru u dwar x’hiex ħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għar-rigward ix-xhur Jannar – Marzu 2008, l-informazzjoni ngħatat fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 263.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1296, jista' l-Prim Ministru jikkonferma allura li ġaladarba m'hemmx differenzi jew diskrepanzi bejn il-forzi msemmija se jibda' jitħallas l-overtime lis-suldati b'mod immedjat u li fil-budget li jmiss għas-sena 2009 se jibda jkun hemm line item għall-overtime bħal tal-pulizija? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx suldati fil-preżent qed jitħallsu ta' l-overtime kemm mill-finanzi ta' l-armata jew minn x'imkien ieħor? Jekk iva, fejn qegħdin jaħdmu dawn is-suldati u min qed iħallashom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-mistoqsija parlamentari 1296 li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tikkonċerna r-ringaġġ fil-Forzi Armati u mhux ħlas ta’ overtime, l-Onorevoli Membru hu ġentilment mitlub jikkonferma mill-ġdid in-numru tal-mistoqsija parlamentari inrefernza.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti li jirregolaw il-camping sites? Jista' jidentifika dawk l-areas fejn jistgħu jiġu pparkjati l-caravans? X'inhuma r-regolamenti li jirregolaw dawn l-areas u l-caravans?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pjan ta' Struttura jirreferi għal din it-tip ta' attività fil-policy REC 11 fejn iż-żoni tal-White Rocks u l-Marfa ġew identifikati għal din it-tip ta' attività.
Fl-1997 ġew approvati linji gwida biex jirregolaw proposti għall-iżvilupp ta'
Camping and Caravan sites
. Il-pjanijiet lokali wkoll identifikaw żoni fejn din it-tip ta' attività tista’ tiġi kkunsidrata.
Dawn huma:
Fil-Pjan ghan-Nofsinhar ta' Malta (2006) ġew identifikati żewġ żoni - Il-bajja ta' San Tumas, M'Scala u l-Ponta taż-Żonqor, M'Scala
Fiż-żona tal-pjan lokali tal-Majjistral ta' Malta (2006) hemm żewġ
camping sites
uffiċjali li huma regolati bil-permess tal-MEPA: il-
camping site
ta' Għajn Tuffieħa mmexxijja mill-iScouts u l-
camping site
ta' Daħlet ix-Xmajjar fil-Marfa li hija mmexxijja mill-privat.
Fl-istess żona għad m'hemmx
caravan site
stabbilità iżda hemm proposta biex titwaqqaf waħda fil-Marfa.
Fiż-Żona tal-Pjan Lokali għal Għawdex u Kemmuna (2006) hemm proposta biex tiġi identifikata żona għal
camping site
f'Kemmuna fil-
policy
GZ-Ghjn-10. Bħalissa hemm eżistenti
camping site
ġewwa Kemmuna. Ma hemm ebda żona oħra identifikata f'dan il-pjan għal dan it-tip ta' użu ta' l-art.
Fil-Pjan tal-Portijiet tat-Tramuntana ma ġewx identifikati siti għal dan l-użu.
Fil-Pjan Lokali għaż-Żona Ċentrali ġiet identifikata żona fl-inħawi ta' l-Għadira s-Safra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema l-Gvern jaħdmu għalih bħalissa li l-main employer tagħhom huwa kuntrattur? Jista' jgħid kemm ilhom jagħtu dan is-servizz dawn il-ħaddiema u ta' liema skali huma?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1603 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-elezzjonijiet għall-kunsilli lokali jinbidel t-terminu tagħhom u minflok kull 3 snin jibdew isiru kull 4 snin, u minflok terz tal-poplu jibda jivvota l-poplu kollu għall-kunsill tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru. 1603.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li waħedhom jew bi sħab mal-Ministeru tal-Politika Soċjali u d-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani fetħu jew qed imexxu xi Ċentru ta' Matul il-Jum għall-Anzjani fil-lokalita' tagħhom? Meta nfetħu dawn iċ-ċentri ? X'inhu n-numru ta' anzjani li jattendu dawn iċ-ċentri? X'kien jew għadu s-sehem li kull kunsill lokali qed jagħti f'dan ir-rigward? Hemm xi talbiet pendenti minn kunsilli lokali oħra għal ftuħ u jew it-tmexxija ta' Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Anzjani?