Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2319 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Riċerka CERN

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29625 u 29700 li saru fl-aħħar leġislatura u ċioe': B’referenza għall-ftehim li ġie milħuq dan l-aħħar ma' l-organizazzjoni ta’ riċerka CERN fl-Isvizzera, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk dan kienx ftehim formali jew biss memorandum of understanding li għad irid iwassal għal sensiela ta’negozjati intensivi qabel ma l-kollaborazjoni tiġi fis-seħħ u ċ-ċittadini Maltin ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu? Meta huwa mistenni li jintlaħaq il-ftehim bejn iż-żewġ naħat ħalli jkun jista' jibda jiġi attwat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2382 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gwardjani Lokali — Infurzar Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta kull Kunsill Lokali daħħal fil-lokalità tiegħu l-infurzar lokali permezz tal-Gwardjani Lokali? Kemm-il numru ta' ċitazzjonijiet inħarġu f'kull sena minn dakinhar 'il hawn? X'kien l-ammont li daħħal kull kunsill minn dakinhar 'il hawn? X'inhu l-ammont li kull kunsill kien baqgħalu jdaħħal kull sena u x'kienet l-ispiża ta' kull kunsill kull sena biex ħaddem is-sistema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2384 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Spezzjonijiet fuq Funzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta bdew isiru l-ispezzjonijiet fuq il-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali x' kienu l-marki li kull kunsill ingħata għal kull funzjoni spezzjonata minn dakinhar sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull Rapport ta’ l-Effiċjenza magħmul mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti. L-Onorevoli Interpellant jifhem li l-eżerċizzju li dawn ir-rapporti (li jkopru tlettax-il sena) jiġu miġbura f’dokument wieħed hu wieħed laborjuż li jinvolvi l-użu estensiv ta’ riżorsi limitati.
Leg 11 PQ #2492 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tnaqqis ta' tniġġiż fl-arja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi konkreti ttieħdu f’dawn l-aħħar ħames snin sabiex jitnaqqas it-tniġġiż fl-arja f’Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miżuri maġġuri li ttieħdu mill-MEPA biex inaqqsu t-tniġġiż ta’ l-arja għal dawn l-aħħar ħames snin huma: L-użu ta’ fjuwil iktar nadif f’impjanti kbar tal-kombustjoni: Din il-miżura ġiet implimentata fil-bidu ta’ l-2004 u għada fis-seħħ. Iż-żejt li qed jinħaraq fiż-żewġ power stations jikkontjeni inqas minn 1% kubrit, u b’hekk il-livelli tad-diossidu tal-kubrit fl-arja naqsu drastikament wara l-introduzzjoni ta’ din il-miżura. Irrapurtar ta’ karozzi li jdaħħnu ( Emission Alert Campaign ): Din il-miżura tinvolvi il-kooperazzjoni tal-pubbliku li permezz ta’ sms jirraporta n-numru ta’ karozzi li jdaħħnu. Dawn il-karozzi jerġgħu jitilgħu għat- test tal-VRT fejn l-emissjonijiet mkejjla mill-karozza huwa fattur ta’ falliment tat- test ( Vehicle Roadworthiness Test) . Sistema ta’ park and ride għall-Belt Valletta: Din il-miżura toffri faċilità ta’ parking u shuttle service lejn iċ-ċentru tal-Belt. Għal dawk il-karozzi li jibqgħu deħlin fil-Belt, tariffi ta’ parking japplikaw skond il-ħin li l-karozza ddum ipparkjata. Regolamenti għall-immaniġġjar ta’ Siti ta’ Kostruzzjoni: Regolamenti għall-immaniġġjar ta’ Siti ta’ Kostruzzjoni daħlu fis-seħħ f’Novembru ta’ l-2007 permezz ta’ l-A.L. 295/2007. L-iskop tar-regolamenti huwa li jnaqqas l-inkonvenjent għall-ġirien, jonqsu t-trabijiet u jtejbu l-impatt viżiv tas-siti ta’ kostruzzjoni u l-ambjent ta’ madwarhom. Ir-regolamenti daħlu fis-seħħ f’fażijiet. L-ewwel fażi tapplika għall-bini kollu li jseħħ f’disa’ lokalitajiet ikkunsidrati li għandhom densita’ ta’ bini għolja u li b’hekk jeħtieġu iktar attenzjoni. Għajnuna finanzjarja għall-apparat effiċjenti fil-konsum ta’ l-enerġija ( energy efficiency appliances ): Il-Gvern Malti jagħti għajnuna finanzjarja fix-xiri ta’ apparat tad-dar li jaqa’ taħt il-klassi A jew aħjar skond Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ittikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar (A.L. 99/2002). Għajnuna finanzjarja għall-installazjoni ta’ sorsi ta’ enerġija renovabbli: Il-Gvern Malti jagħti għajnuna finanzjarja għall-diversi tipi ta’ sorsi ta’ enerġija renovabbli bħal solar water heaters, micro wind systems, u photovoltaics. Għajnuna finanzjarja u taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq vetturi li jagħmlu użu minn enerġija nadifa: Il-Gvern Malti naqqas drastikament it-taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq vetturi li jagħmlu użu minn enerġija iktar nadifa. Fil-każ tal-karozzi li jaħdmu bl-elettriku, il-Gvern jagħti refund ta’ 15.25% tal-valur tal-karozza. Sussidju fuq l- LPG : Biex jimmotiva l-użu ta’ fjuwil iktar nadif, il-Gvern beda jagħti sussidju fuq l- LPG (Liquid Petroleum Gas ) li jintuża l-iktar fis-settur domestiku.
Leg 11 PQ #2680 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mellieħa — Tat-Tomna - Industrial Area

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet l-applikazzjoni għall-permess ta' bini ta' industrial area fl-inħawi tat-Tomna l-Mellieħa? Meta hu mistenni li jiġi finalizzat il-proċess tal-applikazzjoni u meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta' kostruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-5 ta’ Settembru, l-applikant ġiet mgħarraf li l-Enemalta u l-ADT sabu xi oġġezzjonijiet għal pjan kif propost. Fid-29 ta’ Settembru ġew sottomessi pjanti ġodda mill-applikant. Bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni fuq dawn il-pjanti, kif jiskadi t-terminu ta’ din il-konsultazzjoni, l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi pproċessata.
Leg 11 PQ #2696 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2782 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema tal-Gvern trasferiti għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar minn Jannar tal-2007 sa l-aħħar ta' Awwisu ta' din is-sena? Jista' jgħid minn fejn ġew transferiti u għal fejn ġew trasferiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3029 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — Kontravvenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu: i) residenti f'Għawdex? ii) residenti f'Malta? iii) barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1903 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini/Estensjonijiet ta' Lukandi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-MEPA għall-bini jew estensjonijiet ta' lukandi għal dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti kkonċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mill ewwel ta' Jannar 2006, ġew sottomessi lill-Awtorità tnejn u tletin (32) applikazzjoni għall-bini jew estensjonijiet ta' lukandi, tmienja (8) għall-bini ġdid u erba' u għoxrin (24) għal estensjonijiet. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li tagħti t-tagħrif fuq il-proposta ta’ l-iżvilupp u l-applikant. L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhijiex l-Awtorità kompententi sabiex tagħti stima tax-xogħolijiet jew investiment. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet li ġew validati fiż-żmien imsemmi li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "hotel", "hotels", "lukanda" jew "lukandi".
Leg 11 PQ #1904 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini/Estensjonijiet ta' Fabbriki

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ta' żvilupp ġew sottomessi lill-MEPA għall-bini jew estensjonijiet ta' fabbriki għal dawn l-aħħar sentejn? Kif inhuma maqsuma bejn żviluppi ġodda u estensjonijiet? Min huma l-applikanti konċernati? Fiex jikkonsisti tali żvilupp u kemm hu stmat li jiswa dan l-investiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 1904, skond is-sistema ta' l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mill-ewwel ta' Jannar 2006, ġew sottomessi lill-Awtorità sitta u erbgħin (46) applikazzjoni għall-bini jew estensjonijiet ta' fabbriki, tnax (12) għall-bini ġdid u erba' u tletin (34) għal estensjonijiet. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li tagħti t-tagħrif fuq il-proposta ta’ l-iżvilupp u l-applikant. L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mhijiex l-Awtorità kompententi sabiex tagħti stima tax-xogħolijiet jew investiment. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet li ġew validati fiż-żmien imsemmi li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "factory", "factories", "fabbrika" jew "fabbriki".
Leg 11 PQ #2167 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Speed Cameras — Over Speeding

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1630 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm inqabdu sewwieqa bil-cameras li kienu għaddejjin over speeding matul is-sena 2007? B'kemm-il kilometru fis-siegħa dawn is-sewwieqa kienu għadejjin iktar milli mitlub mil-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2271 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reuse And Recycle of Packaging Waste

Question

Billi ftit ilu l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kien ikkonferma li Malta m'għandhiex statistika aġġornata għas-snin li ilna membri ta' l-UE dwar packaging waste u kemm minnu ġie reused u recycled, kif ukoll li minħabba dan in-nuqqas ġew ikkummissjonati Ernst & Young Ltd biex jiġbru d-data tas-snin 2004-2007, jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2274 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental Infringements

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista sħiħa u komprensiva ta' l-environmental infringements kollha li ġejna sottomessi għalihom jew notifikati dwarhom s'issa kemm ilna membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2275 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Special Waste Collectors

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir biex jiġi żgurat li operaturi u retailers ma jkomplux bid-drawwa li minflok ma jagħmlu użu minn special waste collectorsjirrikorru għas-servizzi ta' domestic waste collectors?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2376 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukandi — Kategorija,sodod u impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-lukandi, f'liema kategorija, kemm kellhom sodod u n-numru ta' impjegati li kienu jħaddmu full-time u part-time, kull sena, mill-2001 sal-aħħar tal-2007 u fl-ewwel sitt xhur ta'din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #2377 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Propjetà Skedata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mindu beda l-iskedar ta' proprjetà, l-Awtorità għall-Ambjent u l-Iżvilupp xi proprjetà skedat, meta skedata, fejn qiegħda din il-proprjetà u għal-liema raġuni tali proprjetà ġiet skedata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skedat total ta elfejn, tmien mija u ħamsa u disgħin (2,895) sit differenti madwar il-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex. Il-proprjetajiet skedati għal raġunijiet ta' wirt kulturali huma maqsuma fi tlett gradi stabiliti mill-Pjan ta' Struttura approvat mill Parlament fl-1992, kif jidher fit-tabella numru 1 annessa. Dan l-iskedar sar tul is-snin kollha bejn l-1994 u din is-sena. Wara kull skedar l-Awtorita` taqdi l-obbligi statutorji tagħha billi tinnotifika lis-sidien tal-proprjetà skedata u tagħtihom fakultà għal talba ta' Rikonsiderazzjoni fi żmien tletin ġurnata, u jekk is-sidien ma' jkunux sodisfatti jistgħu jagħmlu appell kontra l-merti ta' l-Iskedar. Ir-raġunijiet għalfejn tiġi skedata proprjeta` ikunu elenkati f'rapporti ippreparati min esperti fis-suġġett ibbażati fuq studji u surveys tas-sit. Il-proposta titressaq għall-konsultazzjoni mad-Diretturi u mal-Kumitat Dwar il-Ħarsien tal-Wirt Kulturali/Naturali. Wara li dawn japprovaw, titressaq quddiem lil Board ta' l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Il-lista sħiħa tal-proprjeta` skedata tista` tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-MEPA www.mepa.org.mt Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi Skedar sħiħ skond il-livelli ta’ protezzjoni differenti.
Leg 11 PQ #2379 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Devoluzzjoni ta' l-art

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta bdiet id-devoluzzjoni ta' l-art lill-Kunsilli Lokali, x'kienet ir-raġuni li wasslet lill-Gvern jieħu din id-deċiżjoni u xi proprjetà ngħatat b'devoluzzjoni minn dakinhar 'il hawn lill-Kunsilli Lokali u lil liema kunsilli ngħatat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

No response available.
Leg 11 PQ #2379 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Devoluzzjoni ta' l-art

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta bdiet id-devoluzzjoni ta' l-art lill-Kunsilli Lokali, x'kienet ir-raġuni li wasslet lill-Gvern jieħu din id-deċiżjoni u xi proprjetà ngħatat b'devoluzzjoni minn dakinhar 'il hawn lill-Kunsilli Lokali u lil liema kunsilli ngħatat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwel żewġ devoluzzjonijiet ta’ amministrazzjoni ta’ art pubblika saru fid-9 ta’ Marzu 1999. Dak in-nhar kienu ġew devoluti Ġnien Alexander Ball lill-Kunsill Lokali Safi u Ġnien is-Serenità (Ġnien taċ-Ċiniżi) lill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija. Il- policy dwar devoluzzjoni ta’ l-amministrazzjoni ta’ proprjetà pubblika kienet saret fl-1999 (abbażi ta’ ċirkulari Memo 25/1999). Hemm tlett fatturi li jistgħu iwasslu biex Kunsill jingħata d-devoluzzjoni ta’ proprjetà pubblika. Dawn huma li, l-proprjetà trid tkun: a) mitluqa u/jew mhix żviluppata; b) użata ħażin ( misused ) jew li tista’ tiġi żviluppata aħjar; jew c) b’xi mod relatata ma’ xi funzjoni ta’ Kunsill Lokali skond id-dispożizzjonijiet tas-subartikolu 33(1) ta’ l-Att ta’ l-1993 dwar Kunsilli Lokali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-devoluzzjonijiet lokali kollha li saru s’issa.
Leg 11 PQ #2380 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati mal-Kunsilli Lokali kollha kull sena mit-twaqqif tagħhom sal-lum? U minbarra dawn, kemm kull sena kull Kunsill Lokali kellu mislufa miegħu minn mal-Gvern, mit-Tarznari u minn postijiet oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2423 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA- Parking Spaces

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-parking spaces tal-visitors' parking area tal-MEPA (quddiem id-dogs' home) huma riservati għall-istaff tal-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.