Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2486 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera — Courses/Taħriġ

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu il-kunsilli lokali, kemm saru courses/taħriġ għall-kunsilliera? F’liema sena? Kemm attendew kunsilliera għal kull course/taħriġ ta’ kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-courses u seminars li saru lill-Kunsillieri mill-1994 sallum.
Leg 11 PQ #2488 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Riforma

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta mistennija li tkun kkonklużiva ir-riforma tal-kunsilli lokali? Meta hu mistenni li tkun implementata r-riforma ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma fil-gvern lokali wasal f’fażi avvanzata ħafna u mistenni jiġi konkluż f’Novembru 2008. Wara, tkun trid issir evalwazzjoni tas-suġġerimenti kollha li jkunu daħlu. Hu mistenni illi l-proċess kollu jkun konkluż fil-bidu tas-sena l-ġdida fejn ikunu jistgħu jibdew jiġu implimentati d-diversi riformi fil-leġislazzjoni, l-proċeduri u policies li jirregolaw l-operat tal-gvern lokali.
Leg 11 PQ #2598 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Reviżjoni tal-formula tal-fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi il-politika tal-gvern tiegħu rigward ir-reviżjoni tal-formula tal-fondi kif allokati lill-kunsilli lokali? Għandu ħsieb li ibiddila ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni pubblika dwar il-kunsilli lokali u persważ li l-finanzjament ser jinkwadra f’din ir-riforma. Wara li jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Gvern jibda jevalwa s-suġġerimenti li finalment iwasslu għar-riforma.
Leg 11 PQ #2794 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Tourism Authority — Gozo Directorate

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Gozo Directorate fi ħdan il-Malta Tourism Authority? Jekk fin-negattiv, għaliex ma twaqqafx? Jekk twaqqaf x’inhuma l-kompetenzi u l-funzjonijiet tiegħu? Minn huma l-persuni maħtura fuq dan id-Direttorat? Jista’ jgħid jekk hemmx budget speċifikatament għal Għawdex u jekk hemm minn min hu amministrat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li jeżisti Gozo Unit fi ħdan id-Direttorat tal-Marketing fil-Malta Tourism Authority. L-iskop ta’ dan il-Unit huwa li jwettaq il-policy ta’ l-Awtorità li jipproġetta u jippromwovi l-Gżira ta’ Għawdex bħala parti ntegrali mill-offerta turistika tal-Gżejjer Maltin, filwaqt li jagħraf l-aspetti uniċi li jiddistingwu din il-Gżira mill-bqija ta’ l-offerta Maltija. Il-Unit igawdi minn allokazzjoni diretta ta’ fondi mmirati għall-promozzjoni turistika għal Għawdex, awmentata indirettament minn fondi promozzjonali oħra allokati għal skop ta’ marketing.
Leg 11 PQ #2834 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp — ħitan mibnija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' ħitan li ttellgħu fuq ordni tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp biex jagħlqu l-hekk imsejħa open plots fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija matul ix-xhur ta' Jannar u Awwissu 2008? Tista' l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp tara li flimkien mal-Ministeru għar-Riżorsi fil-fatt ikun hemm aktar minn dawn il-ħitan li jinbnew biex nevitaw li jintrema żibel f'dawn il-plots ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' siti vakanti li ttellghu ħajt fuq ordni tal-MEPA fil-perijodu ta' bejn Jannar u Awwissu 2008 fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija kienu ta' sittax-il wieħed. Inħarġu ħames enforcement notices f'dawn l-inħawi fuq siti li għadhom ma ġewx magħluqa li huma ECF 496/08, ECF 497/08, ECF 501/08, ECF 507/08 u ECF 508/08. Ta' min isemmi li saret ukoll direct action mill-MEPA fuq sit miftuħ li kien inħariġlu enforcement ECF 418/06 u dan ma ingħalaqx mis-sid. Il-MEPA flimkien mall-Kunsill Lokali huma responsabli sabiex jaraw li fil-każ ta' siti/għelieqi mhux maħduma jitella' ħajt fil-parti li tmiss mat-triq. Dan għaliex il-Kunsill Lokali għandu jirraporta/jinforma lil MEPA b'dawn il- plots fil-lokal rispettiv u l-MEPA tivverifika jekk dak li ġie rrapurtat jaqax taħt il-kriterju ta' injury to amenity skond kif stipulat f'artikolu 55 ta’ l-Att Nru 1 tal-liġi ta' l-ippjanar. F'każ li s-sit jikkwalifika taħt din l-iskema, il-MEPA tara min hu l-propjetarju tas-sit, tikkuntattjah u toħroġlu Enforcement Notice li tgħid li fi żmien sitt ġimgħat irid jittella l-ħajt, jekk dan ma jsirx il-MEPA tinforma lil kunsill biex dan jissottometti stima tax-xogħlijiet li hemm bżonn biex tiġi evalwata mill-MEPA. Hekk kif il-MEPA tapprova din l-ispiża tinforma lil kunsill li x-xogħol jista’ isir u tħallas lil kunsill meta jitlesta. Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ma humiex involuti f'din l-inizjattiva.
Leg 11 PQ #2835 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Passi biex jingħalqu open plots

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu passi biex flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp u l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, wara li jiġu identifikati l-open plots jieħu l-passi neċessarji biex jingħalqu l-plots u jiġi evitat rimi ta' skart fihom minn nies irresponsabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2836 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — Slielen mal-kosta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' slielem imwaħħla mill-Awtorità tat-Turiżmu madwar il-kosta Maltija biex jgħinu fl-aċċess lejn il-baħar matul is-sajf 2008? Kemm kien hemm fl-istess postijiet matul l-2007? Jista' jara li matul is-sajf li ġej, dawn is-slielem jiżdiedu kull fejn hemm bżonn u dan billi l-Awtorità tat-Turiżmu stess tagħmel spezzjonijiet matul il-kosta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin 2007-2008 (sa Settembru) twaħħlu mitejn u disgħa u tmenin (289) sellum u railings mal-kosta ta’ Malta. L-Awtorità kontinwament tissorvelja sabiex fejn ikun hemm nuqqasijiet bħal dawn tieħu azzjoni neċessarja.
Leg 11 PQ #2837 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu — numru ta' bins

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' bins li l-Awtorità tat-Turiżmu poġġiet fil-bajjiet tagħna matul is-sajf 2008? Kif jitqabbel dan in-numru ma' dak tal-2007? Tista' l-Awtorità tara li l-istess bins jiżdiedu għas-sajf li ġej 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taqsima tat-tindif tax-xtut din is-sena ħarġet madwar l-1,200 bin biex jitqassmu tul il-kosta ta’ Malta b’mod partikolari fuq il-bajjiet l-aktar iffrekwentati minn nies. Matul l-2007 tqegħdu madwar 930 bin. Minħabba li din is-sena kien hemm influss akbar ta’ nies fuq il-bajjiet in-numru ta’ bins żdied skond il-ħtieġa. Din it-taqsima tieħu ħsieb li tibdel minnufih kull bin li jintilef, jinħaraq jew ikollu bżonn ta’ manutenzjoni.
Leg 11 PQ #3065 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità li tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'seħħ mill-wegħda pre-elettorali li għamel il-Prim Ministru dwar it-twaqqif ta' l-Awtorità li kellha tirregolarizza l-Protezzjoni tal-Konsumatur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3066 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri u Segretarji Parlamentari — Karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi biex jinxtraw karozzi ġodda għall-użu tal-Ministri u Segretarji Parlamentari u membri tal-Private Staff tagħhom? Kemm kien il-prezz ta' kull karozza? X'inhi iċ-ċilindrata tagħhom u l-marka?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3160 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Voti tat-3rd u 2nd Reġiment — Flus minfuqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt intnefqu flus minn dawn il-voti tat-3rd u 2nd Reġiment ta' Ħal-Far u ta' Ħal-Safi u cioè i) Vote 2210/22405380 (vote 1) ii) Vote 2210/224053080 (Vote 2)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3160, qed nassumi li l-mistoqsija tirrigwardja l-item 5380 – Third Country Nationals, Vote 7 – Armed Forces of Malta. Fl- item 5380 – Third Country Nationals , sub item 2210, sas-16 ta’ Ottubru, 2008, ntefqet is-somma Euros 288,349, waqt li fis- sub item 2240 ta’ l- item 5380, ntefqet is-somma ta’ Euros 2,212,223. L- item 5380 – Third Country Nationals huwa amministrat mill-Kwartieri Ġenerali ta’ l-Armata u l-fondi jiġu allokati lir-Reġimenti skont il-prijoritajiet u l-esiġenzi.
Leg 11 PQ #3209 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — Kontravvenzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu: i) residenti f'Għawdex? ii) residenti f'Malta? iii) barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

No response available.
Leg 11 PQ #3209 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Litter Act — Kontravvenzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu: i) residenti f'Għawdex? ii) residenti f'Malta? iii) barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3213 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2737 u 2990 u jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kien hemm persuna waħda fuq Parental Leave bejn Settembru 2004 u Frar 2005 fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kif ukoll suldat wieħed bejn Jannar u Settembru 2000 fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Leg 11 PQ #3214 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Postijiet oħra ta' Kult Musulman rikonoxxuti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2729 u 2991 u jgħid barra l-Moskea tar-Raħal Ġdid, fejn hemm postijiet oħra ta' kult Musulman rikonoxxuti mill-Istat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemmx postijiet oħra ta’ reliġjon Iżlamika rikonoxxuti barra l-Moskea ta’ Paola.
Leg 11 PQ #1861 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Infringements ambjentali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista sħiħa u updated ta' l-infringements ambjentali kollha li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ewropej u għal kull każ jagħti dettalji ta' fejn waslu l-proċeduri li suppost kellhom jittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-lista ta’ infringments li għandha Malta fil-konfront tal-Liġijiet Ambjentali Ewropej hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-Proċedimenti huma mqassma skond l-istadju li waslu fih, jiġifieri: a. Ittri ta’ avviż formali; b. Ittri ta’ tqegħid fil-mora ( reasoned opinion ); c. Proċedimenti riferuti lill-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja; Proċedimenti quddiem il-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja.
Leg 11 PQ #2287 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Intitolati għall-vista ta' l-għajnejn

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Pulizija huma ntitolati għall-vista ta' l-għajnejn u nuċċali b'xejn waqt li l-istess faċilita ma tapplikax għall-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf li l-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta huma intitolati għal trattament mediku bla ħlas inkluż dak tal-vista ta’ l-għajnejn. Membri ta’ l-Armata huma intitolati għal nuċċali b’xejn kif jissupplixxi d-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 11 PQ #2296 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Turisti li żaru Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien it-total ta' turisti li żaru Malta minn Jannar sa Awissu ta' kull sena mill-2001 sal-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #2301 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Giljan — Zebra Crossing

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1102, fejn hemm indikat li se jsiru railings fi Triq Angelo Pullicino, nixtieq ninforma lill-Prim Ministru li dawn ir-railings qatt ma saru. Jista' jinfurmani liema permit number inħareġ mill-MEPA fuq dan ix-xogħol li sar f'dawn ir-rampi stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r-railings ma sarux fuq parir tal-perit tal-Kunsill peress li r-rampa saret għall-użu ta’ shopping carriers u dawn ma jkunux jistgħu jgħaddu jekk ikun hemm dawn ir-railings. Madanakolu ser jitwaħħlu tabelli li jindikaw li r-rampa saret għall-użu ta’ shopping carriers biss. Infurmat ukoll li m’hemm l-ebda permess tal-MEPA għall-imsemmija rampa u għalhekk ser jittieħdu passi kemm mill-MEPA kif ukoll mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jekk jirriżulta li sar abbuż minn fondi pubbliċi.
Leg 11 PQ #2330 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Skart minn restaurants

Question

Jista' l-Prim Ministru jassigura li kull restaurant u lukanda li hemm fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Burmarrad ikollu ftehim ma' kuntratturi tal-iskart biex uħud minnhom ma jibqgħux jarmu skart fejn ifettlilhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond is-subartikolu 3 tal-aritkolu 11 tal-Avviż Legali 175 ta’ l-2004 (Regolamenti ta’ l-2004 dwar Stabbilimenti li Jipprovdu l-Ikel), kull detentur ta’ liċenzja ta’ stabbiliment li jipprovdi l-ikel hu obbligat li jiżgura li l-fdal tal-kċina (swill) jiġi miġbur minn kolletturi li jkollhom liċenzja. Il-leġislazzjoni preżenti ma tobbligax detenturi ta’ liċenzji ta’ stabbiliment li jipprovdu l-ikel u lukandi sabiex ikollhom ftehim ma’ kuntratturi għall-ġbir ta’skart ieħor. Madankollu ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa qed jitħejjew kundizzjonijiet ġenerali ġodda mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali dwar kuntratti għall-ġbir ta’ skart li se jinħarġu mid-diversi Kunsilli Lokali.