Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali - Servizzi ta’ kumpanija privata

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-MCESD ma tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament.

Uffiċju tal-Prim Ministru — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Prim Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej: Agius David Manager HR Malta Freeport Attard Previ Graziella Senior Social Worker I Aġenzija Sapport Azzopardi Charles Teacher Education Division Bartolo Ivan Senior Clerk Jobsplus Bezzina Toni Senior Architect & Civil Engineer Public Works Department Buttigieg Albert Senior Manager Foundation for Educational Services Callus Ryan Environment Protection Officer Environment & Resources Authority Castillo Ivan Principal Technical Officer Enemalta Chetcuti Janice Instructor Animal Health & Welfare, MAFA Cutajar Robert Officer in Grade 9 in the General Service Class Animal Welfare Directorate Galea Graziella Senior Architect Infrastructure Malta Schembri Justin Teacher Examinations Department Vassallo Ian Senior Allied Health Professional (Podiatry) Mater Dei Hospital

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Servizzi ta’ kumpanija privata

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu matul l-2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat

Persuni impjegati mal-Gvern, mal-kumpaniji parastatali u aġenziji tal-Gvern permezz tal-kumpaniji privati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12537 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u jgħid kemm persuni ġew impjegati mal-Gvern, mal-kumpaniji parastatali u aġenziji tal-Gvern permezz tal-kumpaniji privati mis-sena 2013 sas-sena 2017, mis-sena 2017 sal-2022, u mill-aħħar elezzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, jinqabeż l-advisory cost limit.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Budget 2024 - Spiża fuq Reklamar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12904 u 13118, u jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li saret mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2023, b’rabta mal-Baġit 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Mal-mument li jitħabbar il-baġit ikunu mnedija wkoll numru ta’ servizzi biex il-pubbliku jkun mgħarraf dwar kif jista’ jibbenefika mill-miżuri mħabbra. Fost oħrajn titnieda linja tat-telephone (8007 2207) li mill-għada tal-baġit tibda tirċievi t-telefonati tal-pubbliku kif ukoll jitnieda s-sit elettroniku budget.gov.mt li għandu l-għan li jinforma l-pubbliku bil-miżuri ewlenin. Għall-istess għan tintuża wkoll il-paġna tal-Gvern, MaltaGov. Naturalment, dawn is-servizzi jridu jkunu reklamati. Mill-mument li tħabbar il-baġit, kienu madwar 40,000 persuna li aċċessaw xi wieħed minn dawn is-servizzi msemmija. L-iktar temi li dwarhom staqsew in-nies huma kif jidher hawn taħt. • Iż-żidiet fil-pensjonijiet; • L-allowance (€1,500 fuq tliet snin) għall-ġenituri li wliedhom jibqgħu jistudjaw; • Il-mekkaniżmu addizzjonali tal-għoli tal-ħajja; • Is-ceiling tal-pensjonijiet u l-miżuri biex jindirizzaw l-inġustizzja ma’ dawk li twieldu qabel l-1962; • Iż-żieda fiċ-children’s allowance. Għal din il-kampanja ta’ informazzjoni hemm allokati €165,000.

Payroll tal-Gvern u Kuntratturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13023, 13108 u 13427 1i oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u lill-Prim Ministru rispettivament u jgħid in-numru ta’: 1. Ċittadini Maltin li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 2. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 3. Ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 4. Maltin li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi); 5. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi) u 6. Ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi)?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13735, ninsab nfurmat ukoll li fis-Servizz Pubbliku hemm 248 ċittadin tal-Unjoni Ewropea u 531 ċittadin li mhumiex mill-Unjoni Ewropea , fil-maġġoranza assoluta tagħħom jaħdmu fl-oqsma tas-saħħa u l-kura tal-anzjani. Infurmat ukoll li fl-entitajiet li huma fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 1,021 ċittadini Maltin, erba’ċittadini tal-Unjoni Ewropea u persuna li mhix ċittadin tal-Unjoni Ewropea bħala ħaddiema. Ninsab nfurmat ukoll li r-responsabbilta tal-ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern hija tal-istess kuntratturi.

Eks Malta Shipbuilding – Avvenimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista' jagħti elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Servizz Pubbliku – Impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fis-sena 2023 kemm żdiedu impjegati fis-Servizz Pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13735, mill-2022 għal 2023 infurmat li kien hemm tnaqqis ta’ 83 ħaddiem.

Servizz Pubbliku – Impjegati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku għal dawn l-aħħar għaxar snin, u jipprovdi din l-informazzjoni permezz ta’ tabelli maqsuma skont is-sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej: 2014 32,716 2015 33,126 2016 33,438 2017 33,943 2018 34,318 2019 34,659 2020 35,222 2021 35,521 2022 35,026 2023 34,943

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jipprovdi lista tad-direct orders li ngħataw matul is-sena 2023 u jgħid ukoll l-ammonti mħallsa, is-servizz provdut jew mitlub, u lil min ingħataw dawn id-direct orders?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Avviżi — Numri tal-bibien ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn fejn wieħed jista’ jaċċessa lista ta’ avviżi ppubblikati qabel l-2013, relatati ma’ eżerċizzji li saru biex jiġu assenjati numri tal-bibien ġodda?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċji soċjali – Fondi rkuprati

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13179 u 13180 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm fondi ġew irkuprati lura minn dawk li nstabu ħatja mill-Qorti b’rabta mal-abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li kellhom jiġu minfuqa matul l-2020, 2021 u 2022 u ma ntefqux? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12367 u 12368 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza rispettivament u jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM/2022/105)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni barranin li vvotaw fl-aħħar elezzjoni ġenerali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna barranija vvotat fl-aħħar elezzjoni ġenerali, distrett b'distrett?

Response (ABELA, ROBERT)

Biex persuna tivvota trid tkun eliġibbli skont l-artikolu 57 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Ladarba tagħlaq il-votazzjoni, il-listi ta’ min ivvota jiġu ssiġillati f’pakketti apposta quddiem ir-rapprezentanti tal-partiti u ma jistgħux jinfetħu ħlief b’ordni tal-Qorti ta’ Malta.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12843 u jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet in-nefqa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.

Għawdex – Diretturi Ġenerali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma x’responsabilitajiet ġodda ser ikollu l-Ministru għal Għawdex hekk kif issa ser ikun hemm tliet Diretturi Ġenerali ġewwa Għawdex?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li nħarġu tliet pożizzjonijiet ta’ Direttur Ġenerali għax f’dawn l-aħħar snin il-Ministeru għal Għawdex żied b’mod sostanzjali il-ħidma tiegħu f’diversi oqsma. Għaldaqstant saret riorganizzazzjoni fid-Diviżjonijiet kif meħtieġ u t-talba ġiet milqugħa.